Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Franza

L-aħħar aġġornament: 04-04-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Franza

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

1. Skond il-liġi Franċiża, x’jiġbru fihom il-kunċetti ta’ “manteniment” u ta’ “obbligi tal-manteniment”?

L-obbligu tal-manteniment hi l-espressjoni tas-solidarjetà fil-familja. Hija obbligu imposta mil-liġi li tipprovdi għajnuna materjali lil ċerti persuni li jkunu qrib tiegħek.

Min għandu l-obbligu tal-manteniment fir-rigward ta’ persuna oħra:

- il-ġenituri fir-rigward ta’ uliedhom ?

Il-ġenituri huma obbligati li jitimgħu u jmantnu lil uliedhom.

- l-ulied fir-rigward tal-ġenituri tagħhom ?

L-ulied huma obbligati jmantnu lil missierhom u ommhom.

- il-persuna divorzjata fir-rigward ta’ l-ex-konjugi tagħha ?

Fil-każ biss li d-divorzju jingħata għax iż-żwieġ tkisser irrimedjabilment, il-parti fiż-żwieġ li talbet id-divorzju jkollha tħallas manteniment perjodiku lill-konjuġi l-ieħor.

- Oħrajn ?
  • Il-miżżewġin fiż-żwieġ u f’każ ta’ separazzjoni;
  • l-axxendenti u d-dixxendenti kollha f’linja diretta;
  • l-irġiel u n-nisa tat-tfal fir-rigward tal-kunjati tagħhom u reċiprokament.

F’liema każijiet ?

Il-manteniment jingħata skond żewġ elementi: l-istat tal-bżonn tal-kreditur u l-ġid tad-debitur.

2. Il-wild sakemm idum igawdi mill-manteniment?

Għandha ssir distinzjoni bejn żewġ perjodi:

FuqFuq

  • Sakemm tifel jew tifla jkunu għadhom minorenni jew wara li jsiru maġġorenni u jkunu għadhom ma kisbux l-awtonomija finanzjarja tagħhom, b’mod speċjali minħabba li jkomplu jistudjaw, il-ġenituri għandhom l-obbligu li jmantnuhom u jedukawhom. B’mod aktar wiesa’ milli sempliċiment obbligu tal-manteniment, din l-obbligu hija bbażata fuq ir-rabta ta’ filjazzjoni u taħseb biex jiżgura l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp u l-edukazzjoni tat-tifel jew tifla.
  • Meta l-obbligu tal-manteniment u ta’ l-edukazzjoni jkunu waqfu, ir-reġim ġenerali ta’ l-obbligu tal-manteniment japplika sakemm il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tkun tista’ tagħti prova li tkun fi stat ta’ bżonn.

3. F’liema każijiet hija applikabbli l-liġi Franċiża?

Minn meta daħlet fis-seħħ il-Konvenzjoni ta’ The Hague tat-2 ta’ Ottubru 1973 English - français fi Franza dwar il-liġi li tapplika għall-obbligi tal-manteniment, il-liġi li tapplika hi fil-prattika l-liġi tar-residenza fejn jgħix il-kreditur tal-manteniment. Il-kreditur jista’ wkoll jitlob li tiġi applikata l-liġi nazzjonali komuni jekk il-liġi tal-post ta’ residenza tiegħu ma tippermettilux li jikseb il-manteniment jew il-liġi ta’ l-awtorità li jkun tressaq il-każ quddiemha jekk iż-żewġ liġijiet imsemmija hawn fuq ma jippermettulux li jikseb il-manteniment.

FuqFuq

Il-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-24 ta’ Ottubru 1956 English - françaisdwar il-liġi li tapplika għall-obbligi tal-manteniment fir-rigward tat-tfal tibqa’ fis-seħħ bejn Franza u l-Istati li jagħmlu parti minn din il-Konvenzjoni u li ma rratifikawx il-Konvenzjoni ta’ l-Aja 1973. Din il-Konvenzjoni tistabbilixxi li l-liġi tal-post ta’ residenza tat-tifel jew tifla tiddetermina safejn u lil min dan jew din jistgħu jitolbu l-manteniment.

Il-liġi Franċiża tkun tista’ għalhekk tapplika:

  • jekk il-kreditur jgħix fi Franza,
  • jew meta l-kreditur u d-debitur ikunu t-tnejn Franċiżi u l-kreditur ikun jixtieq li tapplika l-liġi Franċiża,
  • jew meta jitressaq każ quddiem l-imħallef Franċiż u l-liġi tal-post tar-residenza tal-kreditur jew il-liġi taċ-ċittadinanza komuni ma jippermettulux li jikseb il-manteniment.

4. Jekk mhix applikabbli l-liġi Franċiża, liema liġi japplikaw il-Qrati ta’ dan il-pajjiż?

Jekk il-persuna li qed titlob il-“manteniment” u dik li għandha tipprovdih jinsabu t-tnejn li huma fit-territorju Franċiż:

Fil-prattika, jekk id-debitur u l-kreditur jgħixu t-tnejn fi Franza, il-liġi Franċiża hija applikabbli, għallinqas skond il-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-1973 imsemmija hawn fuq English - français, sakemm il-kreditur ma jinvokax il-liġi taċ-ċittadinanza komuni jekk ikunu t-tnejn li huma ta’ ċittadinanza barranija. F’dak il-każ, tapplika l-liġi barranija komuni.

FuqFuq

5. Min jitlob il-manteniment irid jagħmel talba lil xi entità partikolari, lill-gvern jew lill-Qrati tal-Ġustizzja biex jiksbu?

Il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba għandha tkellem lill-imħallef ta’ l-affarijiet tal-familja tal-qorti superjuri.

6. Hu possibbli li t-talba tiġi magħmula għan-nom ta’ membru tal-familja, qarib jew minuri?

Il-ġenitur li jieħu r-responsabbiltà ta’ tifel jew tifla minorenni jew maġġorenni jista’ jitlob kontribuzzjoni għall-manteniment u l-edukazzjoni tiegħu jew tagħha.

Meta l-kreditur ikun taħt tutela, it-tutur tiegħu biss jista’ jaġixxi f’ismu.

7. Jekk min jitlob il-manteniment irid iressaq il-każ tiegħu l-Qorti, kif tista’ issir taf liema hi l-Qorti kompetenti?

Il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tista’ tagħżel li tressaq il-każ quddiem il-qorti tal-post fejn tgħix jew tal-post tar-residenza ta’ l-intimat.

8. Min jagħmel it-talba għandu bżonn juża s-servizzi ta’ intermedjarju biex iressaq il-każ quddiem il-Qorti? Jekk mhux hekk, liema proċedura trid tiġi osservata?

Jekk ma jkunx il-każ ta’ proċedura ta’ divorzju jew ta’ separazzjoni, il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tkun tista’ tressaq il-każ quddiem il-qorti hi stess permezz ta’ ittra jew ta’ taħrika li titlob l-intervent ta’ marixxall tal-qorti. L-avukat m’huwiex obbligatorju.

Il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba jkollha tipprovdi lill-imħallef bid-dokumenti kollha li jagħtu prova ta’ l-istat ta’ bżonn tagħha bħalma huma l-evidenza tas-salarju, ċertifikati li m’hijiex taxxabbli, ċertifikat tal-qgħad jew ta’ lîf ta’ mard fit-tul, kera pagabbli, tfal li hi responsabbli għalihom u l-ispejjeż tal-manteniment u l-edukazzjoni tagħhom, krediti, eċċ.

FuqFuq

9. X’inhuma l-ispejjeż tal-proċedura ġudizzjarja? Jekk hemm spejjeż, kemm huma? Jekk min jagħmel it-talba m’għandux biżżejjed mezzi ekonomiċi, jista’ jikseb għajnuna finanzjarja biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-kawża?

Il-proċedura hi b’xejn.

Jekk il-mezzi tal-persuna li tkun qed tagħmel it-talba jkunu inqas minn ċertu limitu ta’ riżorsi stabbilit permezz ta’ digriet, din tkun tista’ tingħata l-għajnuna ġurisdizzjonali totali jew parzjali. (ara t-tema “l-Għajnuna legali – Franza”)

10. X’tip ta’ ħlas jiġi stabbilit mill-Qorti? Jekk tkun somma li titħallas perjodikament, kif tiġi kkalkulata? Ladarba tiġi stabbilita s-somma, kif tiġi riveduta jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi?

- Dwar il-forma ta’ l-għajnuna.
  • l-għajnuna tieħu l-forma ta’ manteniment perjodiku mħallas kull xahar:
    • fil-qafas ta’ l-obbligu ta’ l-għajnuna reċiproka bejn il-miżżewġin jew ex-miżżewġin iddivorzjati għax iż-żwieġ tkisser irrimedjabilment jew separati. Imma din tista’ wkoll tkun taħt forma ta’ kapital. Dan jista’ jkun somma flus jew trasferiment ta’ assi mhux fi flus.
    • fir-rigward tal-kontribuzzjoni għall-manteniment u l-edukazzjoni ta’ l-ulied. Din tista’ tkun taħt forma ta’ ħlas dirett, totali jew parzjali, ta’ l-ispejjeż meħtieġa għall-ulied. Fl-aħħar din tista’ tingħata taħt forma ta’ dritt ta’ l-użu u ta’ l-abitazzjoni.
  • l-għajnuna tkun taħt forma ta’ ħlas ta’ kumpens fil-każijiet kollha ta’ divorzju, ħlief f’każ ta’ divorzju għax iż-żwieġ tkisser irrimedjabilment.

Waħda mill-partijiet fiż-żwieġ tista’ titlob ħlas ta’ kumpens. Dan l-indennizz huwa maħsub biex jikkumpensa d-disparità li t-tmiem taż-żwieġ joħloq fil-kondizzjonijiet tal-ħajja rispettivi. Dan ikun taħt forma ta’ kapital li eventwalment jitħallas sa mhux iżjed tard minn 8 snin. L-ammont tal-ħlas ta’ kumpens jiġi stabbilit fis-sentenza tad-divorzju. F’każ ta’ divorzju fuq talba miż-żewġ naħat, l-ammont jiġi stabbilit fil-ftehim definittiv tad-divorzju li jsir bejn il-miżżewġin u li jkun approvat mill-imħallef.

FuqFuq

B’mod eċċezzjonali, tista’ jingħata ħlas għall-ħajja kollha (renta vitalizja) jekk l-età u l-istat tas-saħħa tal-kreditur jiġġustifikaw dan.

- Dwar l-evalwazzjoni ta’ l-għajnuna.

Ma teżistix tabella ta’ referenza. L-ammont jiġi evalwat skond il-mezzi tad-debitur u l-bżonnijiet tal-kreditur.

- Dwar l-indiċjar

Sabiex l-għajnuna tiġi adattata għall-iżviluppi fl-għoli tal-ħajja, l-imħallef jista’, mingħajr l-ebda konsultazzjoni, jiddeċiedi li l-manteniment perjodiku jintrabat ma’ indiċi permezz ta’ klawsola ta’ varjazzjoni stabbilita fis-sentenza.

Il-ħlas ta’ kumpens taħt forma ta’ renta vitalizja jintrabat ma’ indiċi bħal fil-każ tal-manteniment perjodiku.

- Dwar ir-reviżjoni
  • Dwar ir-reviżjoni tal-manteniment perjodiku

    F’każ ta’ bidla fiċ-ċirkustanzi, il-manteniment perjodiku li jkun stabbilit jista’ jiġi rivedut u jiżdied jew jitnaqqas jew anki jitwaqqaf. Jekk ma jkunx hemm qbil bejn il-partijiet, ir-reviżjoni ssir mill-Qorti.

  • Dwar ir-reviżjoni tal-ħlas ta’ kumpens

    Minħabba l-fatt li jkun stabbilit minn qabel, il-ħlas ta’ kumpens ma jkunx jista’ jiġi rivedut taħt l-istess kondizzjonijiet sakemm ma jkunx fil-forma ta’ kapital jew ta’ renta.
    L-ammont tal-kapital ma jistax jiġi rivedut; il-modalitajiet tal-ħlas jistgħu jiġu biss riveduti f’każ ta’ tibdil notevoli tas-sitwazzjoni tad-debitur. Ir-renti, kemm dawk ta’ qabel kif ukoll dawk ta’ wara l-liġi tat-30 ta’ Ġunju 2000, jistgħu jiġu riveduti għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ammont tagħhom f’każ ta’ tibdil importanti fis-sitwazzjoni tal-partijiet. F’każ ta’ divorzju fuq talba miż-żewġ naħat, ir-reviżjoni tista’ ssir jekk il-ftehim approvat jipprevedi klawsola ta’ reviżjoni.

    FuqFuq

11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment ?

Il-manteniment perjodiku u l-ħlas ta’ kumpens jitħallsu lill-benefiċjarju tagħhom kif indikat hawn fuq.

Il-kontribuzzjoni għall-manteniment u l-edukazzjoni tat-tifel jew tifla titħallas skond il-każ minn wieħed mill-ġenituri lill-ieħor jew lill-persuna li t-tifel jew tifla jkunu ġew fdati lilha. Meta dan jew din isiru maġġorenni, l-imħallef jista’ jiddeċiedi jew il-ġenituri jaqblu li din il-kontribuzzjoni tingħata kollha jew parzjalment lit-tifel jew tifla.

12. Jekk id-debitur ma jħallasx minn jeddu, liema mezzi jeżistu għall-eżekuzzjoni forzata?

Il-kreditur jista’ jirrikorri għall-mezzi ta’ l-eżekuzzjoni tal-liġi ordinarja, bħall-qbid ta’ mobbli jew immobbli jew sekwestru fuq is-salarju jew fuq flus f’kont bankarju.

Il-kreditur jista’ wkoll juża l-proċedura tal-ħlas dirett. Permezz ta’ din il-proċedura, fuq sempliċi notifikazzjoni bil-marixxall, il-ħlas dirett tal-manteniment jista’ jsir minn min iħaddem lid-debitur jew minn kwalunkwe persuna oħra li jkollha d-dejn lejn dan ta’ l-aħħar.

13. Teżisti xi istituzzjoni li tista’ tgħin lill-kreditur jiġbor il-manteniment dovut?

Fil-każ li xi wieħed minn dawn il-mezzi ta’ eżekuzzjoni li ġew ippreżentati jfalli, il-kreditur għandu żewġ possibbiltajiet.

  • Hu jista’ jkellem lill-organizzazzjoni inkarigata mill-ħlas tal-benefiċċji tal-familja, b’mod partikolari lid-Dipartiment tat-Teżor responsabbli mill-allokazzjonijiet tal-familja. Dan ikun jista’ jgħin biex jinġabar il-manteniment perjodiku għall-futur u l-arretrati sa sentejn b’lura.
  • Il-kreditur jista’ wkoll jagħmel talba lill-Prokuratur tar-Repubblika permezz tal-qorti superjuri tal-post fejn jgħix sabiex titħaddem il-proċedura pubblika tal-ġbir tad-dejn. Din tippermetti li jinkiseb, permezz tad-Dipartiment tat-Teżor, il-ħlas furzat ta’ l-aħħar sitt xhur li ma jkunux tħallsu u ta’ l-iskadenzi futuri.

14. Teżisti xi istituzzjoni li tista’ tħallas fl-intjier jew parzjalment il-manteniment dovut minflok id-debitur?

L-organizzazzjoni inkarigata mill-ħlas tal-benefiċċji tal-familja tista’ tissostitwixxi totalment jew parzjalment lid-debitur billi tħallas allokazzjoni ta’ appoġġ lill-familja. Din iġġib lura dawn is-somom mingħand id-debitur sakemm dan ta’ l-aħħar ma jiġix iddikjarat fallut mill-imħallef.

FuqFuq

Jekk il-persuna li qed tagħmel it-talba tinsab fi Franza u l-persuna li għandha l- “obbligu tal-manteniment” tgħix f’pajjiż ieħor:

15. Min qed jagħmel it-talba jista’ jikseb l-għajnuna mingħand xi istituzzjoni jew entità governattiva Franċiża ?

Il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba u li tkun qed tibbenefika minn deċiżjoni li tistabbilixxi manteniment perjodiku tista’ tkellem liż-żewġ dipartimenti ministerjali li ġejjin meta d-debitur ikun barra l-pajjiż:

  • Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin

    Dan il-Ministeru huwa inkarigat mill-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ New York ta’ l-20 ta’ Ġunju 1956 English - français dwar l-irkupru tal-manteniment barra l-pajjiż bħala istituzzjoni intermedjarja maħtura minn Franza. Din il-Konvenzjoni tapplika f’55 pajjiż.
    Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin jista’ wkoll jintervjeni sabiex jipprova jsib soluzzjoni bi ftehim meta d-debitur ikun ta’ ċittadinanza Franċiża.

  • Il-Ministeru tal-Ġustizzja

    Dan il-Ministeru jintervjeni fil-każ ta’ pajjiżi li mhumiex firmatarji tal-Konvenzjoni ta’ New York u li magħhom ikun sar ftehim jew qbil ta’ għajnuna reċiproka li jistabbilixxu kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali (Benin, il-Provinċja tal-Québec, il-Kongo, Djibouti, l-Eġittu, l-Istati Uniti, in-Niġerja, is-Senegal, iċ-Ċad, Togo).

    FuqFuq

16. Fil-każ affermattiv x’inhu l-isem u l-indirizz ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità governattiva? Kif jista’ wieħed jikkuntattjahom? 

  • Ministère des Affaires Etrangères

    Service du recouvrement des créances alimentaires entre la Fance et l’Etranger
    244, Boulevard Saint-Germain
    75303 PARIS 07 S.P.
    Téléphone : +33.(1).43.17.99.91
    Fax: +33.(1).43.17.93.44

  • Ministère de la Justice

    Direction des Affaires Civiles et du Sceau
    Bureau de l’entraide civile et commerciale internationale
    13 Place Vendôme
    75001 PARIS
    Téléphone: +33.(1).44.86.14.50
    Fax: +33.(1).44.86.14.06

Jekk il-persuna li qed tagħmel it-talba tinsab f’pajjiż ieħor u l-persuna li għandha l- “obbligu tal-manteniment” tinsab fi Franza:

17. X’tip ta’ għajnuna ser jirċievi min jitlobha mingħand dik l-istituzzjoni jew minn dik l-entità governattiva?

Ċerti ftehimiet ta’ għajnuna reċiproka huma pjuttost restrittivi u jillimitaw il-poteri ta’ l-awtoritajiet ċentrali fit-tfittxija biex jinġabar il-manteniment xieraq. Bil-kontra, ftehimiet oħra, u b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ New York, jistabbilixxu li l-istituzzjoni intermedjarja jiġifieri l-awtorità ċentrali, teżegwixxi kull sentenza, ordni jew att ġudizzjarju ieħor.

Skond il-każ, l-awtorità ċentrali Franċiża tgħaddi t-talba tal-kreditur lill-awtorità kompetenti biex id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-manteniment perjodiku tiġi rikonoxxuta u eżegwita jew biex tisma’ lid-debitur sabiex jinstab ftehim biex jissolva l-kunflitt.

18. Min qed jagħmel it-talba jista’ jirrikorri direttament għand istituzzjoni jew awtorità governattiva Franċiża ?

Il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba u li tkun barra minn Franza għandha tkellem lill-awtorità ċentrali tal-pajjiż tagħha inkarigata mill-applikazzjoni tal-ftehim imsemmi hawn fuq. Din ma tistax tkellem direttament lil xi organizzazzjoni jew amministrazzjoni fi Franza.

19. Fil-każ affermattiv, x’inhu l-isem u l-indirizz ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità governattiva? Kif jista’ wieħed jikkuntattjahom?

Mhux applikabbli, ara § 18.

20. X’tip ta’ għajnuna ser jirċievi min jitlobha mingħand dik l-istituzzjoni jew dik l-entità governattiva?

Mhux applikabbli, ara § 18.

Aktar tagħrif

  • L-awtoritajiet ċentrali
    • Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin français
    • Għajnuna ġurisdizzjonali fi Franza français & Manteniment perjodiku français (Il-Ministeru tal-Ġustizzja français)
  • Id-Dipartiment tat-Teżor ta’ l-Allokazzjonijiet tal-familja français
  • Leġiżlazzjoni u ġurisprudenza: Légifrance: l-importanti fil-liġi Franċiża français

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Franza - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 04-04-2006

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Skond il-liġi Franċiża, x’jiġbru fihom il-kunċetti ta’ “manteniment” u ta’ “obbligi tal-manteniment”? 1.
Min għandu l-obbligu tal-manteniment fir-rigward ta’ persuna oħra: Min għandu l-obbligu tal-manteniment fir-rigward ta’ persuna oħra:
- il-ġenituri fir-rigward ta’ uliedhom ? - il-ġenituri fir-rigward ta’ uliedhom ?
- l-ulied fir-rigward tal-ġenituri tagħhom ? - l-ulied fir-rigward tal-ġenituri tagħhom ?
- il-persuna divorzjata fir-rigward ta’ l-ex-konjugi tagħha ? - il-persuna divorzjata fir-rigward ta’ l-ex-konjugi tagħha ?
- Oħrajn ? - Oħrajn ?
F’liema każijiet ? F’liema każijiet ?
2. Il-wild sakemm idum igawdi mill-manteniment? 2.
3. F’liema każijiet hija applikabbli l-liġi Franċiża? 3.
4. Jekk mhix applikabbli l-liġi Franċiża, liema liġi japplikaw il-Qrati ta’ dan il-pajjiż? 4.
5. Min jitlob il-manteniment irid jagħmel talba lil xi entità partikolari, lill-gvern jew lill-Qrati tal-Ġustizzja biex jiksbu? 5.
6. Hu possibbli li t-talba tiġi magħmula għan-nom ta’ membru tal-familja, qarib jew minuri? 6.
7. Jekk min jitlob il-manteniment irid iressaq il-każ tiegħu l-Qorti, kif tista’ issir taf liema hi l-Qorti kompetenti? 7.
8. Min jagħmel it-talba għandu bżonn juża s-servizzi ta’ intermedjarju biex iressaq il-każ quddiem il-Qorti? Jekk mhux hekk, liema proċedura trid tiġi osservata? 8.
9. X’inhuma l-ispejjeż tal-proċedura ġudizzjarja? Jekk hemm spejjeż, kemm huma? Jekk min jagħmel it-talba m’għandux biżżejjed mezzi ekonomiċi, jista’ jikseb għajnuna finanzjarja biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-kawża? 9.
10. X’tip ta’ ħlas jiġi stabbilit mill-Qorti? Jekk tkun somma li titħallas perjodikament, kif tiġi kkalkulata? Ladarba tiġi stabbilita s-somma, kif tiġi riveduta jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi? 10.
11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment ? 11.
12. Jekk id-debitur ma jħallasx minn jeddu, liema mezzi jeżistu għall-eżekuzzjoni forzata? 12.
13. Teżisti xi istituzzjoni li tista’ tgħin lill-kreditur jiġbor il-manteniment dovut? 13.
14. Teżisti xi istituzzjoni li tista’ tħallas fl-intjier jew parzjalment il-manteniment dovut minflok id-debitur? 14.
Jekk il-persuna li qed tagħmel it-talba tinsab fi Franza u l-persuna li għandha l- “obbligu tal-manteniment” tgħix f’pajjiż ieħor: Jekk il-persuna li qed tagħmel it-talba tinsab fi Franza u l-persuna li għandha l- “obbligu tal-manteniment” tgħix f’pajjiż ieħor:
15. Min qed jagħmel it-talba jista’ jikseb l-għajnuna mingħand xi istituzzjoni jew entità governattiva Franċiża ? 15.
16. Fil-każ affermattiv x’inhu l-isem u l-indirizz ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità governattiva? Kif jista’ wieħed jikkuntattjahom? 16.
Jekk il-persuna li qed tagħmel it-talba tinsab f’pajjiż ieħor u l-persuna li għandha l- “obbligu tal-manteniment” tinsab fi Franza: Jekk il-persuna li qed tagħmel it-talba tinsab f’pajjiż ieħor u l-persuna li għandha l- “obbligu tal-manteniment” tinsab fi Franza:
17. X’tip ta’ għajnuna ser jirċievi min jitlobha mingħand dik l-istituzzjoni jew minn dik l-entità governattiva? 17.
18. Min qed jagħmel it-talba jista’ jirrikorri direttament għand istituzzjoni jew awtorità governattiva Franċiża ? 18.
19. Fil-każ affermattiv, x’inhu l-isem u l-indirizz ta’ dik l-istituzzjoni jew dik l-entità governattiva? Kif jista’ wieħed jikkuntattjahom? 19.
20. X’tip ta’ għajnuna ser jirċievi min jitlobha mingħand dik l-istituzzjoni jew dik l-entità governattiva? 20.
 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit