Kummissjoni Ewropea > NGE > Professjonijiet legali > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 20-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Professjonijiet legali - Liġi Internazzjonali

Xi prinċipji internazzjonali

Il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa ħareġ numru ta’ rakkomandazzjonijiet dwar il-professjonijiet legali.

L-informazzjoni dwar inizjattivi tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tinstab fuq il-website ceština - dansk - Deutsch - English - español - français - italiano - eesti keel - latviešu valoda - lietuviu kalba - magyar - polski - português - slovenšcina - slovencina tiegħu.

FuqFuq

Waħda minn dawn l-inizjattivi tikkonċerna l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat English - français.

Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri tal-Kunsill u tistabilixxi l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu segwiti sabiex tiġi promossa l-libertà fl-eżerċizzju ta’ din il-professjoni.

Tittratta b’mod partikolari l-punti li ġejjin: l-aċċess għall-professjoni, it-taħriġ inizjali u taħriġ ieħor, is-sehem u d-dover ta’ l-avukati, l-aċċess ta’ kull persuna għall-avukati, l-organizzazzjoni ta’ l-avukatura, u miżuri dixxiplinarji.

Inizjattiva oħra tikkonċerna l-indipendenza ta’ l-imħallfin.

Dan it-test jittratta numru ta’ prinċipji bażiċi biex tkun ggarantita l-indipendenza tal-ġudikatura. Ir-rakkomandazzjoni teżamina wkoll il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-imħallfin, ir-responsabbiltajiet tagħhom, ir-rwol tagħhom u l-effiċjenza tagħhom.

Barra dan, il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali tgħid li kull min ikun akkużat b’offiża kriminali għandu d-dritt li jiddefendi ruħu hu stess jew permezz ta’ l-assistenza legali ta’ l-għażla tiegħu jew, jekk m’għandux mezzi biżżejjed biex iħallas għall-assistenza legali, li din tingħata lilu bla ħlas meta l-interessi tal-ġustizzja jitolbu hekk.

Din il-klawżola tirreferi prinċipalment għal kawżi kriminali, iżda l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem English - français estendietha biex tkopri kawżi ċivili.

 Dokumenti ta’ referenza

  • Ir-Rakkomandazzjoni English - français Rec(2000)21 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-libertà fl-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Ir-Rakkomandazzjoni English - français numru R (94) 12 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar l-indipendenza, l-effiċjenza u s-sehem ta’ l-imħallfin (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Il-Konvenzjoni Deutsch - English - français - italiano għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (il-Kunsill ta’ l-Ewropa)

« Professjonijiet legali - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 20-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit