Kummissjoni Ewropea > NGE > Professjonijiet legali > Polonja

L-aħħar aġġornament: 03-03-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Professjonijiet legali - Polonja

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. L-IMĦALLFIN 1.
2. IL-PROSEKUTURI 2.
3. IL-MARIXXALLI (BAILIFFS3.
4. IN-NUTARA 4.
5. L-AVUKATI (BARRISTERS5.
6. IL-KONSULENTI LEGALI (SOLICITORS6.

 

1. L-IMĦALLFIN

L-imħallfin jikkostitwixxu grupp speċjali fost il-professjonijiet legali; minbarra l-livell speċjali ta' kwalifiki meħtieġa, huma distinti l-aktar permezz tal-prinċipju ta' l-indipendenza.

Il-prinċipju ta' l-indipendenza ta' l-imħallfin huwa stabbilit fl-Artikolu 178(1) tal-Kostituzzjoni Pollakka, li jgħid li, fit-twettiq ta' dmirijiethom, l-imħallfin huma indipendenti u soġġetti biss għall-Kostituzzjoni u atti leġiżlattivi. Dan ifisser li l-imħallfin huma indipendenti kemm mill-partijiet fit-tilwima kif ukoll mill-awtoritajiet ta' l-Istat. Min-naħa l-oħra, madankollu, l-imħallfin għandhom dmir ta' imparzjalità u huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u l-atti leġiżlattivi, li skond il-provvedimenti u fuq il-bażi tagħhom għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom kollha.

L-imħallfin huma maħtura mill-President tar-Repubblika, fuq talba tal-Kunsill Nazzjonali Ġudizzjarju, għal terminu indefinit.

Sabiex tinħatar bħala mħallef fil-qorti tad-distrett (l-aktar baxxa fil-ġerarkija tal-qrati), persuna għandha: tkun ċittadin Pollakk u jkollha drittijiet sħaħ ċivili u ta' ċittadinanza, tkun ta' karattru impekkabbli, tkun lestiet studji tal-liġi fuq livell universitarju fil-Polonja u tkun ingħatat it-titolu ta' Master of Arts, jew lestiet studji barranin rikonoxxuti fil-Polonja; tkun fi stat ta' saħħa kompatibbli mat-twettiq tad-dmirijiet ta' mħallef; ikollha għall-inqas 30 sena, tkun għaddiet mill-eżami ta' mħallef jew ta' prosekutur pubbliku, tkun ħadmet ta' assistent imħallef jew assistent prosekutur pubbliku għall-inqas għal tliet snin jew bħala uffiċjal tal-qorti għal ħames snin. Ir-rekwiżit li jitlesta t-taħriġ legali u ta' mħallef ma jgħoddx għal persuni li kienu assistenti mħallfin jew uffiċjali tal-qorti għall-inqas għal sitt snin u għaddew mill-eżami ta' mħallef. Ir-rekwiżiti li jitlesta t-taħriġ legali, it-taħriġ ta' mħallef u tas-snin rekwiżiti ta' esperjenza ta' xogħol ma jgħoddux għall-professuri u qarrejja impjegati fi stabblimenti xjentifiċi. Barra minn dan, persuna li ilha taħdem bħala avukat, konsulent legali jew nutar għall-inqas għal tliet snin tista' tinħatar fil-pożizzjoni ta' mħallef tal-qorti tad-distrett. Dwar il-ħatra fil-pożizzjoni ta' mħallef fil-qrati ta' istanza ogħla (il-qorti reġjonali, il-qorti ta' l-appell), il-kriterji elenkati hawn fuq huma supplimentati mir-rekwiżit dwar l-għadd ta' snin rilevanti għall-impjieg fil-ġudikatura jew fi professjonijiet legali oħrajn.

FuqFuq

Kandidat għal imħallef għandu l-ewwel jiġi approvat mill-korp awto-regolatorju ta' l-imħallfin f'qorti partikolari, jiġifieri l-laqgħa ġenerali, b'vot sigriet. Imbagħad il-kandidat jiġi introdott lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, permezz tal-Ministeru tal-Ġustizzja, li jista' jesprimi l-opinjoni tiegħu. Fuq dik il-bażi, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura jadotta, b'vot sigriet, riżoluzzjoni li l-kandidat jiġi riferit lill-President, li jaħtar lill-imħallfin tal-qrati tad-distrett, dawk reġjonali u dawk ta' l-appell. Promozzjoni għal qorti ta' istanza ogħla teħtieġ l-istess proċedura ta' approvazzjoni u ħatra mill-ġdid.

L-indipendenza ta' l-imħallfin hija ggarantita mill-fatt li mħallef ma jistax jitneħħa. Imħallef jista' jitneħħa, jiġi sospiż jew trasferit lejn qorti oħra jew lejn pożizzjoni oħra kontra r-rieda tiegħu biss skond deċiżjoni ta' qorti (inkluża qorti dixxiplinarja) u biss fil-każijiet speċifikati fl-Att (l-Artikolu 180 tal-Kostituzzjoni).

L-imħallfin huma maħtura għal terminu indefinit (l-Artikolu 179 tal-Kostituzzjoni). Dan ifisser li meta jilħqu l-età li jirtiraw (bħalissa 65 sena), isiru mħallfin irtirati u jżommu uħud mid-drittijiet u obbligi tagħhom. Madankollu, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura jista', fuq talba ta' l-imħallef, jippermettilu jkompli jwettaq dmirijietu sa l-età ta' 70 sena.

Imħallef ma jistax, mingħajr il-kunsens minn qabel ta' qorti speċifikata f'att leġiżlattiv, jinżamm kriminalment responsabbli jew jiċċaħħad mil-libertà tiegħu (l-immunità ta' l-imħallef). L-imħallef ma jistax jinżamm jew jiġi arrestat sakemm ma jinqabadx iwettaq att kriminali u d-detenzjoni tiegħu tkun neċessarja biex tiġi żgurata t-tmexxija korretta tal-proċeduri (l-Artikolu 181 tal-Kostituzzjoni). L-imħallfin huma responsabbli lejn il-qrati dixxiplinarji biss, li jikkonstistu minn imħallfin u huma maħtura mill-korpijiet li jirregolaw lill-imħallfin stess, għal kwalunkwe ksur tad-dmirijiet ta' l-imħallfin, jew kwalunkwe reat żgħir.

FuqFuq

Imħallef ma jistax ikun membru ta' partit politiku jew sindakat jew iwettaq attività pubblika inkompatibbli mal-prinċipju ta' l-indipendenza tal-qrati u ta' l-imħallfin (l-Artikolu 178(3) tal-Kostituzzjoni). Barra minn dan, imħallef ma jistax ikollu impjieg ieħor bi ħlas mingħajr il-kunsens ta' l-awtoritajiet kompetenti.

L-imħallfin huma rregolati minn kunsill awto-regolatorju ta' l-imħallfin. Il-korpijiet tal-kunsill awto-regolatorju ta' l-imħallfin huma: il-laqgħa ġenerali ta' l-imħallfin reġjonali u l-laqgħa ġenerali ta' l-imħallfin tal-qorti ta' l-appell.

Il-Ministru tal-Ġustizzja jissorvelja l-attivitajiet amministrattivi tal-qrati.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-istatus ta' l-imħallfin u l-garanziji ta' l-indipendenza tagħhom huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni Pollakka u fl-Att dwar il-Qrati Komuni tas-27 ta' Lulju 2001.

2. IL-PROSEKUTURI

Il-funzjoni ewlenija tas-servizz tal-prosekuzzjoni hija li jissalvagwardja l-liġi u l-ordni u jissorvelja l-prosekuzzjoni ta’ reati, inkluż it-twettiq jew is-superviżjoni ta' proċedimenti preparatorji fil-kawżi kriminali u li jaġixxi bħala prosekutur pubbliku quddiem il-qrati, li jagħmel ir-riċerka fi kwistjonijiet relatati ma’ reati u l-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tar-reati, u l-kooperazzjoni ma’ korpijiet oħrajn fil-prevenzjoni ta’ reati u ksur ieħor tal-liġi.

Barra minn dan, fil-kawżi ċivili, skond l-Artikolu 7 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Pollakk, prosekutur jista’ jitlob il-bidu tal-proċedimenti fi kwalunkwe każ, jew jipparteċipa fi kwalunkwe proċediment diġà pendenti jekk, fl-opinjoni tiegħu, dan huwa meħtieġ għall-ħarsien tal-liġi u l-ordni, id-drittijiet taċ-ċittadini jew l-interess pubbliku. Fil-kawżi li mhumiex relatati mal-proprjetà u li huma relatati mal-liġi tal-familja, prosekutur jista’ jibda l-proċeduri biss fil-każijiet imsemmija fil-liġi.

FuqFuq

F'kawżi tal-liġi tal-familja, prosekutur jista’ jibda l-proċeduri b’mod partikolari jekk persuna eliġibbli, b’riżultat ta’ inkompetenza jew għal raġunijiet validi oħrajn, hija inkapaċi li tmexxi l-pretensjonijiet tagħha, jew qed tiddeżisti milli tmexxi dawn il-pretensjonijiet bi ħsara għall-interess pubbliku. Il-parteċipazzjoni tal-prosekutur hija rakkomandata b’mod partikolari f'kawżi li għandhom x’jaqsmu ma': l-annullament jew l-istabbiliment ta’ l-eżistenza jew nuqqas ta’ eżistenza ta’ żwieġ, iċ-ċaħda tal-paternità jew maternità, l-annullament tar-rikonoxximent ta’ tifel u l-istabbiliment ta’ invalidità assoluta tar-rikonoxximent ta’ tifel,id-deċiżjoni dwar l-adozzjoni minn barranin jew minn ċittadini Pollakki domiċiljati barra, id-deċiżjoni dwar l-annullament ta’ adozzjoni, jew dwar ir-rilaxx ta’ persuna soġġetta għall-awtorità tal-ġenituri jew ta' tutela.

F’kawżi amministrattivi, il-funzjonijiet tas-servizz tal-prosekuzzjoni huma li jappella fil-qorti kwalunkwe deċiżjoni amministrattiva illegali u li jieħu sehem fil-proċeduri tal-qorti dwar l-illegalità ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Is-servizz tal-prosekuzzjoni jinkludu l-Prosekutur Ġenerali u l-prosekuturi ta’ unitajiet ta' l-organizzazzjoni komuni u militari tas-servizz tal-prosekuzzjoni, li jirrapportaw lilu, kif ukoll il-prosekuturi mill-Istitut tat-Tifkira Nazzjonali – Kummissjoni għall-Prosekuzzjoni ta’ Reati kontra n-Nazzjon Pollakka. Il-Prosekutur Ġenerali huwa l-awtorità suprema tas-servizz tal-prosekuzzjoni. L-uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali jinżamm mill-Ministru tal-Ġustizzja. Il-prosekuturi ta’ l-unitajiet ta' l-organizzazzjoni komuni tas-servizz tal-prosekuzzjoni huma l-prosekuturi tas-Servizz Nazzjonali tal-Prosekuzzjoni u tas-servizzi tal-prosekuzzjoni fl-appell, reġjonali u tad-distrett.

FuqFuq

Is-servizz tal-prosekuzzjoni għandu struttura ġerarkika. Dan ifisser li għalkemm il-prosekutur huwa indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu stabbilit fl-atti leġiżlattivi, huwa obbligat iħares l-ordnijiet, il-linji gwida u l-istruzzjonijiet tal-prosekutur li lilu jirrapporta.

Il-prosekuturi mill-unitajiet ta' l-organizzazzjoni komuni tas-servizz tal-prosekuzzjoni jinħatru mill-Prosekutur Ġenerali.

Sabiex tinħatar prosekutur, persuna għandha: tkun ċittadin Pollakk u jkollha drittijiet sħaħ ċivili u ta’ ċittadinanza, tkun ta’ karattru impekkabbli, tkun lestiet studji tal-liġi fuq livell universitarju fil-Polonja u tkun ingħatat it-titolu ta’ Master of Arts jew lestiet studji barranin rikonoxxuti fil-Polonja; tkun fi stat ta’ saħħa kompatibbli mat-twettiq tad-dmirijiet ta’ prosekutur, ikollha għall-inqas 26 sena, tkun għaddiet mill-eżami ta’ prosekutur pubbliku jew ta’ mħallef, tkun ħadmet ta’ assistent prosekutur jew assistent imħallef għall-inqas għal sena jew tkun lestiet, fl-unitajiet ta' l-organizzazzjoni militari tas-servizz tal-prosekuzzjoni, it-tul tas-servizz speċifikat fid-dispożizzjonijiet dwar is-servizz militari tas-suldati professjonali.

Jistgħu wkoll jinħatru dawn il-persuni, mingħajr il-ħtieġa li jgħaddu mill-eżami u jlestu t-taħriġ ta’ prosekutur: professuri u letturi tax-xjenza tal-liġi fl-universitajiet Pollakki, fl-Akkademja Pollakka tax-Xjenza u fi stabbilimenti xjentifiċi, imħallfin, imħallfin militari, avukati, konsulenti legali u konsulenti mis-Servizz tal-Prosekuzzjoni Ġenerali tat-Teżor ta’ l-Istat, li jkunu ilhom jaħdmu fil-professjoni tagħhom jew żammew il-pożizzjoni tagħhom għall-inqas għal tliet snin, kif ukoll in-nutara, wara li jgħaddu mill-eżami, iżda mingħajr il-bżonn li jlestu t-taħriġ ta’ prosekutur.

FuqFuq

Il-prosekuturi jinħatru għal terminu indefinit, li jfisser li meta jilħqu l-età li jirtiraw, isiru prosekuturi rtirati, u jżommu uħud mid-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

Prosekutur jista’ jiġi ttrasferit għal pożizzjoni oħra biss bil-kunsens tiegħu. Fir-rigward ta’ kondotta professjonali ħażina, inkluż ksur ovvju u grossolan tad-dispożizzjonijiet tal-liġi u tad-dinjità ta’ l-uffiċċju tal-prosekutur, huwa jinżamm responsabbli fi proċeduri dixxiplinarji quddiem qorti komposta minn prosekuturi.

Il-prosekuturi pubbliċi, bl-istess mod bħall-imħallfin, huma intitolati għall-immunità. Dan ifisser li prosekutur pubbliku ma jistax jinżamm responsabbli fi proċedimenti kriminali mingħajr il-kunsens tal-qorti dixxiplinarja kompetenti jew jiġi arrestat mingħajr il-kunsens tas-superjur ġerarkiku. Dan t’hawn fuq ma jgħoddx fejn prosekutur pubbliku jinqabad iwettaq reat.

Matul il-kariga tiegħu, il-prosekutur ma jistax ikun membru ta’ partit politiku jew iwettaq attivitajiet politiċi.

Prosekutur ma jistax iwettaq impjieg addizzjonali, ħlief għat-tagħlim, pożizzjonijiet ta' tagħlim u riċerka jew xjentifiċi, jew jieħu xogħol jew attività li tagħmel profitt oħra li tista’ tfixklu ifid-dmirijiet professjonali u li tista’ tippreġudika l-kunfidenza fl-imparzjalità tiegħu jew tkun ta' ħsara għad-dinjità ta’ l-uffiċċju tal-prosekutur, inkluża kwalunkwe attività fin-negozju jew kwalunkwe kariga fil-korpijiet li jirregolaw entitajiet kummerċjali.

L-istatud tal-prosekuturi u d-drittijiet u l-obbligi tagħhom huma stabbiliti fl-Att ta’ l-20 ta’ Ġunju 1985 dwar is-servizz tal-prosekuzzjoni.

FuqFuq

3. IL-MARIXXALLI (BAILIFFS)

Marixxall tal-qorti huwa uffiċjal pubbliku affiljat ma' qorti tad-distrett. Il-marixxall iwettaq dmirijiet ta' l-infurzar f'kawżi ċivili u dmirijiet oħrajn fdati lilu skond dispożizzjonijiet separati tal-liġi (eż., jipprepara l-inventarju polski u, jekk jiġi ordnat mill-qorti polski jew mill-prosekutur polski, jipprepara rapport dwar il-fatti tal-kawża qabel ma jinbdew il-proċeduri tal-qorti jew qabel ma tinħareġ deċiżjoni). Barra minn dan, il-marixxall għandu d-dritt jinnotifika l-avviżi tal-qorti, tħabbiriet, oġġezzjonijiet u lmenti u dokumenti oħrajn li huma soġġetti għall-konferma ta' l-irċevuta f'data speċifika; iwettaq superviżjoni uffiċjali fuq irkanti pubbliċi volontarji, fejn jikkonferma l-offerta l-aktar baxxa jew l-ogħla waħda. Għad-dmirijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-infurzar u għal dmirijiet oħrajn elenkati fl-atti leġiżlasttivi, il-marixxall jitlob tariffi ta' l-infurzar.

Il-marixxalli għandhom l-uffiċċji tagħhom u jwettqu dmirijiethom fiż-żona allokata tagħhom, iżda kreditur għandu d-dritt li jagħżel kwalunkwe marixxall fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti ta' l-appell. Iż-żona tal-marixxall tkopri ż-żona tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti tad-distrett, parti minn dik iż-żona jew iż-żona tal-ġuriżdizzjoni ta' għadd ta' qrati tad-distrett. Kull sena l-Ministru tal-Ġustizzja jħabbar lista taż-żoni u uffiċċji prinċipali rreġistrati ta' l-uffiċċji tal-marixxalli.

FuqFuq

Fit-twettiq ta' dmirijietu, il-marixxall huwa soġġett biss għall-atti leġiżlattivi u għad-deċiżjonijiet tal-qorti. Is-superviżjoni tal-korrettezza ta' l-attivitajiet tal-marixxall isseħħ mill-President tal-qorti tad-distrett li magħha huwa affiljat il-marixxall. Is-superviżjoni globali ta' l-attivitajiet tal-marixxalli u l-attivitajiet tal-korp awto-regolatorju tal-marixxalli titwettaq mill-Ministru tal-Ġustizzja.

Marixxall tal-Qorti jista' jkun kwalunkwe persuna li: tkun ċittadin Pollakk u jkollha drittijiet sħaħ ċivili u ta' ċittadinanza; tkun ta' karattru impekkabbli, tkun lestiet studji tal-liġi jew ta' l-amministrazzjoni f'livell universitarju; lestiet it-taħriġ ta' marixxall, għaddiet mill-eżami ta' marixxall u għandha għall-inqas 25 sena. L-imħallfin, il-prosekuturi, l-avukati, il-konsulenti legali, in-nutara u l-persuni li lestew it-taħriġ ta' mħallef, ta' prosekutur, ta' avukat, ta' konsulent legali jew ta' nutar u persuni li għandhom Ph.D. fix-xjenza legali huma eżenti mir-rekwiżit li jlestu t-taħriġ u jgħaddu mill-eżami ta' marixxall.

Il-marixxalli jeleġġu l-korpijiet awto-regolatorji tagħhom, li jikkonsistu fis-segwenti: il-Konferenza Nazzjonali tal-Marixxalli; il-Kunsill Nazzjonali tal-Marixxalli; il-laqgħat ġenerali tal-marixxalli mill-kmamar tal-marixxalli; il-kmamar tal-marixxalli.

Id-dmirijiet tal-marixxalli u l-istruttura tal-korpijiet awto-regolatorji tal-marixxalli huma stabbiliti fl-Att tad-29 ta' Awissu 1997 dwar il-marixxalli tal-qrati u l-proċedura ta' l-infurzar.

4. IN-NUTARA

Is-servizz notarili huwa korp li jissalvagwardja s-sigurtà tat-tranżazzjonijiet legali u l-ħarsien tal-liġi fis-seħħ. Is-servizz notarili huwa rrappreżentat min-nutar, jiġifieri persuna ta' fiduċja pubblika, maħtura biex twettaq it-tranżazzjonijiet li l-partijiet huma obbligati jew jixtiequ jwettqu f'forma notarili.

FuqFuq

Id-dmirijiet notarili ewlenin jinkludu: l-abbozzar ta' atti notarili u minuti, iċ-ċertifikazzjoni u n-notarizzazzjoni, il-preparazzjoni ta' protesti relatati ma' kambjali u ċekkijiet, jirċievu dikjarazzjonijiet dwar l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja ta' eredità, jaċċettaw diversi depożiti. Fl-ambitu tas-setgħat tiegħu, in-nutar jaġixxi bħala figura ta' fiduċja pubblika, mogħtija l-protezzjoni li tingħata lill-uffiċjali pubbliċi. L-atti notarili effettwati min-nutar skondi l-liġi għandhom in-natura ta' dokumenti uffiċjali.

Bħalissa hemm korp notarili awto-regolatorju indipendenti u uffiċji privati notarili fil-Polonja. Il-korp notarili awto-regolatorju huwa organizzazzjoni obbligatorja, li jfisser li s-sħubija fil-korp awto-regolatorju hija kondizzjoni li trid tintlaħaq sabiex wieħed jipprattika l-professjoni ta' nutar. Il-korp notarili awto-regolatorju jinkludi l-kmamar notarili u l-Kunsill Nazzjonali Notarili.

In-nutara jinħatru u jiġu mneħħija mill-Ministru tal-Ġustizzja, wara li jikseb opinjoni mingħand il-kamra notarili kompetenti. Nutar jista' jkun kwalunkwe persuna li: tkun ċittadin Pollakk u jkollha drittijiet sħaħ ċivili u ta' ċittadinanza, tkun ta' karattru impekkabbli; tkun lestiet studji tal-liġi fil-livell universitarju fil-Polonja u tkun ingħatat it-titolu ta' Master of Arts, jew lestiet studji barranin rikonoxxuti fil-Polonja; tkun lestiet it-taħriġ notarili, tkun għaddiet mill-eżami notarili, ilha taħdem ta' assistent nutar għall-inqas għal 3 snin u għandha għall-inqas 26 sena. Il-professuri u l-letturi tax-xjenza legali, l-imħallfin, il-prosekuturi, l-avukati u l-konsulenti legali li ilhom jipprattikaw il-professjoni tagħhom għall-inqas għal 3 snin, jistgħu wkoll jinħatru bħala nutara.

FuqFuq

L-istruttura tas-servizz notarili u l-funzjonijiet tan-nutara huma stabbiliti fl-Att ta' l-14 ta' Frar 1991 - il-Liġi dwar is-Servizz Notarili.

5. L-AVUKATI (BARRISTERS)

L-Avukatura inħolqot biex tipprovdi għajnuna legali, tikkoopera fil-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini u tgħin fil-formulazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi. Il-professjoni ta' l-avukat tikkonsisti fil-provvista ta' għajnuna legali, b'mod partikolari l-provvista ta' pariri legali, il-preparazzjoni ta' opinjonijiet legali, l-abbozzar ta' abbozzi leġiżlattivi u d-dehra quddiem il-qrati u l-istituzzjonijiet uffiċjali. Din l-għajnuna legali hija pprovduta lill-individwi, l-entitajiet tan-negozju u unitajiet ta' organizzazzjoni.

L-Avukatura hija organizzata fuq il-bażi ta' korp professjonali awto-regolatorju. L-assoċjazzjoni professjonali ta' l-Avukatura fil-pajjiż hija komposta minn 24 kamra ta' l-avukati. Il-kmamar jinkludu avukati (barristers) u avukati li qed jiġu mħarrġa li l-post ewlieni professjonali tagħhom jinsab fiż-żona tal-kamra. Il-professjoni ta' avukat tista' tiġi pprattikata biss minn persuni rreġistrati fir-reġistru ta' l-avukati mill-kunsill reġjonali ta' l-Avukatura fil-kmamar ta' l-Avukatura li fihom jinsab il-post prinċipali professjonali ta' l-avukat. Ir-reġistrazzjoni fir-reġistru hija obbligatorja. Il-korp nazzjonali awto-regolatorju ta' l-Avukatura huwa l-Kunsill Suprem ta' l-Avukatura.

Kwalunkwe persuna li: hija ta' karattru impekkabbli u l-kondotta tagħha sal-lum tiggarantixxi li se tipprattika l-professjoni ta' avukat b'mod korrett, għandha drittijiet pubbliċi sħaħ u kapaċitajiet legali sħaħ, lestiet studji tal-liġi fil-livell universitarju fir-Repubblika tal-Polonja u ngħatat it-titolu ta' Master of Arts, jew lestiet studji barranin tal-liġi rikonoxxuti fir-Repubblika tal-Polonja; lestiet it-taħriġ ta' avukat fir-Repubblika tal-Polonja u għaddiet l-eżami biex tipprattika l-Qorti, tista' tiġi rreġistrata ma' l-Avukatura. L-aħħar żewġ kriterji ma jgħoddux għal professuri u l-letturi tax-xjenza legali, persuni li għaddew mill-eżami ta' imħallef, ta' prosekutur, ta' konsulent legali jew ta' nutar, persuni li kienu konsulenti tas-Servizz Ġenerali tal-Prosekuzzjoni tat-Teżor ta' l-Istat għal mhux inqas minn tliet snin. Dawn li ġejjin jistgħu wkoll jagħmlu l-eżami biex jipprattikaw il-qorti mingħajr il-bżonn li jlestu t-taħriġ ta' avukat: letturi tax-xjenza legali u persuni li ħadmu bħala uffiċjal tal-qorti jew assistent imħallef għal mhux inqas minn 5 snin matul perjodu ta' mhux iktar minn 8 snin.

FuqFuq

L-organizzazzjoni u l-funzjonijiet ta' l-Avukatura ġew stabbiliti fl-Att tas-26 ta' Mejju 1982 - il-Liġi dwar l-Avukatura.

Il-provvista ta' għajnuna legali minn avukati barranin fir-Repubblika tal-Polonja ġiet irregolata mill-Att tal-5 ta' Lulju 2002.

6. IL-KONSULENTI LEGALI (SOLICITORS)

Il-professjoni ta' konsulent legali tikkonsisti fil-provvista ta' għajnuna legali, b'mod partikolari l-provvista ta' pariri legali, il-preparazzjoni ta' opinjonijiet legali, l-abbozzar ta' abbozzi leġiżlattivi u d-dehra quddiem il-qrati u l-istituzzjonijiet uffiċjali.

Il-konsulenti legali jistgħu jipprovdu l-għajnuna legali lil entitajiet tan-negozju, unitajiet ta' organizzazzjoni u individwi minbarra entitajiet tan-negozju, ħlief li jidhru bħala avukati tad-difiża fi proċedimenti relatati ma' reati fiskali.

Il-konsulenti legali għandhom id-dritt li jipprattikaw il-professjoni tagħhom għal rashom, u jikkumbinawha ma' tipi oħrajn ta' impjieg, per eżempju l-impjieg skond kuntratt ta' impieg.

Il-konsulenti legali huma organizzati fuq il-bażi ta' korp professjonali awto-regolatorju. Il-korp awto-regolatorju tal-konsulenti legali huwa indipendenti fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu u hu soġġett biss għad-dispożizzjonijiet tal-liġi.

L-unitajiet ta' organizzazzjoni awto-regolatorji li għandhom personalità legali huma l-kmamar reġjonali tal-konsulenti legali u l-Kunsill Nazzjonali tal-Konsulenti Legali. Is-superviżjoni tal-korp awto-regolatorju jitwettaq mill-Ministru tal-Ġustizzja.

Id-dritt li wieħed jipprattika l-professjoni ta' konsulent legali jitnissel mar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-konsulenti legali u t-teħid ta' ġurament.

Kwalunkwe persuna li: tkun lestiet studji tal-liġi fil-livell universitarju fir-Repubblika tal-Polonja u tkun ingħatat it-titolu ta' Master of Arts, jew li għandha drittijiet pubbliċi sħaħ u kapaċità legali sħiħa, għandha karattru impekkabbli u li l-kondotta tagħha sal-lum tiggarantixxi li se tipprattika l-professjoni ta' konsulent legali b'mod korrett, tkun lestiet it-taħriġ ta' konsulent legali fir-Repubblika tal-Polonja u tkun għaddiet mill-eżami ta' konsulent legali, tista' tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-konsulenti legali. Ir-rekwiżit li wieħed ilesti t-taħriġ ta' konsulent legali u jgħaddi mill-eżami ta' konsulent legali ma jgħoddx għal professuri u l-qarrejja tax-xjenza legali, persuni li għaddew mill-eżami ta' imħallef, ta' prosekutur, ta' avukat jew ta' nutar, jew għal persuni li kienu konsulenti tas-Servizz Ġenerali tal-Prosekuzzjoni tat-Teżor ta' l-Istat għal mhux inqas minn tliet snin. Dawn li ġejjin jistgħu wkoll jieħdu l-eżami ta' konsulent legali mingħajr il-bżonn li jlestu t-taħriġ ta' avukat: letturi tax-xjenza legali u persuni li ħadmu bħala uffiċjal tal-qorti jew assistent imħallef għal mhux inqas minn 5 snin matul perjodu ta' mhux iktar minn 8 snin.

L-organizzazzjoni u l-funzjonijiet tal-konsulenti legali ġew stabbiliti fl-Att tas-6 ta' Lulju 1962 dwar il-Konsulenti Legali.

Il-provvista ta' għajnuna legali minn avukati barranin fir-Repubblika tal-Polonja ġiet irregolata mill-Att tal-5 ta' Lulju 2002.

Aktar tagħrif

Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja

http://www.sejm.gov.pl/prawo/konst/konst.htm Deutsch - English - français - polski

Il-Kunsill Suprem ta' l-Avukatura

http://www.adwokatura.pl English - polski

Il-Qrati u t-Tribunali - il-Bullettin tat-Tħabbiriet Pubbliċi

http://www.bip.gov.pl/index.asp?fid=4590 polski

Il-Kamra Nazzjonali tal-Konsulenti Legali

http://www.radca.prawny.lex.pl polski

Il-Kunsill Nazzjonali Notarili

http://www.krn.org.pl polski

Il-Kamra Notarili f'Varsavja

http://www.notariusze.pl English - français - polski

Il-Korp Awto-Regolatorju tal-Marixxalli

http://www.komornik.pl English - polski

Is-Servizz tal-Prosekuzzjoni fl-Appell f'Varsavja

http://www.pa.waw.pl polski

« Professjonijiet legali - Informazzjoni Ġenerali | Polonja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 03-03-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit