Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 08-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara English

“Mhux qed jirnexxili nieħu l-ħlas tal-manteniment perjodiku tiegħi minn Stat Membru ieħor.”

Sabiex iġġiegħel "lid-debitur tal-manteniment" (il-persuna li għandha tagħtik il-manteniment tiegħek) li qiegħed fi Stat Membru ieħor biex iħallas, int għandek tirrikorri għall-qorti ta’ l-Istat li fih trid li tkun eżegwita s-sentenza. Diġà jeżistu regoli Komunitarji li jistgħu jgħinuk tieħu l-manteniment perjodiku tiegħek minn Stat Membru ieħor li mhux l-Istat tar-residenza tiegħek. Dawn ir-regoli dalwaqt jittejbu.

  • Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (imsejjaħ ir-Regolament "Brussell I") jistabbilixxi regoli dwar ġuriżdizzjoni speċjali għall-qrati fir-rigward tat-talbiet għall-manteniment. Dan ir-Regolament ilu japplika direttament sa mill-1 ta’ Marzu 2002. Dan ifisser li kulħadd jista’ jibbaża ruħu fuq id-dispożizzjonijiet tiegħu quddiem il-qorti. Dawn ma japplikawx għad-Danimarka fejn għadha tapplika l-Konvenzjoni ta’ Brussell tas-27 ta’ Settembru 1968 li tittratta l-istess materja.

Skond dan ir-Regolament, il-kreditur tal-manteniment (min għandu jieħu l-manteniment) jista’ jagħżel li jressaq il-każ jew quddiem il-qorti kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn il-konvenut għandu d-domiċilju tiegħu jew quddiem dak ta’ l-Istat Membru fejn hu stess għandu d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tiegħu. Il-kreditur tal-manteniment qiegħed għalhekk f’pożizzjoni favorevoli. Min-naħa l-oħra d-debitur, meta jieħu l-inizjattiva biex jipproċedi, hu jaqa’ taħt ir-regola ġenerali u jkollu biss possibbiltà waħda: dik li jibda l-kawża quddiem il-qorti kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn l-avversarju tiegħu - il-kreditur - ikollu d-domiċilju tiegħu.

Barra minn hekk, jekk it-talba għall-manteniment tkun talba sekondarja għal talba relattiva għall-"istat tal-persuni" (id-divorzju, per eżempju), din titressaq quddiem il-qorti kompetenti biex tiġi studjata, ħlief jekk din il-ġuriżdizzjoni tkun ibbażata biss fuq in-nazzjonalità ta’ waħda mill-partijiet.

FuqFuq

Is-sentenzi dwar l-obbligazzjoni tal-manteniment li jingħataw fi Stat Membru huma rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra (l-Artikolu 33 tar-Regolament) u eżegwiti, fuq talba ta’ kwalunkwe parti interessata, wara li jiġu ddikjarati li jistgħu jiġu eżegwiti hemmhekk (l-Artikolu 38 tar-Regolament).

Ir-Regolament (l-Artikolu 34), meta mqabbel mal-Konvenzjoni ta’ Brussell ta’ l-1968 li jissostitwixxi, m’għadux jippermetti ċ-ċaħda tar-rikonoxximent ta’ sentenza kuntrarja għad-dritt internazzjonali privat ta’ l-Istat li fih jintalab ir-rikonoxximent meta s-sentenza tal-qorti oriġinali tiddetermina kwistjoni dwar l-istatus u l-kapaċità tal-persuni. Minn meta dan ir-Regolament daħal fis-seħħ, sentenza barranija tista’ ma tiġix rikonoxxuta biss jekk dan ir-rikonoxximent ikun kuntrarju għall-ordni pubbliku jew inkompatibbli ma’ sentenza preċedenti jew jekk l-att li permezz tiegħu tinbeda proċedura quddiem il-qorti ma jkunx ġie ffirmat jew innotifikat meta suppost.

Fl-aħħar, skond l-Artikolu 57, il-ftehim dwar l-obbligazzjoni tal-manteniment konkluż quddiem l-awtoritajiet amministrattivi jew awtentikat minnhom jitqies bħala att awtentiku li jikkwalifika biex jibbenefika għall-proċedura ta’ eżekuzzjoni simplifikata.

Minkejja li din il-proċedura tidher relattivament sempliċi, ir-Regolament ma jneħħix it-tfixkil kollu għaċ-“ċirkolazzjoni ħielsa tas-sentenzi” fl-Unjoni Ewropea u għadu jżomm miżuri intermedjarji li għadhom wisq ristrettivi.

  • F’Tampere f’Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew sejjaħ biex jitnaqqsu iżjed il-miżuri intermedjarji meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi barranin. F’Novembru 2000, il-Kunsill adotta programm ta’ rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi tal-Qorti. L-għan aħħari huwa l-abolizzjoni tar-rekwiżit ta’ dikjarazzjoni li s-sentenzi kollha jistgħu jiġu eżegwiti fl-oqsma ċivili u kummerċjali. Minn din il-perspettiva, il-manteniment jidher b’mod ċar bħala prijorità.
  • Sussegwentement, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament Nru. 805/2004 fil-21 ta’ April 2004 li ħoloq ordni ta’ infurzar Ewropew għal talbiet mhux kontestati. Dan it-test ikopri t-talbiet għall-manteniment, iżda jekk dawn ikunu biss talbiet mhux kontestati.
  • Sabiex tkopri l-problemi kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-irkupru tal-ħlas tal-manteniment, il-Kummissjoni, f’April 2004, ippubblikat Green Paper.
  • Fil-15 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni ppreżentat proposta ta’ regolament dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi u l-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-obbligazzjoni tal-manteniment. 

Din il-proposta għandha l-għan li tneħħi t-tfixkil kollu li sal-lum għadu ma jippermettix l-irkupru tal-manteniment ġewwa l-Unjoni Ewropea. Din il-proposta se tippermetti l-ħolqien ta’ ambjent ġuridiku adattat għall-aspirazzjonijiet leġittimi tal-kredituri tal-manteniment, li għandhom ikunu jistgħu jiksbu faċilment, malajr u ħafna drabi mingħajr spejjeż ordni ta’ infurzar li jkun jista’ jiċċirkola mingħajr tfixkil fl-ispazju ġuridiku Ewropew u jkunu jistgħu jaslu b’mod konkret għall-ħlas regolari tas-somom dovuti.

FuqFuq

Dan l-ordni ġuridiku Ewropew ġdid jeħtieġ azzjoni li ma tkunx limitata għar-riforma parzjali tal-proċeduri attwali; għalhekk, hemm proposta ta’ miżuri ambizzjużi fl-oqsma kollha rilevanti tal-kooperazzjoni ġuridika ċivili: il-ġuriżdizzjoni internazzjonali, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar, il-kooperazzjoni u t-tneħħija ta’ kull ma jfixkel il-proċeduri. Dawn it-tweġibiet globali huma miġbura flimkien f’dokument wieħed.

  • Għalhekk, il-proposta ta’ regolament tipprova tilħaq tliet għanijiet prinċipali:
  1. Li tissemplifika l-ħajja taċ-ċittadini billi tnaqqas il-formalitajiet meħtieġa biex tingħata sentenza u biex din tiġi eżegwita fi kwalunkwe Stat Membru u billi tippermetti lill-kredituri tal-manteniment biex jibbenefikaw minn miżuri konkreti ta’ għajnuna. Għandha tissemma b’mod speċjali l-possibbiltà li jsiru l-proċeduri kollha meħtieġa fil-post tar-residenza abitwali tal-kreditur, anki fil-fażi ta’ l-eżekuzzjoni nnifsha, b’mod speċjali biex jinkiseb sehem mis-salarju jew minn kont bankarju, biex jinbdew il-proċeduri tal-kooperazzjoni jew biex jingħata aċċess għall-informazzjoni li tippermetti li d-debitur jiġi lokalizzat u li jiġi evalwat il-patrimonju tiegħu.
  2. Li ssaħħaħ is-sigurtà ġuridika permezz ta’ l-armonizzazzjoni tar-regoli fejn hemm kunflitt ta’ liġijiet.
  3. Li tassigura l-effiċjenza u l-permanenza ta’ l-irkupru billi l-kreditur ikollu l-okkażjoni li jingħata sentenza fit-territorju kollu ta’ l-Unjoni Ewropea u li mbagħad ikun jista’ jibbenefika minn sistema ta’ eżekuzzjoni sempliċi u konsistenti.
  • Ir-regolament huwa sottomess lill-Kunsill skond il-proċedura msemmija fil-par. 2 (l-1 subinċiż) ta’ l-Artikolu 67 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skond liema l-Kunsill jiddeċiedi b’mod unanimu wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

Din il-proposta tikkonċerna l-liġi tal-familja u għalhekk ma tistax tiġi adottata permezz ta’ deċiżjoni komuni bejn il-partijiet, skond it-trattat fis-seħħ. Din l-interpretazzjoni tistabbilixxi ruħha ġuridikament meta wieħed iqis ir-rabtiet stretti ħafna li jorbtu l-obbligazzjoni tal-manteniment mal-liġi tal-familja; iżda din tippreżenta tliet żvantaġġi:

    • ma tqisx biżżejjed in-natura ibrida tal-kunċett ta’ l-obbligazzjoni tal-manteniment - familjari mill-oriġini tagħha imma finanzjarja fl-implimentazzjoni tagħha, bħal kull talba oħra
    • tinjora l-fatt li s’issa l-leġiżlatur komunitarju dejjem qies li l-obbligazzjoni tal-manteniment setgħet tobdi r-reġim tal-liġi komuni (cf. ir-Regolament ta’ Brussell I, li jwarrab il-liġi tal-familja iżda jżomm l-obbligazzjoni tal-manteniment fil-qasam ta’ l-applikazzjoni tiegħu; bl-istess mod, ir-Regolament TEE jiġbor fih it-talbiet għall-manteniment u ġie adottat skond il-proċedura ta’ deċiżjoni komuni bejn il-partijiet
    • ma tippermettix lill-Parlament Ewropew jagħmel sehmu b’mod sħiħ.

Huwa għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni stiednet, permezz ta’ Komunikazzjoni, lill-Kunsill biex jgħaddi l-kwistjoni ta’ l-obbligazzjoni tal-manteniment mill-unanimità għal deċiżjoni komuni bejn il-partijiet, skond it-2 subinċiż tal-par. 2 ta’ l-Art. 67 tat-Trattat.

FuqFuq

  • Dawn il-miżuri kollha se jkunu akkumpanjati bit-twaqqif ta’ proċeduri effiċjenti għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

F’dan ir-rigward, jaqbel li ssir enfasi fuq il-fatt li l-Istati Membri, minbarra l-Latvja, il-Litwanja u Malta, huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ New York français ta’ l-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-irkupru tal-manteniment minn pajjiżi barranin, li ġiet konkluża taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti English - español - français, u li tistabbilixxi proċeduri għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet stabbiliti mill-Istati li huma partijiet kontraenti.

Fl-aħħar, jaqbel li wieħed ifakkar li wħud mill-Istati Membri huma wkoll partijiet kontraenti f’erba’ Konvenzjonijiet tal-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-dritt internazzjonali privat li japplika fir-rigward ta’ l-obbligazzjoni tal-manteniment (ara “Id-Dritt Internazzjonali” dwar l-istess tema).

Dokumenti ta’ referenza

  • Il-Proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi li tapplika għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (COM/2005/650)
  • Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill li tistieden lill-Kunsill biex japplika l-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-miżuri meħuda skond l-Artikolu 65 tat-Trattat fil-qasam ta’ l-obbligazzjoni tal-manteniment (COM/2005/648)
  • Ir-Regolament (KE) Nru. 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li ħoloq ordni ta’ infurzar Ewropew għat-talbiet mhux kontestati
  • Il-Green Paper dwar l-obbligazzjoni tal-manteniment - It-tweġibiet English - français DOC File (DOC File 94 KB) għaliha
  • Il-Programm tal-miżuri dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi fl-oqsma ċivili u kummerċjali
  • Ir-Regolament (KE) Nru. 44/2001 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali
  • Il-Konklużjonijiet tal-presidenza - Il-Kunsill Ewropew ta’ Tampere (15 u 16 ta’ Ottubru 1999)
  • Il-Konvenzjoni English - français tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi relattivi għall-obbligazzjoni tal-manteniment (Il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali privat)
  • Il-Konvenzjoni English - français tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar il-liġi li tapplika għall-obbligazzjoni tal-manteniment (il-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali privat)
  • Il-Konvenzjoni ta’ Brussell ta’ l-1968 dwar il-ġuriżdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi fl-oqsma ċivili u kummerċjali (il-verżjoni konsolidata)
  • Il-Konvenzjoni ta’ New York français ta’ l-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-irkupru tal-manteniment minn pajjiżi barranin (in-Nazzjonijiet Uniti)

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 08-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit