Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Finlandja

L-aħħar aġġornament: 15-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Finlandja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

1. X'jinkludu t-termini “manteniment” u “obbligu li jiġi pprovdut manteniment” fil-liġi Finlandiża? Min huwa obbligat iħallas manteniment lil persuna oħra u f'liema tipi ta' każijiet?

It-tifel/tifla għandu d-dritt li jirċievi manteniment mingħand il-ġenituri tiegħu. Jekk ġenitur ma jipprovdix manteniment jew jekk it-tifel/tifla ma jgħix b'mod permanenti mal-ġenitur tiegħu, ġenitur jista' jkun obbligat iħallas il-manteniment lit-tifel/tifla.

Il-ġenituri mhumiex intitolati jirċievu l-manteniment mingħand it-tifel/tifla tagħhom.

Matul iż-żwieġ tagħhom, iż-żewġ konjuġi għandhom jagħmlu li jistgħu fir-rigward tal-parteċipazzjoni fiż-żamma tal-finanzi konġunti tal-familja u l-manteniment tal-konjuġi. Wara d-divorzju, il-konjuġi li jitlaq [lill-parti l-oħra u lit-tifel/tifla/tfal] huwa obbligat iħallas il-manteniment lill-konjuġi [tiegħu/tagħha] jekk il-konjuġi jkunu għamlu dan it-tip ta' arranġament bejniethom u jekk l-awtorità ta' l-assistenza pubblika lokali tkun ikkonfermat dan. F'rabta ma' sitwazzjoni ta' divorzju, il-qorti tal-ġustizzja tista' tobbliga wkoll lill-konjuġi l-ieħor li jħallas il-manteniment lill-konjuġi li jkun jeħtieġu.

Jekk konjuġi jonqos mill-obbligu tiegħu li jipprovdi l-manteniment jew jekk il-konjuġi jgħixu separati, wieħed minnhom jista' jkun obbligat iħallas il-manteniment lill-ieħor.

Dak li japplika għall-konjuġi japplika wkoll għall-partijiet f'relazzjoni rreġistrata [li tinvolvi persuni ta' l-istess sess].

F'relazzjonijiet personali oħra, il-partijiet mhumiex soġġetti għall-obbligu li jipprovdu manteniment lil xulxin.

FuqFuq

2. Sa liema età tifel/tifla huwa intitolat li jirċievi manteniment?

Id-dritt tat-tifel/tifla li jiksbu l-manteniment mingħand il-ġenituri tiegħu/tagħha jintemm meta t-tifel/tifla jagħlaq it-18-il sena. Il-ġenituri huma responsabbli għall-ispejjeż ta' l-edukazzjoni tat-tifel/tifla tagħhom anki wara li t-tifel/tifla jkun għalaq it-18-il sena, jekk dan jitqies li jkun raġonevoli.

3. F'liema tipi ta' każijiet tista' tiġi applikata l-liġi Finlandiża?

3.1 Manteniment imħallas littifel/tifla

Il-liġi applikata fi kwistjoni ta' manteniment imħallas littifel/tifla hija bbażata fuq jekk it-tifel/tifla twelidx minn żwieġ jew barra żwieġ. Jekk it-tifel/tifla twieled minn żwieġ, il-liġi applikata hija l-liġi tal-pajjiż li tiegħu, it-tifel/tifla huwa ċittadin. Jekk it-tifel/tifla twieled barra ż-żwieġ, il-liġi applikata hija l-liġi tal-Finlandja.

3.2. Manteniment imħallas lill-konjuġi

Fi kwistjonijiet ta' manteniment imħallas lill-konjuġi, il-liġi applikata hija dik tal-pajjiż li fih il-konjuġi intitolat għall-manteniment għandu r-residenza tiegħu. Minkejja dak li tippreskrivi l-liġi li għandha tiġi applikata, dejjem hemm bżonn li titqies il-ħtieġa għall-manteniment tal-persuna intitolata għall-manteniment u l-qagħda finanzjarja tal-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment meta qed jiġi ddeterminat l-ammont tal-manteniment.

4. Jekk il-liġi Finlandiża ma tkunx tista' tiġi applikata, liema liġijiet japplikaw il-qrati Finlandiżi?

4.1. Manteniment imħallas lit- tifel/tifla

Għat-tweġiba ara 3.1. Jekk il-liġi ta' pajjiż barrani għandha tiġi applikata fi kwistjoni, iżda jekk is-sistema ġudizzjarja ta' dak il-pajjiż teħtieġ li tiġi applikata l-liġi ta' pajjiż ieħor, allura għandha tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż l-ieħor. Jekk ma tinkiseb ebda kjarifika dwar il-kontenut tal-liġi tal-pajjiż barrani, għandha tiġi applikata l-liġi Finlandiża.

FuqFuq

4.2. Manteniment imħallas lill-konjuġi

Għat-tweġiba ara 3.2. Fi kwistjonijiet ta' manteniment imħallas lill-konjuġi, il-liġi applikata hija dik tal-pajjiż li fih il-konjuġi intitolat għall-manteniment għandu r-residenza tiegħu. Jekk fi kwistjoni tiġi applikata l-liġi ta' pajjiż barrani, ir-regolamenti li jappartienu għall-iskop tal-liġi ċivili internazzjonali tal-liġi msemmija ma jiġux madankollu applikati.

Jekk kemm il-persuna li tapplika għall-manteniment kif ukoll il-persuna soġġetta li tipprovdih tgħix fil-Finlandja:

5. L-applikant għandu jikkuntattja ċerta organizzazzjoni, awtorità (awtorità ċentrali jew lokali) jew qorti tal-ġustizzja sabiex jikseb il-manteniment?

Jekk il-persuna intitolata għall-manteniment u l-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment jgħixu fil-Finlandja, jistgħu jikkuntattjaw lill-awtorità ta' l-assistenza soċjali lokali għall-għajnuna fit-tfassil ta' ftehim dwar il-manteniment.

Jekk il-kwistjoni tal-manteniment hija kawża ta' tilwima, il-persuna intitolata għall-manteniment jew il-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment tista' tippreżenta l-kwistjoni quddiem il-qorti lokali ta' prim istanza.

5.A. Kif nista' napplika għal manteniment minn din l-organizzazzjoni jew awtorità (awtorità ċentrali jew lokali) u liema proċeduri jiġu applikati?

5 A.1. Manteniment imħallas lit- tifel/tifla

Jekk il-ġenituri tat-tifel/tifla jridu jidħlu fi ftehim bil-miktub dwar il-manteniment li għandu jitħallas u jekk jixtiequ lill-awtorità ta' assistenza soċjali lokali tikkonfermah, għandhom jidħlu għall-ftehim billi jużaw il-formola kkonfermata mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-formola msemmija tista' tinkiseb mingħand l-awtorità ta' l-assistenza soċjali lokali. Uffiċjal ta' l-awtorità ta' assistenza soċjali lokali jipprovdi l-għajnuna lill-ġenituri meta din tkun mitluba fit-tfassil tal-ftehim u fil-mili tal-formola.

FuqFuq

F'qorti tal-Ġustizzja, il-kwistjoni tal-manteniment tiġi ppreżentata billi tiġi ppreżentata kwerela. (Ara “Asian vireillepano tuomioistuimessa - Suomi”).

5 A.2. Manteniment imħallas lill-konjuġi

Il-konjuġi jistgħu jfasslu ftehim bil-miktub, fil-forma li jixtiequ, u jitolbu lill-awtorità ta' assistenza soċjali lokali sabiex tikkonfermah. Uffiċjal ta' l-awtorità ta' l-assistenza soċjali lokali jipprovdi l-għajnuna lill-ġenituri meta din tkun mitluba fit-tfassil tal-ftehim.

F'qorti tal-ġustizzja, il-kwistjoni tal-manteniment tiġi ppreżentata billi tiġi ppreżentata kwerela. (Ara “Asian vireillepano tuomioistuimessa - Suomi”).

6. Jista' wieħed japplika għal manteniment f'isem qaribu, ħabib jew tifel/tifla minorenni?

6.1. Manteniment imħallas lit- tifel/tifla

Fi kwistjoni ta' manteniment, it-tifel/tifla huwa rrappreżentat mill-gwardjan tiegħu/tagħha jew minn rappreżentat legali ieħor. Il-gwardjan jista' jagħti prokura lil ħaddieħor sabiex juża d-dritt tat-tifel/tifla li jitkellem fuq kwistjoni ta' manteniment.

6.2. Manteniment imħallas lill-konjuġi

Konjuġi jista' jagħti l-prokura lil ħaddieħor sabiex din il-persuna tkun awtorizzata li tuża d-dritt tal-parti li tagħti l-awtorizzazzjoni sabiex titkellem fuq kwistjoni ta' manteniment.

7. Jekk applikant għandu l-ħsieb li jippreżenta l-każ quddiem qorti tal-ġustizzja, kif jista' jsir jaf liema qorti għandha l-ġurisdizzjoni?

7.1. Qorti tal-Ġustizzja b'ġurisdizzjoni fi kwistjoni li tapplika għall-manteniment li għandu jitħallas lil tifel/tifla

L-Att dwar il-Manteniment tat-Tfal, paragrafu 14, għandu disposizzjoni dwar il-qorti tal-ġustizzja b'ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' manteniment. Azzjoni li għandha x'taqsam mal-manteniment għandha tittieħed quddiem dik il-qorti tal-ġustizzja li d-domiċilju tal-gwardjani jew tar-rappreżentant legali tat-tifel/tifla jaqa' fi ħdan id-distrett ġudizzjali tagħha. Jekk id-domiċilju tal-gwardjan jew tar-rappreżentant legali tat-tifel/tifla ma jkunx fil-Finlandja, l-azzjoni għandha tittieħed quddiem dik il-qorti tal-ġustizzja li, l-aħħar domiċilju tal-gwardjani jew tar-rappreżentant legali tat-tifel/tifla kien jaqa' fi ħdan id-distrett ġudizzjali tagħha. Jekk ma hemm ebda Qorti tal-Ġustizzja b'ġurisdizzjoni skond is-sezzjoni ta’ hawn fuq, f’dan il-każ,  għandu japplika l-paragrafu 23, subsezzjoni 2 ta' l-Att dwar ċerti relazzjonijiet tad-drittijiet tal-familja ta' natura internazzjonali.B'hekk, il-kwistjoni tiġi mressqa quddiem il-qorti tal-ġustizzja ta' dik il-lokalità fejn it-tifel huwa residenti b'mod permanenti jew, jekk it-tifel mhuwiex residenti b'mod permanenti fil-Finlandja, fil-Qorti Distrettwali ta' Ħelsinki.

FuqFuq

Jekk tiġi ppreżentata talba dwar il-manteniment f'rabta ma' azzjoni dwar il-manteniment ta' tifel/tifla jew ma' l-affermazzjoni tal-paternità, l-azzjoni dwar il-manteniment tista' tinstema' wkoll f'dik il-Qorti tal-Ġustizzja fejn għandha tiġi ppreżentata l-azzjoni dwar l-ewwel kwistjoni.

7.2. Qorti tal-Ġustizzja b'kompetenza fi kwistjoni li tapplika għall-manteniment li għandu jitħallas lil konjuġi

Il-qorti tal-ġustizzja bil-kompetenza hi mfissra fil-Kapitolu 10, paragrafu 10, subartikolu 3 tal-Kodiċi dwar il-Proċedimenti Legali. . Skond is-subartikolu msemmi, azzjoni li tobbliga lil konjuġi jipprovdi l-manteniment lill-konjuġi l-ieħor għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qorti tal-ġustizzja ta' dik il-lokalità li fiha, wieħed mill-konjuġi għandu d-domiċilju tiegħu.

8. L-applikant għandu jikkuntattja lil xi intermedjarju (avukat, organizzazzjoni jew awtorità (awtorità ċentrali jew lokali)) sabiex jippreżenta l-każ quddiem qorti tal-ġustizzja? Jekk le, liema proċedura għandu josserva?

L-applikant għandu d-dritt li jippreżenta każ mingħajr intermedjarji (ara “Asian vireillepano tuomioistuimessa - Suomi”).

9. Hemm xi ħlas involut fir-rigward tal-proċediment tal-qorti? Jekk hemm, kemm huwa? Jekk il-fondi ta' l-applikant mhumiex adegwati, jista' jikseb parir legali sabiex ikopri l-ispejjeż tas-smigħ?

Is-smigħ tal-qorti jinvolvi ħlas. Il-Qorti tal-Ġustizzja titlob dritt, li l-ammont tiegħu (70 - 200 euro) jiddependi mill-każ u fuq il-ħtieġa li jinstema' l-każ. (Käräjäoikeuksien maksut English - suomi - svenska).

FuqFuq

Id-dritt ta' l-applikant li jirċievi għajnuna legali (ara “Oikeusapu - Suomi”) toħroġ mill-Att dwar l-Assistenza Legali. Applikant li jgħix barra mill-pajjiż jista' jikseb ukoll għajnuna legali fil-każta’ manteniment fuq il-bażi ta' ftehim reċiproku speċjali. Il-Finlandja daħlet fi ftehim bħal dawn ma' xi Stati fl-Istati Uniti u fil-Kanada.

10. X'tip ta' manteniment tista' tagħti l-qorti? Jekk il-kwistjoni hija dwar il-manteniment li għandu jitħallas f'intervalli regolari, kif jista' dan jiġi stabbilit? Tista' deċiżjoni tal-qorti tiġi riveduta meta l-ispejjeż tal-ħajja jew iċ-ċirkostanzi tal-familja jinbidlu?

10.1 Manteniment imħallas lit-tifel/tifla

L-Att dwar il-Manteniment tat-Tfal, fih dispożizzjonijiet dwar il-manteniment li għandu jitħallas lit-tifel/tifla.

Bħala regola, il-manteniment għandu jitħallas kull xahar bil-quddiem fi flus kontanti sakemm ma jsirx ftehim jew ma tittieħidx deċiżjoni mod ieħor. F'każijiet eċċezzjonali, il-manteniment jista' jitħallas f'somma globali waħdanija. Il-manteniment jista' jiġi mħallas ukoll fil-forma ta' proprjetà mobbli u immobbli.

Fil-Finlandja, l-ammont tal-manteniment li għandu jitħallas għal tifel/tifla mhuwiex stabbilit b'tabella ta' tariffi. Il-ħruġ ta' l-ammont tal-manteniment li għandu jitħallas jiġi meqjus każ b'każ. Skond il-paragrafu 1 ta' l-imsemmi Att, tifel/tifla għandu d-dritt għal manteniment li jkun biżżejjed għalih/għaliha. Manteniment li jkun biżżejjed għalih/għaliha ifisser li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet materjali u mentali tat-tifel/tifla fir-rigward tal-fażijiet ta' żvilupp tat-tifel/tifla, il-ħtiġijiet ta' kura tat-tifel/tifla, l-edukazzjoni tat-tifel/tifla u l-ispejjeż assoċjati. Skond il-paragrafu 2 ta' l-imsemmi Att, il-ġenituri ta' tifel/tifla huma responsabbli għall-manteniment tat-tifel/tifla skond il-kapaċità finanzjarja tagħhom. Meta tiġi stmata l-abbiltà tal-ġenituri għall-manteniment, jiġu meqjusin l-età tagħhom, l-abbiltà li jaħdmu, il-possibbiltajiet tagħhom li jinvolvu ruħhom f'impjiegi li jrendu, l-assi disponibbli tagħhom, u r-responsabbiltajiet l-oħrajn tagħhom għall-manteniment kif stabbilit fil-liġi. Meta jiġi stmat l-iskop tar-responsabbiltà għall-manteniment tal-ġenituri, jiġu meqjusin ukoll l-abbiltajiet u l-possibbiltajiet tat-tifel/tifla li jerfa' r-responsabbiltà għall-manteniment tiegħu/tagħha, hekk ukoll dawk il-kwistjonijiet li ma jinvolvux spejjeż jew li jinvolvu biss spejjeż żgħar għall-ġenituri fl-għoti ta' manteniment għat-tifel/tifla.

FuqFuq

Minħabba l-għoli tal-ħajja, jiġi implimentat aġġustament awtomatiku għall-manteniment li jitħallas f'intervalli regolari. L-Att dwar ir-rabtiet ta' ċerti tipi ta' manteniment ma' l-għoli tal-ħajja, fih dispożizzjonijiet aktar dettaljati fuq l-aġġustament awtomatiku msemmi.

L-ammont konfermat tal-manteniment u l-mod ta' kif dan għandu jitħallas jista' jinbidel bi ftehim jew b'sentenza fil-każ li jkunu seħħew bidliet ta' natura tant essenzjali fiċ-ċirkostanzi li dawn ikollhom jiġu kkunsidrati meta jiġi kkonfermat il-manteniment u li l-emenda fil-manteniment tkun titqies waħda ġusta meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi ta' kemm it-tifel/tifla u l-ġenitur li jkun qed iħallas il-manteniment. Ftehim fuq il-manteniment jista' jiġi emendat jekk dan jitqies li jkun mhux ġust.

10.2 Manteniment imħallas lill-konjuġi

L-Att dwar iż-Żwieġ, jipprovdi dispożizzjonijiet dwar il-manteniment li għandu jitħallas lill-konjuġi. Huwa rari fis-sistema legali Finlandiża li konjuġi jiġi obbligat iħallas manteniment lill-konjuġi l-ieħor. Ir-regola prinċipali hija li wara li jsir id-divorzju, l-ex konjuġi jfendu għal rashom personalment.

Il-mateniment jista’ jiġi kkonfermat li għandu jitħallas jew għall-preżent jew sabiex il-ħlas tal-manteniment jieqaf wara l-perjodu ta' żmien stabbilit fil-ftehim/deċiżjoni/sentenza. Madankollu, l-manteniment jista’ jiġi kkonfermat li għandu jitħallas bħala somma sħiħa jekk iċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment u kwistjonijiet oħra jippermettu dan. Il-manteniment jista’ jiġi mħallas wkoll fil-forma ta' proprjetà mobbli u immobbli.

FuqFuq

Minħabba l-għoli tal-ħajja, għandu jiġi implimentat aġġustament awtomatiku għall-manteniment li għandu jitħallas f'intervalli regolari. L-Att dwar ir-rabtiet ta' ċerti tipi ta' manteniment ma' l-għoli tal-ħajja, fih dispożizzjonijiet aktar dettaljati fuq l-aġġustament awtomatiku msemmi.

Id-deċiżjoni jew sentenza maħruġa minn qorti tal-ġustizzja jew ftehim milħuq bejn il-konjuġi jista' jiġi emendat jekk l-emenda tiġi kkunsidrata ġġustifikata minħabba ċirkostanzi mibdula. Madankollu, deċiżjoni jew sentenza jew ftehim li jikkonferma l-manteniment li għandu jitħallas bħala somma globali ma jistax jiġi emendat ladarba jkun tħallas l-manteniment. Il-ftehim milħuq bejn il-konjuġi dwar il-manteniment jista' jiġi emendat jekk il-ftehim milħuq jiġi kkunsidrat bħala wieħed mhux ġust. Skond il-liġi, l-obbligu li jitħallas il-mantenimentf'intervalli regolari jieqaf japplika jekk il-persuna intitolata għall-alimenti tiżżewweġ mill-ġdid.

11. Kif u lil min għandu jitħallas il-manteniment?

11.1. Manteniment imħallas lit-tifel/tifla

Manteniment imħallas lit-tifel/tifla għandu jitħallas lill-gwardjan tat-tifel/tifla (fil-kont bankarju indikat mill-gwardjan).

11.2. Manteiment  imħallas lill-konjuġi

Manteiment imħallas lill-konjuġi għandhom jitħallsu lilu/lilha (fil-kont bankarju indikat minnu/minnha).

12. Jekk persuna li tkun obbligata tipprovdi manteniment ma tħallasx b'mod volontarju, liema metodi huma disponibbli sabiex il-persuna tkun imġiegħla tħallas?

12.1. Manteniment imħallas lit-tifel/tifla

Jekk il-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment ma tħallasx b'mod volontarju, il-gwardjan tat-tifel/tifla intitolat għall-manteniment għandu jikkuntattja lill-awtorità ta' assistenza soċjali lokali. Din l-awtorità hija awtorizzata tieħu azzjoni sabiex tinforza l-ġbir tal-manteniment b'mod obbligatorju. Jekk il-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment ma tħallasx ir-rati tal-manteniment dovuti jew mhux imħallsa fi żmien perjodu raġonevoli stabbilit mill-awtorità rilevanti, l-imsemmija awtorità għandha bla telf ta' żmien tieħu azzjoni sabiex tiġbor il-manteniment billi tapplika miżura ta' esekuzzjoni.

FuqFuq

12.2. Manteniment imħallas lill-konjuġi

Jekk il-konjuġi soġġett li jipprovdi l-manteniment jonqos milli jħallas il-manteniment skond il-ftehim konfermat mill-awtorità ta' assistenza soċjali lokali jew mid-deċiżjoni/sentenza ta' Qorti tal-Ġustizzja, il-persuna intitolata għall-manteniment tista' titlob lill-bailiff sabiex idaħħal fis-seħħ il-ftehim jew id-deċiżjoni/sentenza kif preskritt fl-Att dwar il-Proċedimenti ta' Rkupru.

13. Hemm organizzazzjoni jew awtorità (ċentrali jew lokali) li tista' tgħinni niġbor il-manteniment [dovuti lili]?

13.1. Manteniment imħallas lit-tifel/tifla

Jekk il-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment ma tħallasx il-manteniment konfermat, il-persuna intitolata għall-manteniment tista' tirrikorri għand l-awtorità ta' assistenza soċjali lokali għall-għajnuna. Imbagħad, din l-awtorità tieħu ħsieb il-ġbir tal-manteniment f'kooperazzjoni ma' l-uffiċjali ta’ l-awtorità ta' l-esekuzzjoni.

13.2. Manteniment imħallas lill-konjuġi

Il-konjuġi intitolat għall-manteniment jeħtieġ jagħmel talba dwar il-ġbir tal-manteniment dovut jew mhux imħallas lill-bailiff. Il-bailiff jipprovdi assistenza fl-egħmil tat-talba.

14. Jista' l-manteniment jitħallas f'daqqa jew titħallas somma minnu minflok il-persuna tkun obbligata tipprovdi l-manteniment?

14.1. Manteniment imħallas lit-tifel/tifla

Jekk il-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment ma tħallasx il-manteniment konfermat, l-awtorità ta' assistenza soċjali lokali tista' tħallas kontribut finanzjarju għall-manteniment tat-tifel/tifla. L-ammont ta’ dan il-kontributgħal tifel/tifla waħda huwa ta' € 118.15 fix-xahar (Digriet 1094/2001). Dan il-kontribut jingħata wara li tiddaħħal applikazzjoni.

FuqFuq

14.2. Manteniment imħallas lill-konjuġi

Konjuġi intitolat għal manteniment jista' jikseb il-manteniment imsemmi biss mingħand il-konjuġi tiegħu/tagħha.

Jekk l-applikant ikun jinsab fil-Finlandja u l-persuna obbligata tipprovdi l-manteniment tkun residenti f'pajjiż ieħor:

15. Jista' l-applikant jikseb għajnuna mingħand organizzazzjoni jew awtorità Finlandiża?

15.1. Manteniment imħallas lit-tifel/tifla

L-awtorità ta' assistenza soċjali lokali tista' tħallas il-manteniment ta' tifel/tifla/tfal wara li tkun saret applikazzjoni għall-għajxien ta' tifel/tifla fil-Finlandja (ara l-Artikolu li ġej għat-tweġiba 14.1.). L-awtorità ta' assistenza soċjali lokali tista' flimkien mal-persuna intitolata li tirċievi l-manteniment, tikkuntattja lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u titlob lill-Ministeru jieħu azzjoni sabiex jiġbor il-manteniment mingħand id-debitur li jkun qiegħed igħix f'pajjiż barrani. F'każ bħal dan, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jikkuntattja lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż barrani msemmi.

15.2. Manteniment imħallas lill-konjuġi

Konjuġi intitolat għal manteniment jista' jikseb il-manteniment imsemmi biss mingħand il-konjuġi tiegħu/tagħha. Il-konjuġi intitolat għall-manteniment jista' jikkuntattja lill-bailiff lokali u jistabbilixxi jekk il-konjuġi li jgħix f'pajjiż ieħor għandux xi proprjetà fil-Finlandja, li tista' titqies oġġett li jista' jkun il-mira ta' azzjoni ta' esekuzzjoni msemmija fl-Att dwar il-Proċedimenti ta' Rkupru. Il-konjuġi intitolat għall-manteniment jista' jitlob assistenza wkoll mingħand il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fil-ġbir tal-manteniment minn pajjiż barrani.

FuqFuq

16. Jekk iva, mingħand liema organizzazzjoni jew awtorità (awtorità ċentrali jew lokali) u kif nista' nikkuntattja lill-organizzazzjoni jew awtorità?

Id-dettalji ta' kuntatt ta' l-awtorità ta' assistenza soċjali lokali jistgħu jinstabu fid-direttorju tat-telefon jew permezz tas-servizz nazzjonali tan-numri tat-telefon “118”. Meta ċċempel dan in-numru, jeħtieġ li tkun taf liema awtorità ta' assistenza soċjali lokali tixtieq tikkuntattja. Il-Finlandja għandha madwar 460 distrett lokali.

In-numru tta' l-iswitchboard fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin: +358 (0)9 160 05.

In-numru tal-fax tad-Diviżjoni tal-Konsolati tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin: +358 (0)9 160 55755

u

l-indirizz elettroniku (e-mail): oik-32@formin.fi.

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għandu din il-websajt URL: internetosoitteessa English - suomi - svenska.

17. X'tip ta' għajnuna tista' toffri l-organizzazzjoni jew awtorità (ċentrali jew lokali) lill-applikant?

Jekk il-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment tonqos milli tħallas il-manteniment, it-tifel/tifla għandu jkun intitolat jirċievi l-manteniment (l-ammont tal-manteniment ikun € 118.15 għal kull tifel/tifla fix-xahar skond id-Digriet 1094/2001) mill-awtorità ta' assistenza soċjali lokali. Dan il-manteniment jingħata wara li tiddaħħal applikazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-gwardjan, rappreżentant legali tat-tifel/tifla jew minn dik il-persuna li t-tifel/tifla ikun taħt il-kura tagħha. Tifel/tifla ta' 15-il sena jew aktar jista' jippreżenta l-applikazzjoni huwa nnifsu wkoll jekk ikun joqgħod waħdu. Il-fatt li l-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment tħallas manteniment ma jinfluwenzax l-obbligu ta' dik il-persuna li tipprovdi l-manteniment kollu. Meta l-awtorità ta' assistenza soċjali lokali tkun ħadet deċiżjoni li tħallas il-manteniment fuq il-bażi ta' nuqqas tal-ħlas tal-manteniment, l-awtorità ta' assistenza soċjali lokali għandu jkollha d-dritt li tiġbor il-ħlas bin-nifs li jkun għadu ma tħallasx kollu mingħand il-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment.

FuqFuq

Jekk il-persuna intitolata għall-manteniment (tifel/tifla jew konjuġi) u l-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment igħixu f'pajjiżi differenti, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin jista' jassisti liż-żewġ partijiet involuti fir-relazzjoni tal-manteniment u l-korpi kompetenti tal-pajjiż barrani. Madankollu, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma jħallasx il-manteniment f'isem il-persuna soġġetta li tipprovdi l-manteniment. Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin iservi bħala l-awtorità ċentrali li hemm referenza għaliha fil-ftehim konkluż fl-20 ta' Ġunju 1956 fi New York.

Jekk l-applikant ikun igħix f'pajjiż ieħor u l-persuna obbligata li tipprovdi l-manteniment tkun residenti fil-Finlandja:

18. Jista' l-applikant jirrikorri direttament għand organizzazzjoni jew awtorità ( ċentrali jew lokali) Finlandiża għall-għajnuna?

Il-kwistjoni ta' applikant li jgħix f'pajjiż ieħor tista' titqies bl-aħjar mod jekk l-applikant jikkuntattja lill-awtorità ċentrali kompetenti f'dak il-pajjiż u l-awtorità, min-naħa tagħha, tikkuntattja lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Finlandiż.

19. Jekk iva, għand liema organizzazzjoni jew awtorità (ċentrali jew lokali) u kif jista' jikkuntattja lill-organizzazzjoni jew awtorità?

Ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsijiet 16 u 18.

20. X'tip ta' għajnuna tista' toffri l-organizzazzjoni jew awtorità (ċentrali jew lokali) lill-applikant?

L-applikant (tifel/tifla jew konjuġi intitolat għall-manteniment) jista' jitlob lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin sabiex jara li s-sentenza jew id-deċiżjoni mogħtija f'pajjiż barrani jew il-ftehim ikkonfermat f'pajjiż barrani dwar il-manteniment tinqata' fil-Finlandja u l-manteniment miksub permezz tas-sentenza jitħallas fil-kont bankarju indikat mill-persuna intitolata għall-manteniment jew li l-manteniment jintbagħat lilu/lilha fil-forma ta' ċekk.

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Finlandja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 15-03-2007

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X'jinkludu t-termini “manteniment” u “obbligu li jiġi pprovdut manteniment” fil-liġi Finlandiża? Min huwa obbligat iħallas manteniment lil persuna oħra u f'liema tipi ta' każijiet? 1.
2. Sa liema età tifel/tifla huwa intitolat li jirċievi manteniment? 2.
3. F'liema tipi ta' każijiet tista' tiġi applikata l-liġi Finlandiża? 3.
4. Jekk il-liġi Finlandiża ma tkunx tista' tiġi applikata, liema liġijiet japplikaw il-qrati Finlandiżi? 4.
Jekk kemm il-persuna li tapplika għall-manteniment kif ukoll il-persuna soġġetta li tipprovdih tgħix fil-Finlandja: Jekk kemm il-persuna li tapplika għall-manteniment kif ukoll il-persuna soġġetta li tipprovdih tgħix fil-Finlandja:
5. L-applikant għandu jikkuntattja ċerta organizzazzjoni, awtorità (awtorità ċentrali jew lokali) jew qorti tal-ġustizzja sabiex jikseb il-manteniment? 5.
5.A. Kif nista' napplika għal manteniment minn din l-organizzazzjoni jew awtorità (awtorità ċentrali jew lokali) u liema proċeduri jiġu applikati? 5.A.
6. Jista' wieħed japplika għal manteniment f'isem qaribu, ħabib jew tifel/tifla minorenni? 6.
7. Jekk applikant għandu l-ħsieb li jippreżenta l-każ quddiem qorti tal-ġustizzja, kif jista' jsir jaf liema qorti għandha l-ġurisdizzjoni? 7.
8. L-applikant għandu jikkuntattja lil xi intermedjarju (avukat, organizzazzjoni jew awtorità (awtorità ċentrali jew lokali)) sabiex jippreżenta l-każ quddiem qorti tal-ġustizzja? Jekk le, liema proċedura għandu josserva? 8.
9. Hemm xi ħlas involut fir-rigward tal-proċediment tal-qorti? Jekk hemm, kemm huwa? Jekk il-fondi ta' l-applikant mhumiex adegwati, jista' jikseb parir legali sabiex ikopri l-ispejjeż tas-smigħ? 9.
10. X'tip ta' manteniment tista' tagħti l-qorti? Jekk il-kwistjoni hija dwar il-manteniment li għandu jitħallas f'intervalli regolari, kif jista' dan jiġi stabbilit? Tista' deċiżjoni tal-qorti tiġi riveduta meta l-ispejjeż tal-ħajja jew iċ-ċirkostanzi tal-familja jinbidlu? 10.
11. Kif u lil min għandu jitħallas il-manteniment? 11.
12. Jekk persuna li tkun obbligata tipprovdi manteniment ma tħallasx b'mod volontarju, liema metodi huma disponibbli sabiex il-persuna tkun imġiegħla tħallas? 12.
13. Hemm organizzazzjoni jew awtorità (ċentrali jew lokali) li tista' tgħinni niġbor il-manteniment [dovuti lili]? 13.
14. Jista' l-manteniment jitħallas f'daqqa jew titħallas somma minnu minflok il-persuna tkun obbligata tipprovdi l-manteniment? 14.
Jekk l-applikant ikun jinsab fil-Finlandja u l-persuna obbligata tipprovdi l-manteniment tkun residenti f'pajjiż ieħor: Jekk l-applikant ikun jinsab fil-Finlandja u l-persuna obbligata tipprovdi l-manteniment tkun residenti f'pajjiż ieħor:
15. Jista' l-applikant jikseb għajnuna mingħand organizzazzjoni jew awtorità Finlandiża? 15.
16. Jekk iva, mingħand liema organizzazzjoni jew awtorità (awtorità ċentrali jew lokali) u kif nista' nikkuntattja lill-organizzazzjoni jew awtorità? 16.
17. X'tip ta' għajnuna tista' toffri l-organizzazzjoni jew awtorità (ċentrali jew lokali) lill-applikant? 17.
18. Jista' l-applikant jirrikorri direttament għand organizzazzjoni jew awtorità ( ċentrali jew lokali) Finlandiża għall-għajnuna? 18.
19. Jekk iva, għand liema organizzazzjoni jew awtorità (ċentrali jew lokali) u kif jista' jikkuntattja lill-organizzazzjoni jew awtorità? 19.
20. X'tip ta' għajnuna tista' toffri l-organizzazzjoni jew awtorità (ċentrali jew lokali) lill-applikant? 20.
 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit