Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
Il-ġenituri għandhom jikkontribwixxu, b’mod proporzjonali skond kemm jifilħu jlaħħqu mal-ħtiġijiet ta’ wliedhom u skond iċ-ċirkustanzi tagħhom meta jitqiesu l-ħiliet, ix-xeħtiet, l-inklinazzjonijiet u l-possibiltajiet ta’ żvilupp ta’ wliedhom. Il-ġenitur responsabbli mid-dar fejn jgħix il-wild jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu b’dan il-mod. Il-ġenitur l-ieħor huwa fid-dmir li jħallas il-manteniment.
L-ulied huma obbligati li jmantnu ’l ġenituri skond iċ-ċirkostanzi, jekk il-ġenituri ma jkunux f’qagħda li jmantnu lilhom infushom u sakemm huma ma jkunux traskuraw bil-kbir id-dmirijiet tagħhom li jmantnu lill-uliedhom.
Il-konjuġi responsabbli esklussivament jew prinċipalment għandu jħallas il-manteniment lill-konjuġi l-ieħor skond iċ-ċirkostanzi, sakemm id-dħul tagħhom minn beni u qligħ minn attività, li hu mistenni minnhom skond iċ-ċirkustanzi, ma jkunx biżżejjed. Jekk iż-żewġ konjuġi għandhom it-tort fid-divorzju, u għalhekk ħadd minhom ma jġorr l-akbar parti tat-tort, tista’ tingħata kontribuzzjoni għall-manteniment lill-konjuġi li ma jistax imantni lilu nnifsu, jekk u sakemm dan huwa ġust fid-dawl tal-bżonnijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-konjuġi l-ieħor. L-obbligu ta’ kontribuzzjoni jista’ jiġi limitat fiż-żmien. Fil-każ ta’ ftehim bi qbil għad-divorzju il-miżżewġin jistgħu jiftiehmu liberament, jekk wieħed għandux iħallas manteniment lill-ieħor, jew jekk huma jirrinunzjawx għat-talba tal-manteniment.
Il-miżżewġin għandhom jikkontribwixxu skond il-ħtiġijiet tagħhom flimkien skond iċ-ċirkostanzi u l-ħiliet tagħhom. Għalhekk anki fiż-żwieġ, il-konjuġi li ma jaħdimx għandu dritt għall-manteniment fil-konfront tal-konjuġi li jaħdem bi qligħ. Jekk il-miżżewġin jgħixu flimkien, il-manteniment bażikament jingħata fin-natura. Meta r-rabta taż-żwieġ tinħall, il-manteniment jingħata f’forma ta’ flus.
Id-dritt tal-wild għall-manteniment jintemm malli jkollu l-kapaċità li jmantni lilu nnifsu, li ma jiddependix minn età partikolari li jrid jilħaq (speċjalment mhux meta jsir maġġorenni), iżda minn meta l-wild ikun f’qagħda li jaqla’ huwa stess il-mezzi xierqa biex imantni lilu nnifsu. Fil-ġudizzju dwar il-kapaċità li jmantni lilu nnifsu, iċ-ċirkostanzi tal-ħajja tal-wild u tal-ġenituri huma determinanti.
Il-manteniment jiġi ġġudikat skond il-liġi Awstrijaka meta:
Bħala prinċipju, min għandu jieħu l-manteniment u min għandu jagħtih jistgħu jiftiehmu barra l-qorti dwar l-obbligu tal-ħlas. Fil-każ ta’ manteniment għall-ulied, ftehim bħal dan jista’ jsir quddiem xi aġenzija ta’ ħidma soċjali favur it-tfal. Jekk ma jintlaħaqx ftehim, min għandu jieħu l-manteniment għandu jressaq it-talba tiegħu quddiem il-qorti kompetenti tad-distrett tiegħu.
Ulied taħt l-età jistgħu jitolbu lill-qorti tad-distrett fi proċess mhux kontenzjuż, sabiex jingħata manteniment lill-ulied.
Ulied maġġorenni u oħrajn bi dritt għall-manteniment għandhom jieħdu azzjoni legali għall-manteniment fil-qorti tad-distrett, liema azzjoni tiġi trattata fi proċedura ċivili normali.
Bażikament kull talba għall-manteniment għandha ssir f’isem il-persuna stess. Għal wild taħt l-età l-applikazzjonijiet relattivi għandhom isiru mir-rappreżentant legali.
Talbiet għall-manteniment jistgħu jsiru – jiddependi minn min ikollu d-dritt għall-manteniment u min ikollu l-obbligu tal-manteniment – f’tipi differenti ta’ kawżi (proċess mhux kontenzjuż, proċess kontenzjuż) u quddiem qrati differenti. Bħala prinċipju, talbiet għall-manteniment jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qorti tad-distrett. Talbiet ta’ manteniment li joħorġu minn relazzjoni fiż-żwieġ jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qorti, li hija wkoll reponsabbli għat-tilwim fiż-żwieġ stess. Il-manteniment fir-relazzjoni bejn ġenituri u wlied jista’ jintalab fil-qorti tad-distrett, fejn min ikollu d-dritt għall mantenment ikollu r-residenza normali tiegħu, jew jekk mhux residenti ta’ l-Awstrija, fejn ikun residenti dak iż-żmien. Jekk ma jkunx residenti fl-Awstrija, il-qorti kompetenti tkun dik fejn ikun residenti normalment ir-rappreżentant legali; fejn dan ma jkunx residenti ta’ l-Awstrija, u jekk il-każ jittratta wlied taħt l-età, il-qorti tad-distrett fejn wieħed mill-ġenituri jkollu r-residenza normali tiegħu; jekk il-każ jittratta dwar ulied suġġetti għat-tutela, il-qorti ta’ l-aħħar residenza normali fl-Awstrija; inkella l-qorti distrettwali taċ-ċentru ta’ Vjenna.
F’każi ta’ manteniment fi proċeduri kontenzjużi, kull parti, fl-ewwel istanza tista’ tirrappreżenta lilha nnifisha jew tkun rappreżentata minn kwalunkwe persuna oħra; meta l-każ jinvolvi flus jew valur monetarju ta’ aktar minn € 4,000, il-partijiet jistgħu – jekk ma’ jirrappreżentawx lilhom infushom – ikunu rappreżentati minn avukat. Fejn il-każ jiġi trattat fi proċess mhux kontenzjuż, ir-rappreżentanza mhijiex neċessarja iżda hija permessa xorta waħda.
Kemm f’kawża kontenzjuża kif ukoll f’waħda bonarja normalment joħorġu l-ispejjeż. L-ammont ta’ l-ispejjeż tal-qorti huwa regolat fil-liġi ta’ l-ispejjeż tal-qorti u jiddependi essenzjalment mill-valur tat-talba għall-manteniment. Fil-każ ta’ applikant taħt l-età l-ispejjeż tal-qorti – independentement mis-sentenza – qatt ma jitħallsu mill-applikant taħt l-età, iżda dejjem minn min obbligat iħallas il-manteniment. L-ammont previst għandu jintalab mill-qorti f’każi eċċezzjonali biss. Jekk il-possibbilitajiet finanzjarji ta’ l-attur ma jkunux biżżejjed, l-ispejjeż jistgħu jiġu temporanjament posposti bis-saħħa tar-regola ta’ għajnuna fil-proċess.
La għall-kalkolu tal-manteniment tal-konjuġi u lanqas għall-manteniment ta’ l-ulied ma jeżistu regoli stretti fil-liġi. Il-ġurisprudenza madanakollu żviluppat ċerti rati, li l-entitajiet li jiddeċiedu jistgħu jirreferu għalihom fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ manteniment. Jekk wara li l-manteniment jiġi ffissat mill-qorti jinbidlu ċ-ċirkostanzi, tista’ ssir applikazzjoni biex l-ammont jiġi revist.
Il-manteniment għandu jitħallas bażikament fi flus u direttament lil min għandu d-dritt għall-manteniment (jew fil-kont tal-bank tiegħu). Il-manteniment ta’ l-ulied għandu jitħallas lil dak il-ġenitur li jieħu ħsieb u jrabbi lill-ulied.
Jekk l-obbligu tal-ħlas ġie ddeterminat f’sentenza tal-qorti, f’riżoluzzjoni jew f’dokument pubbliku, tista’ toħroġ ordni ta’ eżekuzzjoni kontra min huwa obbligat iħallas il-manteniment, jekk dan ma jonorax id-dmir tal-ħlas. Jekk min huwa obbligat iħallas il-manteniment ma’ jonorax id-dmir tal-ħlas fil-konfront ta’ ulied taħt l-età, dan jista’ jkollu konsegwenzi ta’ natura penali.
Fil-każ ta’ ulied taħt l-età biss l-aġenzija reġjonali għall-ħidma soċjali favur it-tfal tgħin lir-rappreżentant legali fil-ġbir tal-ħlas ta’ manteniment.
Taħt ċerti ċirkustanzi l-qorti tista’ tippermetti l-ħlas tal-manteniment bil-quddiem lill-ulied taħt l-età. F’dawn il-każi, il-manteniment jiġi antiċipat mill-istat, u l-arretrati tal-manteniment jitħallsu lura minn min huwa obbligat iħallas il-mantenment. Jekk jintlaħqu r-rekwiżiti għall-ħlas bil-quddiem, ma tagħmel l-ebda differenza jekk min huwa obbligat iħallas il-manteniment ikunx residenti fl-Awstrija jew f’pajjiż ieħor.
Applikant li joqgħod f’pajjiż ieħor, jista’ jitlob l-għajnuna ta’ l-awtoritajiet (ċentrali jew lokali) biss f’każi li jaqgħu taħt il-Konvenzjoni tan-NU ta’ l-20 ta’ Ġunju 1956 dwar ir-rikonoxximent ta’ talbiet għall-manteniment barra l-pajjiż. Applikazzjoni bħal din għandha tiġi ppreżentata lil aġenzija ta’ l-istat fejn jgħix l-applikant. L-applikazzjoni bid-dokument neċessarji kollha mbagħad tiġi mgħoddija mill-aġenzija ta’ barra lill-aġenzija Awstrijaka li tilqa’ l-applikazzjonijiet (Bundesministerium für Justiz ![]()
![]()
Taqsima I 10). Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja, min-naħa tiegħu, jgħaddi l-applikazzjoni lill-qorti kompetenti (biex tinbeda u tiġi implementata l-proċedura ta’ talba għall-manteniment jew biex tiġi eżegwita sentenza jew titolu ieħor legali għall-ħlas ta’ manteniment).
Naturalment l-applikant jista’ jfittex fil-qorti kompetenti direttament. F’dan il-każ iżda hu stess irid jieħu ħsieb li josserva l-kundizzjonijiet formali kollha. Fost ir-rekwiżiti li huma ġeneralment validi huwa jista’ japplika għall-għajnuna legali (ara “Prozesskostenhilfe – Österreich”).
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 15.
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 15.
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 15.
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 15.
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 15.
« Talbiet ta’manteniment - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 04-04-2006

