Kummissjoni Ewropea > NGE > Ordni Legali > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 29-08-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ordni Legali - Isvezja

 

LISTA TAL- KONTENUT

Sorsi tal-liġi Sorsi tal-liġi
Ġerarkija tas-sorsi tal-liġi Ġerarkija tas-sorsi tal-liġi
Ftehim internazzjonali Ftehim internazzjonali
Il-proċess leġislattiv Il-proċess leġislattiv
Dħul fis-seħħ Dħul fis-seħħ
Konflitti meta tapplika l-liġi Konflitti meta tapplika l-liġi

 

Sorsi tal-liġi

Fl-Iżvezja s-sorsi tal-liġi jikkonsistu l-aktar f’statuti, il-każistika u xogħol preparatorju fuq il-liġi proposta.

L-aktar sorsi importanti tal-liġi huma l-istatuti. Huma stampati u pproklamati fil-kodiċijiet ta’ l-istatuti. L-istatuti huma mqassma f’atti, ordinanzi u regolamenti. L-atti huma deċiżi mill-Parlament, l-ordinanzi huma deċiżi mill-Gvern u r-regolamenti jinħarġu mill-awtoritajiet.

Id-deċiżjonijiet mill-qrati, il-każistika, għandhom parti importanti fl-applikazzjoni tal-liġi. Dan japplika b’mod partikolari għal deċiżjonijiet mill-ogħla istanzi, il-Qorti Suprema u l-Qorti Suprema Amministrattiva.

Ix-xogħol preparatorju fuq liġijiet proposti, jiġifieri, it-testi li jinħolqu fir-rigward tal-proċess leġislattiv, jintużaw ukoll fl-applikazzjoni tal-liġi.

Id-duttrini, id-drawwiet kummerċjali, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali u l-użu ġenerali jingħadu li huma sorsi supplimentari tal-liġi.

Ġerarkija tas-sorsi tal-liġi

L-aktar statuti importanti huma l-liġijiet kostituzzjonali. L-Iżvezja għandha erbgħa liġijiet kostituzzjonali: l-Att tal-Kostituzzjoni, l-Att tas-Suċċessjoni, l-Att tal-Libertà ta’ l-Istampa u l-Att dwar il-Libertà ta’ l-Espressjoni. Dawn jistgħu jinbiddlu biss permezz ta’ proċedura speċjali (aktar dwar dan hawn isfel). Wara dan jiġu atti, ordinanzi u regolamenti oħrajn fl-ordni msemmija.

Ix-xogħol preparatorju u l-każistika huma sorsi sussidjarji tal-liġi. Ix-xogħol preparatorju huwa użat bħala mezz ta’ assistenza fl-applikazzjoni tal-liġi. Ix-xogħol preparatorju għall-abbozzi tal-gvern għandu l-ikbar importanza. Il-każistika hija wkoll ta’ l-akbar importanza fl-applikazzjoni tal-liġi. Aktar ma jkun riċenti x-xogħol preparatorju, aktar ikun importanti. Meta l-leġiżlazzjoni hija qadima jew meta jkunu għaddew ħafna affarijiet f’qasam tal-liġi, l-importanza tal-każistika jiżdied.

FuqFuq

Ftehim internazzjonali

Ftehim internazzjonali għandu, bħala regola prinċipali, ikun inkorporat fil-liġi Żvediża biex ikun applikat mill-qrati u l-korpi oħra li japplikaw il-liġi. Il-ftehim jista’ jkun inkorporat jew billi jiddaħħal fit-test kostituzzjonali Żvediż, jew permezz ta’ att legali separat li jippreskrivi li l-ftehim għandu japplika fl-Iżvezja.

Il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE hija, iżda, eċċettwata minn dan il-prinċipju billi l-Iżvezja ttrasferiet parti mill-kapaċità regolatorja tagħha lill-UE. Il-leġislazzjoni ta’ l-UE għalhekk tapplika sa ċertu punt direttament fl-Iżvezja mingħajr leġiżlazzjoni intermedja. Jekk jogħġbok ara iżjed dwar dan fil-karta ta’ l-informazzjoni, l-Ordni Legali fl-UE.

Il-proċess leġislattiv

Il-Parlament biss jista’ jadotta l-atti. Il-biċċa l-kbira ta’ l-atti jinħolqu wara proposti mill-Gvern. L-abbozzi jistgħu jintbagħtu minn membri tal-parlament u l-kumitati parlamentari. Barra minn dan, tista’ tittieħed l-inizjattiva biex isiru emendi għal-leġislazzjoni minn partiti politiċi, gruppi li għandhom interess, assoċjazzjonijiet u individwi privati.

Qabel ma l-Gvern ikun jista’ jagħmel abbożż, il-kwistjoni għandha tkun investigata. Dan jista’ jsir billi jitwaqqfu kumitat jew inkjesta, jew mill-uffiċjali pubbliċi stess ta’ l-Uffiċċju tal-Kabinett li qed jinvestigaw il-kwistjoni. L-abbozz normalment jintbagħat lil numru ta’ awtoritajiet u assoċjazzjonijiet li huma kkonċernati li mbagħad jingħataw l-opportunità li jikkummentaw fuq il-proposta. Meta l-perjodu għas-sottomissjoni tal-kummenti ikun skada, l-Uffiċċju tal-Kabinett jikkunsidra l-abbozz. Il-maġġoranza ta’ l-abbozzi jintbagħtu lill-Kunsill tal-Leġislazzjoni, li huwa korp li jikkonsisti l-aktar minn imħallfin fil-Qorti Suprema u l-Qorti Suprema Amministrattiva Żvediża. Il-Kunsill tal-Leġislazzjoni jeżamina l-abbozz mil-lat legali u tekniku. Il-kummenti tal-Kunsill tal-Leġislazzjoni jgħadduhom lill-Uffiċċju tal-Kabinett, li jerġa’ jikkunsidra l-abbozz. Dan l-arranġament jintemm f’abbozz tal-gvern li jintbagħat lill-Parlament. Fil-Parlament, dan jintbagħat lil kumitat, li jeżamina l-proposta. Il-Parlament wara jieħu deċiżjoni fuq jekk l-att għandux ikun approvat jew le. Il-Parlament jista’ naturalment ibiddel il-proposta sottomessa. Meta l-Parlament jieħu d-deċiżjoni tiegħu, il-Gvern joħroġ u jipproklama l-att il-ġdid.

FuqFuq

F’ċerti każijiet, il-Gvern jista’ joħroġ regolamenti permezz ta’ ordinanzi. Mill-banda l-oħra, il-Gvern għandu ġurisdizzjoni indipendenti biex joħroġ ir-regolamenti, u, mill-oħra, il-Parlament jista’ jagħti s-setgħa lill-Gvern biex joħroġ ir-regolament f’ċerti oqsma. Fil-kapaċità regolatorja indipendenti tal-Gvern jidħlu r-regolamenti dwar l-eżekuzzjoni ta’ l-atti u r-regolamenti li ma jinħarġux mill-Parlament skond il-liġi kostituzzjonali, imma mhux dawk ir-regolamenti li jfissru impenji għall-individwi. Ir-regolamenti b’ċertu kontenut jidħlu esklussivament fil-ġurisdizzjoni tal-Parlament u ma jistgħux ikunu ddelegati.

Meta jkun qed jemenda liġi kostituzzjonali, il-Parlament għandu jieħu deċiżjonijiet identiċi darbtejn u trid tkun saret elezzjoni parlamentari bejn iż-żewġ deċiżjonijiet. Barra minn dan, hija regola prinċipali li mill-inqas disa’ xhur iridu jkunu għaddew bejn li l-kwistjoni tkun qamet fil-Parlament u l-elezzjoni.

Dħul fis-seħħ

Normalment jissemma’ f’att meta jkun dieħel fis-seħħ. Kultant il-każ ikun, iżda, li d-dħul fis-seħħ ikun rregolat minn att separat hekk imsejjaħ ta’ promulgazzjoni, jew il-Gvern ikollu s-setgħa permezz ta’ att li jiddetermina d-data tad-dħul fis-seħħ u dan isir wara permezz ta’ ordinanza separata.

Il-proċedura fir-rigward ta’ l-ordinanzi hija anqas estensiva u kkomplikata. Wara l-investigazzjoni, il-Gvern innifsu jista’ jiddeċiedi dwar l-ordinanza. Tissemma’ f'ordinanza meta għandha tidħol fis-seħħ. L-ebda deċiżjoni ta’ promulgazzjoni speċjali mhi għalhekk meħtieġa.

Konflitti meta tapplika l-liġi

Jekk jinqala’ konflitt fl-applikazzjoni tal-liġi, il-prinċipji ġenerali ta’ l-interpretazzjoni jintużaw biex ikun deċiż liema regola għandha l-preċedenza.

  • ”Lex superior” tfisser li statut fi grad ogħla għandu l-preċedenza.
  • ”Lex specialis” tfisser l-aktar statut speċjalizzat għandu l-preċedenza.
  • ”Lex posterior” tfisser li l-istatut l-aktar riċenti għandu l-preċedenza fuq wieħed eqdem.

 Hemm ukoll għażla għall-eżami tar-regoli, li hija ggvernata mil-liġi kostituzzjonali. Jekk qorti jew korp uffiċjali ieħor isib li regolament mill-Gvern jew il-Parlament huwa f’konflitt ma’ dispożizzjoni fil-liġi kostituzzjonali jew statut ieħor superjuri, ir-regolament jista’ ma’ jkunx applikat jekk l-iżball huwa ovvju (Il-Kapitolu 11, l-Artikolu 14 ta’ l-Att tal-Kostituzzjoni).

M’hemmx qorti kostituzzjonali fl-Iżvezja.

« Ordni Legali - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 29-08-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit