Kummissjoni Ewropea > NGE > Talbiet ta’manteniment > Repubblika Ċeka

L-aħħar aġġornament: 30-08-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Talbiet ta’manteniment - Repubblika Ċeka

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

1. X’ikopru l-kunċetti ta’ “manteniment” u “obbligu ta’ manteniment” skond il-liġi tar-Repubblika Ċeka?

Il-“manteniment” jitħallas mid-debitur lill-kreditur sabiex ikopri l-ħtiġijiet ta’ l-għajxiengħajxien.

Il-ġenituri għandhom obbligu ta’ manteniment lejn uliedhom, u axxendenti u dixxendenti għandhom obbligu ta’ manteniment reċiproku, kif għandhom il-konjugi. Fil-prinċipju, il-konjugi għandhom dritt għall-istess livell ta' għajxien. Il-qrati jimponu obbligu ta’ manteniment fejn il-konjugi ma jgħixux fl-istess dar. Il-ħlas ta’manteniment bejn il-konjugi hu msejjes fuq l-istituzzjoni legali tal-komunjoni ta’ l-akkwisti, li taħtha ż-żewġ konjugi huma intitolati li jiddisponu mill-propjetà tal-komunjoni.

Konjugi divorzjati li ma jkunux jistgħu jipprovdu għalihom infushom jistgħu jitolbu manteniment mingħand il-konjugi preċedenti.

Il-qrati ma jagħtux manteniment fejn dan ikun kontra l-moralità pubblika (contro bonos mores).

Fejn il-missier ta’ tifel ma jkunx miżżewweġ lil ommu, dan għandu obbligu li jikkontribwixxi ammont xieraq għall-manteniment ta’ l-omm għal perjodu ta’ sentejn, inklużi l-ispejjeż assoċjati mat-tqala u t-twelid.

Persuna li qed tieħu ħsieb tifel ntitolata għal manteniment mingħand il-ġenitur jew ġenituri, l-istess kif ġenitur divorzjat hu intitolat għal manteniment għal tifel mingħand il-ġenitur l-ieħor.

2. Sa liema età jista’ tifel jibbenefika mill-għoti tal-manteniment?

It-tfal huma intitolati għal manteniment sakemm ikunu f’qagħda li jipprovdu għalihom infushom. Dan iseħħ b’mod partikolari meta jilħqu l-età adultà, fl-età ta’ 18. Jista’ jiġri aktar tard, fil-każ ta’ aktar edukazzjoni, fejn tfal ikunu diġà bdew jaħdmu jew, per eżempju, jippossjedu proprjetà li tipprovdilhom dħul li jippermettilhom li jipprovdu għall-ħtiġijiet tagħhom.

FuqFuq

Il-qrati għandhom jiddeċiedu dwar il-manteniment għal minuri anke mingħajr petizzjoni. Il-manteniment jista’ jkun fiss, imnaqqas jew miżjud matul it-tliet snin wara l-bidu tal-proċedimenti tal-qorti. Il-qrati ma jiddeċidux dwar il-manteniment għal tfal adulti mingħajr petizzjoni.

3. F’liema każijiet hi applikabbli l-liġi tar-Repubblika Ċeka?

Il-liġi tar-Repubblika Ċeka tapplika kulfejn iż-żewġ partijiet ikunu residenti permanenti jew fit-tul fir-Repubblika Ċeka. Il-liġi tar-Repubblika Ċeka tapplika wkoll meta persuna li tgħix fir-Repubblika Ċeka titlob manteniment mingħand persuna f’pajjiż ieħor.

4. Jekk din il-liġi ma tkunx applikabbli, liema liġi japplikaw il-qrati tar-Repubblika Ċeka?

Relazzjonijiet ta’ manteniment huma rregolati mil-liġijiet ta’ l-istat li tiegħu tkun ċittadin il-persuna li qed titlob manteniment. Fejn min jagħmel talba u jkun jgħix f’pajjiż ieħor b’mod permanenti jitlob manteniment mingħand persuna fir-Repubblika Ċeka, il-qrati Ċeki japplikaw il-liġi ta' l-istat tal-persuna li tagħmel it-talba. Min-naħa l-oħra, fejn persuna residenti fir-Repubblika Ċeka titlob manteniment mingħand persuna li tgħix f'pajjiż ieħor, il-qrati japplikaw il-liġi Ċeka.

5. L-applikant għandu japplika għand organizzazzjoni speċifika, dipartiment tal-gvern jew qorti sabiex jikseb manteniment?

L-obbligi tal-manteniment huma materja li jiddeċiduha l-qrati.

6. Tista' ssir talba għan-nom ta' qarib/a, jew fal taħt l-età?

Il-ġenitur li jkun qed jieħu ħsieb it-tifel hu intitolat li jitlob manteniment mingħand il-ġenitur l-ieħor għan-nom tat-tifel. Tutur jew gwardjan jista’ jaġixxi bl-istess mod f’isem it-tifel.

FuqFuq

7. Jekk l-applikant jippjana li jressaq il-każ fil-qorti, kif jista’/tista’ tkun taf liema qorti għandha ġurisdizzjoni?

Qrati distrettwali jiddeċiedu fl-ewwel istanza dwar talbiet ta’ manteniment. L-applikanti jibdew proċeduri fil-qorti distrettwali għall-post fejn huma, jew il-persuna li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb u li għalih/a jkunu qed jitolbu manteniment, ikunu residenti b’mod permanenti.

8. L-applikant għandu jgħaddi għand intermedjarju sabiex iressaq il-każ fil-qorti (per eżempju avukat, organizzazzjoni speċifika jew dipartiment tal-gvern, eċċ.)? Jekk le, liema proċeduri?

Il-liġi ma teħtieġx li applikant ikun rappreżentat. Persuna naturali li ma tkunx tista’ taġixxi indipendentement quddiem qorti tista’ tkun rappreżentata minn rappreżentant legali, li jkun jew gwardjan appuntat mill-qorti jew, fil-każ ta’ minorenni, ġenitur. L-applikant jista’, madanakollu, jagħżel li jaħtar persuna, per eżempju avukat, sabiex tirrappreżentah fil-qorti.

9. L-applikant għandu jħallas sabiex iressaq każ fil-qorti? U jekk dan hu l-każ, kemm jista’ jkun il-ħlas? Jekk il-mezzi finanzjarji ta’ min iressaq it-talba ma jkunux suffiċjenti, jista' hu jikseb għajnuna sabiex ikopri l-ispejjeż tal-proċedura?

Min iressaq talba fil-proċeduri ta’ manteniment hu eżenti mill-miżati tal-qorti. Jekk l-applikanti jgħażlu li jkunu rappreżentati minn avukat, dawn għandhom – sakemm mhux miftiehem mod ieħor – iħallsu lill-avukat tagħhom skond l-iskala tad-drittijiet. Fejn iċ-ċirkostanzi soċjali u ta’ proprjetà ta’ min iressaq talba jkunu jinħtieġu dan, Id-dritt ta’ avukat jista’ jitnaqqas b’ammont xieraq jew imneħħi.

FuqFuq

10. X’tip ta’ manteniment hu probabbli li jingħata mill-qorti? Jekk tingħata allowance, din kif tkun evalwata? Id-deċiżjoni tal-qorti tista’ tkun riveduta sabiex tqis il-bidliet fin-nefqa ta’ l-għajxien jew ċirkostanzi familjari?

Qorti tista’ fuq talba tistabbilixxi għotja ta’ manteniment f’livell li jkopri l-ħtiġijiet bażiċi ta’ tifel, il-manteniment u l-livell ta' għajxien tiegħu. Filwaqt li timponi obbligu sabiex jitħallas manteniment u temenda jew tirrevoka dak l-obbligu, qorti normalment tqis il-ħtiġijie sostanzjati tal-benefiċjarju, il-kapaċitajiet tad-debitur, il-possibilitajiet u l-assi u d-drittijiet tat-tifel li jaqsam il-livell ta’ għajxien tal-ġenituri tiegħu. Meta tikkalkula l-obbligu ta' manteniment tal-ġenituri, qorti tqis liema ġenitur ikun qed jieħu ħsieb it-tifel u sa liema punt. Fejn il-ġenituri jgħixu flimkien, titqies ukoll iż-żamma tad-dar komuni tal-ġenituri.

Fejn ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi, il-qorti tista’, anke mingħar talba, temenda ftehimiet u deċiżjonijiet tal-qorti dwar il-manteniment ta’ minorenni; inkella taġixxi fuq talba. Fejn il-manteniment jitnaqqas jew ikun revokat, il-manteniment diġà mħallas ma jiġix kompensat.

11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment?

Il-manteniment għandu jitħallas f’pagamenti regolari jew direttament lill-benefiċjarju jew lill-persuna li tieħu ħsieb il-benefiċjarju. Flimkien mal-manteniment tat-tifel, qorti tista’ f’ċerti każi tordna d-depożitu ta’ somma totali sabiex il-manteniment jimmatura fil-futur. Tieħu wkoll il-passi xierqa sabiex tiżgura li l-manteniment stabbilit jingħata f’pagamenti regolari kull xahar.

FuqFuq

12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallasx volontarjament, x’azzjoni tista’ tittieħed sabiex ikun imġiegħel iħallas?

Fejn debitur ma jikkonformax b’mod volontarju mad-deċiżjoni tal-qorti, il-benefiċjarju jista’ jitlob l-eżekuzzjoni ġudizzjarja tad-deċiżjoni, li tista’ tinvolvi s-sekwestru ta’ qligħ, djun obbligatorji, il-bejgħ imġiegħel ta’ proprjetà, il-bejgħ ta’ negozju jew il-ħolqien ta’ rabta ġudizzjarja kontra l-proprjetà.

13. Teżisti organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li jista’ jgħinni nirkupra l-manteniment?

Tfal mhux mantenuti li jqisu rwieħhom fil-bżonn u li lejhom debitur li ma jgħixx mat-tifel fid-dar jonqos milli jonora l-obbligu ta’ manteniment impost minn deċiżjoni tal-qorti huma intitolati għal kontribuzzjoni ugwali għall-manteniment stabbilita. Id-deċiżjoni li titħallas dik il-kontribuzzjoni tittieħed mill-awtorità komunali jew muniċipali kompetenti.

14. Jistgħu jissostitwixxu d-debitur u jħallsu l-manteniment huma stess jew parti mill-manteniment minfloku jew minflokha?

Awtorità (‘commune’) tista’ tonora, bis-sħiħ jew in parti, l-obbligu ta' manteniment ta' parti terza. Madanakollu, din tkun intitolata li titlob ħlas sħiħ mingħand dik il-parti terza.

Jekk min iressaq it-talba jinsab fir-Repubblika Ċeka u d-debitur tal-mantenment ikollu r-residenza tiegħu/tagħha f’pajjiż ieħor:

15. Jista’ min iressaq it-talba jikseb l-assistenza ta’ organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern fir-Repubblika Ċeka?

Ordnijiet ta’ manteniment jistgħu jkunu infurzati taħt ftehimiet bilaterali dwar assistenza legali ma’ għadd ta’ pajjiżi li jorbtu fuq ir-Repubblika Ċeka u konvenzjonijiet multilaterali li għalihom ir-Repuubblika Ċeka  hi parti. F’relazzjonijiet ma’ ċerti pajjiżi, li magħhom m’hemm l-ebda arranġamenti kuntrattwali, ordnijiet ta’ maneteniment jistgħu jkunu infurzati fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet ta’ reċiproċità.

FuqFuq

Applikanti għalhekk jistgħu jirrikorru għall-Ministeru ta’ l-Affarijiet Esterni tar-Rrepubblika Ċeka, li jarbitra fuq il-bażi ta’ ftehim li jitħallas il-manteniment fejn id-debitur ikun jgħix f’pajjiż ieħor. Applikant li jgħix fir-Repubblika Ċeka jista’ wkoll jitlob lil kwalunkwe qorti fir-Repubblika Ċeka (mhux biss lill-qorti kompetenti għall-post ta’ residenza tagħhom) sabiex tfassal talba, u kull qorti fir-Repubblika Ċeka hi marbuta li tagħti tali applikazzjoni. Permezz tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka, il-qorti mbagħad tikkuntattja lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti barra l-pajjiż, li lilha tissottometti l-każ.

Fi kwistjonijiet ta’ manteniment ta’ tfal, wieħed jista’ jirrikorri wkoll għall-Uffiċċju tal-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal (Úřad pro mezinárodně právní ochranu dětí).

16. Jekk hu hekk, kif tista’ tkun ikkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment?

L-applikant jista’ jikkuntattja fl-indirizz li ġej:

Ministry of Foreign Affairs ceština - English
Loretánské náměstí 5
118 00 Praha 1
Tel:+420 224 18 1111,
E-mail
Office for International Legal Protection of Children ceština - English
Benešova 22
602 00 Brno
tel.: +42 05/42215443-5
fax : +42 05/42212836
E-mail

17. X’tip ta’ assistenza tista’ tirċievi l-persuna li tressaq it-talba minn din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern?

Talbiet ta’ manteniment jistgħu jkunu infurzati bis-saħħa ta’ titolu eżistenti, f’dan il-każ l-ordni ta’ qorti Ċeka jew barranija sabiex jitħallas il-manteniment lil persuna speċifika. Min iressaq it-talba jissottometti applikazzjoni bil-miktub lill-Uffiċċju tal-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal (Úřad pro mezinárodně právní ochranu dětí) u jagħti d-dettalji tat-tifel, dawk tiegħu u tad-debitur, u jistabbilixxi l-fatti bażiċi għall-applikazzjoni tiegħu sabiex ikun ifurzat ordni ta’ manteniment. Kopji tad-dokumenti relevanti, u b’mod partikolari deċiżjonijiet tal-qorti, għandhom ikunu annessi ma’ din l-applikazzjoni. L-Uffiċċju mbagħad jieħu l-azzjoni preskritta.

Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Esterni jgħaddi l-applikazzjoni tal-persuna li qed titlob manteniment lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż in kwistjoni. Dawn imbagħad jikuntattjaw lid-debitur u jippruvaw isolvu l-kwistjoni.

Jekk min iressaq it-talba jkun f’pajjiż ieħor u d-debitur tal-manteniment ikun fir-Repubblika Ċeka:

18. Jista’ min iressaq it-talba jagħmel talba diretta lil organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern fir-Repubblika Ċeka?

Persuna li tressaq talba għal manteniment u li tkun tgħix f’pajjiż ieħor għandha tikkuntattja lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżha, li jikkuntattjaw lill-Uffiċju għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal (Úřad pro mezinárodně právní ochranu dětí) jew awtorità kompetenti oħra fir-Repubblika Ċeka.

19. Jekk hu hekk, kif tista’ tkun ikkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment?

Ara t-tweġiba għad-Domanda 18.

20. X’tip ta’ assistenza tista’ tirċievi l-persuna li tressaq it-talba minn din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern?

Ara t-tweġiba għad-Domanda 18.

« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Repubblika Ċeka - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 30-08-2006

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’ikopru l-kunċetti ta’ “manteniment” u “obbligu ta’ manteniment” skond il-liġi tar-Repubblika Ċeka? 1.
2. Sa liema età jista’ tifel jibbenefika mill-għoti tal-manteniment? 2.
3. F’liema każijiet hi applikabbli l-liġi tar-Repubblika Ċeka? 3.
4. Jekk din il-liġi ma tkunx applikabbli, liema liġi japplikaw il-qrati tar-Repubblika Ċeka? 4.
5. L-applikant għandu japplika għand organizzazzjoni speċifika, dipartiment tal-gvern jew qorti sabiex jikseb manteniment? 5.
6. Tista' ssir talba għan-nom ta' qarib/a, jew fal taħt l-età? 6.
7. Jekk l-applikant jippjana li jressaq il-każ fil-qorti, kif jista’/tista’ tkun taf liema qorti għandha ġurisdizzjoni? 7.
8. L-applikant għandu jgħaddi għand intermedjarju sabiex iressaq il-każ fil-qorti (per eżempju avukat, organizzazzjoni speċifika jew dipartiment tal-gvern, eċċ.)? Jekk le, liema proċeduri? 8.
9. L-applikant għandu jħallas sabiex iressaq każ fil-qorti? U jekk dan hu l-każ, kemm jista’ jkun il-ħlas? Jekk il-mezzi finanzjarji ta’ min iressaq it-talba ma jkunux suffiċjenti, jista' hu jikseb għajnuna sabiex ikopri l-ispejjeż tal-proċedura? 9.
10. X’tip ta’ manteniment hu probabbli li jingħata mill-qorti? Jekk tingħata allowance, din kif tkun evalwata? Id-deċiżjoni tal-qorti tista’ tkun riveduta sabiex tqis il-bidliet fin-nefqa ta’ l-għajxien jew ċirkostanzi familjari? 10.
11. Kif u lil min jitħallas il-manteniment? 11.
12. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jħallasx volontarjament, x’azzjoni tista’ tittieħed sabiex ikun imġiegħel iħallas? 12.
13. Teżisti organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern (ċentrali jew lokali) li jista’ jgħinni nirkupra l-manteniment? 13.
14. Jistgħu jissostitwixxu d-debitur u jħallsu l-manteniment huma stess jew parti mill-manteniment minfloku jew minflokha? 14.
Jekk min iressaq it-talba jinsab fir-Repubblika Ċeka u d-debitur tal-mantenment ikollu r-residenza tiegħu/tagħha f’pajjiż ieħor: Jekk min iressaq it-talba jinsab fir-Repubblika Ċeka u d-debitur tal-mantenment ikollu r-residenza tiegħu/tagħha f’pajjiż ieħor:
15. Jista’ min iressaq it-talba jikseb l-assistenza ta’ organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern fir-Repubblika Ċeka? 15.
16. Jekk hu hekk, kif tista’ tkun ikkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment? 16.
17. X’tip ta’ assistenza tista’ tirċievi l-persuna li tressaq it-talba minn din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern? 17.
Jekk min iressaq it-talba jkun f’pajjiż ieħor u d-debitur tal-manteniment ikun fir-Repubblika Ċeka: Jekk min iressaq it-talba jkun f’pajjiż ieħor u d-debitur tal-manteniment ikun fir-Repubblika Ċeka:
18. Jista’ min iressaq it-talba jagħmel talba diretta lil organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern fir-Repubblika Ċeka? 18.
19. Jekk hu hekk, kif tista’ tkun ikkuntattjata dik l-organizzazzjoni jew dak id-dipartiment? 19.
20. X’tip ta’ assistenza tista’ tirċievi l-persuna li tressaq it-talba minn din l-organizzazzjoni jew dipartiment tal-gvern? 20.
 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit