Kummissjoni Ewropea > NGE > Professjonijiet legali > Italja

L-aħħar aġġornament: 12-02-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Professjonijiet legali - Italja

Il-prattikanti tal-liġi jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin: imħallfin, prosekuturi pubbliċi, skrivani tal-qorti, marixxalli u uffiċjali tal-liġi, avukati u nutara.

Il-kategorija ta’ avukat magħrufa bħala procuratore legale m’għadhiex teżisti fl-Italja, u l-ebda professjonisti legali oħra m’huma involuti fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

L-imħallfin jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni u huma maqsuma f’imħallfin tal-karriera (togati), li jkunu ġew impjegati b’kompetizzjoni u huma uffiċjali pubbliċi, u mħallfin onorarji (imħallfin tat-talbiet żgħar, imħallfin onorarji li jiddeċiedu fuq il-mertu u mħallfin onorarji supplementarji), li jeżerċitaw dawn it-tip ta’ poteri fuq bażi personali u temporarja mingħajr ma jkunu membri tal-ġudikatura ordinarja. Huma jkunu maħtura mill-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-kwalifiki tagħhom.

L-imħallfin tal-karriera jirċievu salarju xieraq fix-xahar mill-Istat, li l-ammont tiegħu jkun determinat skond l-anzjanità.

L-imħallfin onorarji jirċievu pagamenti f’somma waħda għas-seduti miżmuma u s-sentenzi mogħtija.

L-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku fil-Qorti tal-Kassazzjoni, il-qrati ta’ l-appelli u l-qrati ordinarji huma komposti minn maġistrati b’poteri investigattivi.

Huma jkunu maħtura wara l-istess kompetizzjoni bħall-imħallfin u jkunu mħallsa fuq l-istess bażi bħall-imħallfin.

L-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku tal-qrati ordinarji huma komposti wkoll minn maġistrati onorarji (assistenti prosekuturi onorarji) li jkollhom seduti għas-servizz tal-prosekuzzjoni. Huma jiġu maħtura fuq il-bażi tal-kwalifiki u jkunu mħallsa biss il-miżata stabbilita għal kull seduta.

L-iskrivani tal-qorti u l-marixxalli huma uffiċjali pubbliċi impjegati b’kompetizzjoni u huma impjegati ta’ l-istat imħallsa bħala tali.

L-avukati u n-nutara huma membri ta’ professjonijiet liberali.

Biex jeżerċitaw il-professjoni legali l-avukati jridu jgħaddu minn eżami ta’ kwalifika organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja u miżmum kull sena fil-Qrati ta’ l-Appelli individwali.

In-nutara jiġu maħtura wara kompetizzjoni miftuħa nazzjonali organizzata minn u miżmuma fil-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-aċċess għal dawn il-professjonijiet huwa regolat mil-liġi. Il-ġudikatura (l-imħallfin u l-prosekuturi) tgawdi awtonomija u indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju ta’ dmirijietha, skond il-Kostituzzjoni Taljana. Il-prattikanti legali kollha huma meħtieġa li josservaw kodiċi ta’ kondotta professjonali.

Il-maġistrati tal-karriera (jiġifieri l-imħallfin u l-prosekuturi) huma ddifferenzjati biss mill-anzjanità u jgawdu skala ta’ salarju korrispondenti. L-istruttura tal-karriera tal-ġudikatura għandha l-livelli li ġejjin: imħallef assoċjat, imħallef li jisma' l-kawża, imħallef tal-Qorti ta’ l-Appell, imħallef tal-Qorti tal-Kassazzjoni, imħallef ikkwalifikat li jiddeċiedi fil-qrati ogħla.

L-avukati huma maqsuma f’avukati ordinarji u avukati kkwalifikati li jidhru quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni.

L-iskrivani tal-qorti u l-marixxalli huma ukoll maqsuma fi gradi ogħla u aktar baxxi.

M’hemmx din it-tip ta’ diviżjoni fost in-nutara.

Ir-rappreżentazzjoni legali hija obbligatorja għall-qrati kollha barra dawk preseduti minn imħallef tat-talbiet żgħar.

L-assoċjazzjonijiet professjonali huma responsabbli li jissorveljaw lill-membri tagħhom u li jeżerċitaw il-poteri dixxiplinarji fuqhom.

Iċ-ċittadini barranin jistgħu jipprattikaw bħala avukati jekk il-kwalifiki professjonali tagħhom mill-pajjiż ta’ l-oriġini tagħhom huma rikonoxxuti skond id-Direttivi 89/48/KEE u 98/5/KE.

Dawn id-Direttivi ġew trasposti permezz tad-Digrieti leġiżlattivi Nri 115/92 u 96/2001.

Il-professjoni legali tista’ tiġi eżerċitata fl-Italja minn dawk li, wara li jkunu kisbu l-kwalifiki professjonali tagħhom fil-pajjiżi ta’ l-oriġini rispettivi tagħhom, jissodisfaw il-kondizzjonijiet l-oħra stabbiliti fid-digrieti leġiżlattivi msemmija aktar 'il fuq. Dawn id-digrieti jistabbilixxu ukoll kriterji biex jiġu rikonoxxuti l-kwalifiki miksuba barra 'l pajjiż.

« Professjonijiet legali - Informazzjoni Ġenerali | Italja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 12-02-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit