Kummissjoni Ewropea > NGE > Professjonijiet legali > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 20-04-2005
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Professjonijiet legali - Liġi Komunitarja

Ghal l-ahtar aggiornaurent fuq it-test, Mekk jghogobk ara English

L-Unjoni Ewropea tiffaċilita l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fi Stat Membru ieħor.

L-Istati Membri ta’ l-Unjoni Europea jirregolaw il-professjonijiet legali.

Anki jekk dawn jippreżentaw similaritajiet bejniethom, dawn ir-regolamenti huma kemmxejn differenti minn pajjiż għall-ieħor peress illi huma xhieda tal-persistenza ta’ tradizzjonijiet li ħafna drabi huma antiki.

Il-liġi Komunitarja ma tirregolax l-istatut jew il-kondizzjonijiet ta’ l-eżerċizzju tal-professjonijiet legali.

Madankollu, żewġ direttivi Ewropej, dik ta’ l-1988 u l-oħra ta’ l-1998, jippreċiżaw il-kondizzjonijiet skond liema avukat li kiseb id-diploma tiegħu fi Stat Membru jista’ jeżerċita l-professjoni tiegħu b’titlu permanenti fi Stat Membru ieħor.

B’mod partikolari, id-Direttiva ta’ l-1998 tipprevedi li kull avukat għandu d-dritt li jeżerċita l-attivitajiet ta’ avukat b’titlu permanenti, f'kull Stat Membru, skond it-titlu professjonali ta' l-oriġini tiegħu. Barra minn hekk, l-integrazzjoni fil-professjoni ta’ avukat fl-Istat Membru li qed jilqa’ tista’ tkun suġġetta għal ċerti kondizzjonijiet. Bħala prinċipju, l-avukat li jeżerċita skond it-titlu ta’ l-oriġini tiegħu għal 3 snin fi Stat Membru li qed jilqgħu għandu jiġi integrat bħala avukat ta’ dan l-Istat.

Għal darb’oħra, għandu jiġi ppreċiżat illi r-regolamenti tal-professjoni jibqgħu l-kompetenza ta’ l-Istati Membri. Jiġifieri, avukat ta’ Stat Membru jista’ jistabbilixxi ruħu fi Stat Membru ieħor u jista’ jeżerċita hemmhekk l-attivitajiet tiegħu b’mod permanenti iżda hu jkollu jirrispetta r-regoli kollha tal-pajjiż li qed jilqgħu.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppreżentat green paperdwar il-metodi alternattivi tas-soluzzjoni ta’ tilwim, li jagħmlu mistoqsijiet u jipprovdu elementi ta’ riflessjoni dwar l-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ medjatur jew ta’ konċiljatur.

Dokumenti ta’ referenza.

  • Id-Direttiva 89/48/KEE tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar sistema ġenerali ta’ rikonoxximent tad-diplomi ta’ tagħlim superjuri li japprovaw formazzjonijiet professjonali ta’ tul ta’ żmien minimu ta’ tliet snin
  • Id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 li jfittex li jiffaċilita l-eżerċizzju permanenti tal-professjoni ta’ avukat fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn inkisbet il-kwalifika
  • Green Paper dwar il-metodi alternattivi ta’ soluzzjoni ta' tilwim rilevanti tal-liġi ċivili u kummerċjali

« Professjonijiet legali - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 20-04-2005

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit