Kummissjoni Ewropea > NGE > Professjonijiet legali

L-aħħar aġġornament: 02-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Professjonijiet legali - Informazzjoni Ġenerali

Il-ġustizzja u l-irġiel u n-nisa li jaħdmu għaliha.

Jekk għandek tilwima ma’ persuna oħra u wieħed minnkom jiddeċiedi li jieħu l-każ quddiem il-qorti, tiltaqa' ma’ varjetà ta’ membri tal-professjonijiet legali.

Dawn ma għandhomx l-istess titoli fl-Istati Membri kollha, u r-rwol u l-istatus tagħhom jistgħu jvarjaw konsiderevolment minn Stat għall-ieħor.

Ġeneralment, id-diversi professjonijiet legali huma dawn li ġejjin:

L-imħallfin huma l-persuni li se jiddeċiedu l-kawża tiegħek. Huma jeżerċitaw il-poter tagħhom b’mod indipendenti.

Is-servizzi ta’ prosekuzzjoni pubblika huma l-iktar involuti f’kawżi kriminali, iżda jistgħu ukoll jaġixxu għan-nom tas-soċjetà f’ċerti kawżi ċivili, li jinvolvu l-adozzjoni, per eżempju, jew kwistjonijiet ta’ parentela.

L-iskrivani tal-qorti u r-reġistraturi huma responsabbli għall-amministrazzjoni tal-qorti.

L-avukati jagħtu pariri lin-nies li jkunu involuti f’tilwim u jirrapreżentawhom fil-qorti. Fil-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri, dawn jistgħu ukoll jinħatru mill-qorti sabiex mingħajr ħlas jassistu jew jirrapreżentaw lil nies li ma jkollhomx mezzi suffiċjenti. Ikklikkja fuq "Għajnuna legali" għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett.

F’xi Stati Membri, wieħed mill-kompiti ta' marixxall huwa li jinnotifika t-taħrikiet.

F’ċerti każijiet, inti tista' tingħata permess jew anke tkun meħtieġ li tressaq il-kawża tiegħek quddiem xi ħadd li ma jkunx imħallef, bħal medjatur jew arbitru. Ikklikkja fuq "Mezzi alternattivi tar-riżoluzzjoni ta’ tilwim" għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett.

L-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea jirregolaw il-professjonijiet legali.

Għalkemm jista’ jkun hemm xebh naturali bejniethom, dawn ir-regolamenti jvarjaw b’mod sostanzjali minn pajjiż għall-ieħor, għaliex jirriflettu l-kontinwazzjoni ta’ tradizzjonijiet ħafna drabi antiki.

Ikklikkja fuq il-bnadar ta’ l-Istati Membri għal informazzjoni dwar u dettalji ta’ kif tagħmel użu mill-professjonijiet legali.

Relattivament, ftit hemm regolazzjoni internazzjonali jew Komunitarja, tal-professjonijiet legali.

Ir-regoli ġeneralment inħarsu lejhom mill-aspett nazzjonali. Madankollu, jekk tikklikkja fuq l-ikoni “Il-liġi tal-Komunità” u “Il-liġi internazzjonali” issib xi informazzjoni.

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit