Kummissjoni Ewropea > NGE > Professjonijiet legali > Latvja

L-aħħar aġġornament: 15-02-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Professjonijiet legali - Latvja

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. L-imħallfin 1.
2. Il-prosekuturi 2.
3. Id-deputati tal-qorti 3.
4. Il-Marixxalli tal-Qorti 4.
5. In-nutara maħlufa 5.
6. L-avukati maħlufa 6.

 

1. L-imħallfin

Imħallef huwa uffiċjal ta’ l-Istat. L-imħallfin huma indipendenti u huma soġġetti biss għal-liġi. L-awtoritajiet ta’ l-Istat, l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati, u persuni oħrajn legali u naturali għandhom dmir li jirrispettaw u jħarsu l-indipendenza tal-qrati u l-immunità ta’ l-imħallfin. Ħadd ma huwa intitolat jitlob dikjarazzjonijiet jew spjegazzjonijiet minn imħallfin, li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-eżaminazzjoni ta’ każ partikolari, jew jintervjeni fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja irrispettivament mill-motivi tiegħu u r-raġunijiet li abbażi tagħhom jagħmel dan. Imħallef għandu l-immunità meta jkun qed iwettaq id-dmirijiet tiegħu ta’ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Il-pożizzjoni ta’ imħallef hija inkompatibbli ma’ l-affiljazzjoni ma’ partit politiku jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra politika.

2. Il-prosekuturi

Il-prosekuturi huma uffiċjali li joperaw taħt is-sistema legali li jieħdu sehem fl-eżaminazzjoni tal-każijiet u jwettqu dmirijiet oħrajn preskritti mil-liġi. L-uffiċċju tal-prosekutur jikkonsisti f’dawn l-uffiċjali li ġejjin: il-prosekutur ġenerali, il-prosekutur anzjan, id-deputat prosekutur anzjan, u l-prosekuturi li jaħdmu f’kull livell fl-uffiċċju tal-prosektur. Prosekutur jingħata grad skond ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, l-għarfien professjonali, il-kwalifiki u l-esperjenza tax-xogħol.

Il-prosekuturi jadottaw id-deċiżjonijet dwar il-każijiet b’mod indipendenti u esklussiv fuq bażi tal-konvinzjonijiet tagħhom u skond il-leġiżlazzjoni, filwaqt li jqisu l-ugwaljanza ta’ l-individwi quddiem il-liġi u l-qrati, il-preżunzjoni ta’ l-innoċenza, il-verità u l-leġittimità. Il-prosekuturi jaħdmu b’mod indipedenti mill-influwenza ta’ istituzzjonijiet jew uffiċjali li jirregolaw jew jamministraw l-Istat u huma soġġetti biss għal-liġi.

FuqFuq

3. Id-deputati tal-qorti

Id-deputat president tal-qorti - responsabbli biex jorganizza x-xogħol tal-qorti. Il-persuna li taħdem f'din il-pożizzjoni idealment tkun iggradwat fil-liġi.

L-Imħallef assistent - jilqa' l-viżitaturi u jaċċetta r-rikorsi tagħhom, iwettaq xogħol preparatorju li għandu x'jaqsam mas-smigħ tal-kawżi, iwettaq funzjonijiet oħrajn indikati mill-imħallef. Il-persuna li taħdem f'din il-pożizzjoni idealment tkun iggradwata fil-liġi.

Il-konsulent tal-qorti - jiġġeneralizza u janalizza l-ġurisprudenza u l-istatistika u jagħmel xogħol ieħor metodoloġiku. Il-persuna li taħdem f'din il-pożizzjoni idealment tkun iggradwata fil-liġi.

Il-maniġer klerikali - jimmaniġġa u jorganizza x-xogħol tar-reġistru tal-qorti. Il-persuna li taħdem f'din il-pożizzjoni idealment tkun iggradwata fil-liġi.

Is-segretarju tas-seduti tal-qorti - jipparteċipa u jieħu sehem fis-seduti tal-qorti kull meta tkun meħtieġa mil-liġi r-reġistrazzjoni tal-proċeduri tal-qorti. Il-persuna li taħdem f'din il-pożizzjoni idealment tkun spiċċat l-edukazzjoni sekondarja jew edukazzjoni sekondarja speċjalizzata (legali).

Il-messaġġier tal-qorti - jinnotifika t-taħrikiet tal-qorti, l-akkużi u dokumenti oħrajn lill-persuni indirizzati. Il-persuna li taħdem f'din il-pożizzjoni idealment tkun spiċċat l-edukazzjoni sekondarja.

L-interpretu tal-qorti - jipparteċipa fis-seduti tal-qorti fejn meħtieġ mil-liġi, jittraduċi d-dokumenti tal-qorti. Il-persuna li taħdem f'din il-pożizzjoni idealment tkun iggradwata mill-università.

FuqFuq

L-amministratur tal-qorti - jorganizza l-provvista ta' materjali tal-qorti u kmamar xierqa, u l-arranġamenti prattiċi tal-qorti.

4. Il-Marixxalli tal-Qorti

Il-Marixxalli tal-Qorti jaħdmu fis-sistema tal-qorti taħt il-qrati reġjonali u jeżegwixxu s-sentenzi tal-qorti u ta' istituzzjonijiet oħrajn u jwettqu funzjonijiet oħrajn speċifikati fil-leġiżlazzjoni. Fil-kapaċità professjonali tagħħom, il-marixxalli huma ekwivalenti għal uffiċjali ta' l-Istat. Huma indipendenti u huma soġġetti biss għal-liġi.

Il-Marixxalli tal-Qorti huma kklasifikati bħala professjonisti liberali. Il-Marixxalli joperaw direttament u personalment. Ix-xogħol (prattika) professjonali tagħhom huwa intellettwali u mhuwiex motivat mill-profitt. Il-Marixxalli huma finanzjarjament indipendenti fl-eżekuzzjoni tal-professjoni tagħhom.

Il-kompetenza

Il-Marixxalli tal-Qorti għandhom responsabbiltà dixxiplinarja, ċivili u kriminali għax-xogħol tagħhom fil-proċeduri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni.

It-talbiet u l-ordnijiet stabbiliti u maħruġa mill-marixxalli tal-qorti fil-kapaċità professjonali tagħhom jorbtu lill-persuni kollha fit-territorju nazzjonali. Il-marixxalli tal-qorti għandhom responsabbiltà professjonali biex jeżegwixxu dawn is-sentenzi li ġejjin mill-qrati u istituzzjonijiet jew uffiċjali oħrajn:

  1. infurzar;
  2. ordnijiet annessi;
  3. tbattil ta' postijiet (żgumbrament);
  4. qbid;
  5. tneħħija ta' oġġetti speċifiċi mid-debituri u konsenja lil dawk li jiġbru d-djun u l-eżekuzzjoni ta' attivitajiet oħrajn stabbiliti fid-dokumenti ta' l-infurzar;
  6. l-eżekuzzjoni obbligatorja tar-responsabbiltajiet;
  7. l-organizzazzjoni ta' rkant għall-bejgħ volontarju tal-proprjetà immobbli b'mezzi ġudizzarji;
  8. konfiska tal-proprjetà.
Salarju

Għal kull funzjoni professjonali mwettqa minn marixxall tal-qorti u għall-għajnuna legali mogħtija huwa intitolat li jirċievi ammont ta' rimunerazzjoni li huwa separat mill-ħlas mill-Istat. Il-Marixxalli tal-Qorti huma pprojbiti milli jidħlu fi ftehimiet li bihom l-ammont ta' rimunerazzjoni pagabbli għal xogħolhom huwa differenti mir-rata standard.

FuqFuq

5. In-nutara maħlufa

In-nutara maħlufa joperaw fis-sistema tal-qorti taħt il-qrati reġjonali u jwettqu l-funzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni. Fil-kapaċità professjonali tagħhom, in-nutara maħlufa huma ekwivalenti għall-uffiċjali ta’ l-Istat u huma soġġetti biss għal-liġi. Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, huma jipprovdu għad-drittijiet ċivili u l-interessi legali ta’ persuni naturali u legali b’mod indipendenti u newtrali.

In-nutara maħlufa huma kklassifikati bħala professjonisti liberali. Ix-xogħol (prattika) professjonali tagħhom huwa intellettwali u mhuwiex motivat mill-profitt. In-nutara maħlufa huma finanzjament indipendenti fl-eżekuzzjoni tal-professjoni tagħhom.

Il-kompetenza

In-nutara maħlufa għandhom ġuriżdizzjoni biex:

  1. ifasslu atti notarili;
  2. ifasslu ċertifikazzjonijiet;
  3. jaċċettaw flus, sigurtajiet u dokumenti għall-garanzija;
  4. imexxi kwistjonijiet tal-wirt;
  5. ifasslu abbozzi tad-diviżjoni tal-proprjetà fejn provdut mil-liġi;
  6. iwettqu attivitajiet oħrajn provduti mil-liġi.

In-nutara maħlufa huma permess li:

  1. jipprovdu għall-iffissar tad-drittijiet u s-sigurtà tad-drittijiet fir-reġistri ta’ l-art;
  2. jiżguraw il-permessi, iċ-ċertifikati u dokumenti oħrajn, meħtieġa għall-għeluq jew l-iffissar ta’ l-atti li jridu jiġu mfassla minn nutar jew iċċertifikati minn istituzzjonijiet ta’ l-Istat, ta’ l-awtorità lokali jew privati, kif ukoll minn uffiċjali u minn persuni privati;
  3. ifasslu abbozzi ta’ atti, ta’ kuntratti u ta’ dokumenti oħrajn xierqa għall-professjoni ta’ nutar maħluf, u jagħmlu kopji u traduzzjonijiet;
  4. jipprovdu għajnuna oħra legali.
L-intitolamenti

Għal kull funzjoni professjonali mwettqa minn nutar maħluf, in-nutar huwa intitolat li jirċievi ammont ta’ rimunerazzjoni li hija separata mit-tariffi ta’ l-Istat.

FuqFuq

6. L-avukati maħlufa

Avukat huwa professjonist legali indipendenti li jipprovdi assistenza legali billi jiddefendi u jirrappreżenta l-interessi leġittimi ta' individwi fil-qorti u matul l-investigazzjoni qabel is-smigħ, u billi joffri konsulenza legali, jipprepara d-dokumenti legali u jwettaq servizzi legali oħrajn.

Fil-Latvja avukat jista' jkun:

  1. avukat maħluf;
  2. assistent ta' avukat maħluf;
  3. ċittadin ta' Stat Membru ta' l-UE li kkwalifika bħala avukat fi Stat Membru ta' l-UE (avukat ta' Stat Membru ta' l-UE).

Persuni ta' nazzjonalità barranija li jipprattikaw bħala avukati fil-Latvja, ħlief l-avukati ta' Stat Membru ta' l-UE, huma soġġetti għal ftehimiet internazzjonali dwar l-għajnuna legali li jorbtu lil-Latvja.

L-avukati joperaw taħt is-sistema legali, imexxu l-proċeduri quddiem kwalunkwe qorti jew awtorità ta' qabel l-investigazzjoni fir-Repubblika tal-Latvja kif magħżula minn u f'isem il-partijiet, il-konvenut jew il-parteċipanti l-oħrajn f'kawża (klijenti), jew fejn speċifikat taħt leġiżlazzjoni f'isem il-president tal-qorti, il-kap ta' l-awtorità ta' qabel l-investigazzjoni jew il-Kunsill Latvjan ta' Avukati Maħlufa. L-avukati jipprovdu wkoll forom oħrajn ta' assistenza legali taħt proċeduri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.

L-attivitajiet professjonali ta' avukat

Fil-kapaċità professjonali tagħhom l-avukati huma indipendenti u soġġetti biss għal-liġi. L-avukati maħlufa huma kklassifikati bħala professjonisti liberali. Joperaw direttament u personalment u x-xogħol (prattika) professjonali tagħhom huwa intellettwali u mhuwiex motivat mill-profitt. L-avukati maħlufa huma finanzjament indipendenti fl-eżekuzzjoni tal-professjoni tagħhom.

FuqFuq

Il-kondizzjonijiet li għandhom iħarsu l-avukati ta' l-Istati Membri ta' l-UE qabel ma jibdew jipprattikaw fil-Latvja.

Avukat ta' Stat Membru ta' l-UE għandu jippreżenta lill-Kunsill Latvjan ta' l-Avukati Maħlufa ċertifikat li juri r-reġistrazzjoni ma' awtorità kompetenti fil-pajjiż tar-residenza ta' l-avukat (l-Istat Membru ta' l-UE fejn l-avukat kiseb id-dritt li juża t-titolu professjonali ta' avukat qabel ma beda jipprattika fil-Latvja). Il-Kunsill Latvjan ta' Avukati Maħlufa imbagħad jirreġistra lill-Avukat Maħluf ta' l-UE f'reġistru speċjali. Avukat ta' Stat Membru ta' l-UE li jipprattika taħt it-titolu professjonali użat fil-pajjiż ta' residenza tiegħu jista' biss jipparteċipa fil-każijiet kriminali flimkien ma' avukat li huwa membru tal-Kunsill Latvjan ta' Avukati Maħlufa.

Jekk avukat ta' Stat Membru ta' l-UE jista' juri għarfien tal-lingwa uffiċjali u tal-liġi Latvjana, u l-Kunsill Latvjan ta' l-Avukati Maħlufa jirrikonoxxi li l-kwalifiki professjonali ta' l-avukat jilħqu r-rekwiżiti għall-prattika permanenti, ikun intitolat għall-istess drittijiet li jipprattika bħala professjonist u huwa soġġett għall-istess dmirijiet bħal avukat maħluf Latvjan. Meta avukat ta' Stat Membru ta' l-UE ikun ippratika l-professjoni tiegħi fil-Latvja taħt it-titolu professjonali użat fil-pajjiż tar-residenza tiegħu għal perjodu mhux interrott ta' mill-inqas tliet snin u jkun wera lill-Kunsill Latvjan ta' l-Avukati Maħlufa l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa tal-liġi Latvjana, jingħata ċertifikat ta' kwalifiki professjonali.

Il-kompetenza

L-avukati maħlufa imexxu kawżi ċivili u amministrattivi, jirrappreżentaw il-vittmi, atturi ċivili u konvenuti ċivili fil-każijiet kriminali, u jagħtu għajnuna legali lil kwalunkwe persuna f'kawża kriminali jew f'isem klijent, jew il-president tal-qorti, jew il-Kunsill Latvjan ta' Avukati Maħlufin fejn dan jintalab mill-klijent.

Salarju

L-ammont ta' rimunerazzjoni għat-tmexxija ta' kawża jiġi deċiż permezz ta' ftehim bil-miktub bejn avukat maħluf u l-klijent. Fin-nuqqas ta' tali ftehim, l-ammont ta' rimunerazzjoni huwa stabbilit skond ir-rata statutarja.

Aktar tagħrif

  • http://www.tm.gov.lv/ English - latviešu valoda
  • http://www.tiesas.lv/ latviešu valoda
  • http://notary.lv/ latviešu valoda
  • http://lzti.lv/ latviešu valoda

« Professjonijiet legali - Informazzjoni Ġenerali | Latvja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 15-02-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit