Kummissjoni Ewropea > NGE > Ordni Legali > Spanja

L-aħħar aġġornament: 23-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ordni Legali - Spanja

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhu l-ordni ġuridiku f’affarijiet ċivili u kummerċjali, u x’inhuma s-sorsi? 1.
2. X’inhi l-linja ta’ gwida bażika biex ikunu asseriti d-drittijiet? 2.
3. L-istess liġi tiggverna t-territorju nazzjonali kollu? 3.
4. Min jista’ jadotta r-regoli tal-liġi? 4.
5. Ir-regoli tal-liġi li jinsabu fit-trattati internazzjonali huma eżegwibbli fi Spanja? 5.
6. Meta jidħlu fis-seħħ ir-regoli tal-liġi li jiffurmaw l-ordni ġuridiku Spanjol ? 6.
7. X’inhuma l-mezzi tas-soluzzjoni tal-konflitti li aktarx iqumu bejn is-sorsi differenti tal-liġi ġewwa Spanja? 7.

 

1. X’inhu l-ordni ġuridiku f’affarijiet ċivili u kummerċjali, u x’inhuma s-sorsi?

Huwa d-dritt privat ikkodifikat. Is-sorsi huma l-liġijiet, il-konswetudnijiet u l-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’dawn it-tnejn ta’ l-aħħar ikunu ta’ importanza sekondarja. L-injoranza tal-liġi mhix skuża biex ma tkunx imħarsa.

Il-ġurisprudenza u l-preċedent ma joħolqux il-liġi, imma kriterji li jkunu ripetutament stabbiliti minn xi qrati għoljin jikkumplimentaw l-ordni legali.  

Is-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali li jiddikjaraw li liġi jew regola bis-saħħa ta’ liġi m'humiex kostituzzjonali jgħoddu b'mod ġenerali.

Biex tikkonsulta l-leġiżlazzjoni Spanjola, ara d-database español tal-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Istat.

2. X’inhi l-linja ta’ gwida bażika biex ikunu asseriti d-drittijiet?

Id-drittijiet iridu jkunu asseriti skond il-ħtiġiet tal-bona fidi. Il-liġi ma tipproteġix l-abbuż tad-drittijiet jew l-asserzjoni anti-soċjali tad-drittijiet. Abbuż ta’ dritt huwa mifhum bħala att jew ommissjoni li, minħabba l-intenzjoni ta’ min iwettqu, l-iskop jew iċ-ċirkostanzi kif jitwettaq, jaqbeż manifestament il-limiti normali ta’ asserzjoni ta’ dritt u jagħmel ħsara lil terz.

3. L-istess liġi tiggverna t-territorju nazzjonali kollu?

Il-leġiżlatur nazzjonali huwa kompetenti esklużivament fil-każijiet kollha biex jieħu ħsieb ir-regoli kollha dwar l-applikazzjoni u l-eżekuzzjoni tar-regoli tal-liġi, ir-relazzjonijiet legali u ċivili dwar iż-żwieġ, ir-reġistri u l-istrumenti pubbliċi, il-bażijiet ta’ l-obbligi u r-regoli għas-soluzzjoni tal-konflitti tal-liġijiet.

FuqFuq

Fir-rigward ta’ affarijiet oħra, diversi Komunitajiet Awtonomi għandhom is-sistemi tagħhom tal-liġi ċivili li jkopru ċerti affarijiet, b’regoli (magħrufin bħala liġi interreġjonali) li jiddeterminaw f’liema każijiet għandha tapplika l-liġi ċivili rilevanti u f’liema għandu jkun applikat il-Kodiċi Ċivili nazzjonali. Għal din ir-raġuni huwa meħtieġ li jkun ivverifikat jekk il-Komunità Awtonoma għandhiex il-liġi ċivili tagħha biex tara jekk tapplikax jew le għall-każ speċifiku, għalkemm f’ħafna każijiet dan huwa determinat miċ-ċittadinanza reġjonali tal-persuni kkonċernati (ir-relazzjoni bejn persuna u post partikolari, li jiddetermina liema liġi ċivili tapplika).

Biex tkun taf aktar dwar in-nazzjonalità u ċ-ċittadinanza reġjonali, żur il-websajt English - español.

4. Min jista’ jadotta r-regoli tal-liġi?

Fis-sistema kostituzzjonali Spanjol, il-poter leġiżlattiv qiegħed fil-Cortes Generales (il-Parlament, li jikkonsisti mill-Kmamar ta’ Fuq u ta’ Isfel tal-Parlament - Congreso de los Diputados u Senado). F’affarijiet ċivili, ċerti Komunitajiet Awtonomi li, meta daħlet fis-seħħ il-Kostituzzjoni ta’ l-1979, żammew il-Liġi Ċivili Storika tagħhom stess (“Derecho Foral“), għandhom poteri leġiżlattivi rikonoxxuti permezz tal-Parlamenti Awtonomi tagħhom biex jippreservaw, jemendaw u jimplimentaw il-Liġi Ċivili Storika tagħhom.

FuqFuq

Il-konflitti ta’ ġurisdizzjoni bejn l-Istat u l-Komunitajiet Awtonomi jiġu solvuti fl-Qorti Kostituzzjonali, li tiddetermina liema waħda għandha l-kompetenza li tadotta regola tal-liġi fil-kwistjoni partikolari.

F’dan ir-rigward il-links ta’ l-Internet ta’ interess f’dan ir-rigward huma:

  • Cortes Generales
    • Kamra ta’ Isfel español
    • Kamra ta’ Fuq English - español
  • Il-Qorti Kostituzzjonali español
  • Liġi Awtonoma
    • Komunità Awtonoma ta’Aragona español
    • Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi Deutsch - English - español
    • Komunità Awtonoma tal-Katalonja English - español
    • Komunità Awtonoma tal-Galicia español
    • Komunità Awtonoma ta' Navarra English - español - français
    • Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask Deutsch - English - español - français
    • Komunità Awtonoma ta' Valenzja English - español

5. Ir-regoli tal-liġi li jinsabu fit-trattati internazzjonali huma eżegwibbli fi Spanja?

Meta jkunu ppubblikati uffiċjalment fil-Gazzetta Uffiċċjali ta’ l-Istat, it-trattati internazzjonali li ġew adottati validament u r-regoli tal-liġi tagħhom jifformaw parti mill-ordni ġuridiku Spanjol. Jista’ jkun hemm deroga jew emenda għal jew sospensjoni tad-dispożizzjonijiet tagħhom kif maħsub fit-trattati nnifishom jew skond ir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali.

FuqFuq

  • Il-Kunsill ta’ l-Ewropa български - ceština - dansk - Deutsch - eesti keel - ελληνικά - English - españolfrançais - italiano - latviešu valoda - lietuviu kalba - magyar - Nederlands - polski - português - slovencina - slovenšcina - română
  • Il-Konferenza ta' l-Aja fuq il-Liġi Internazzjonali Privata English - français
  • In-Nazzjonijiet Uniti English - español - français (Il-Kummissjoni dwar il-Liġi tal-Kummerċ Internazzjonali - UNCITRAL).

6. Meta jidħlu fis-seħħ ir-regoli tal-liġi li jiffurmaw l-ordni ġuridiku Spanjol ?

Il-liġijiet jidħlu fis-seħħ għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni sħiħa tagħhom fil-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Istat, sakemm ma jingħadx mod ieħor fil-liġijiet innifishom (fil-każ ta’ liġijiet adottati mill-komunitajiet Awtonomi, l-arranġamenti huma preskritti fl-Estatuto jew il-liġi bażika istituzzjonali ta’ kull Komunità Awtonoma. Ir-regola ġenerali hija li l-liġijiet jidħlu fis-seħħ, sakemm ma jingħadx mod ieħor, għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni fil-gazzetti uffiċjali ta’ kull Komunità Awtonoma, għalkemm għall-iskopijiet ta’ pubbliċità jkunu ppublikati wkoll fil-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Istat English - español - français).

FuqFuq

Ir-regoli jistgħu jkunu dderogati biss b’regoli oħra sussegwenti. Id-deroga għandha ambitu li jkun iddikjarat espressament u tkopri dejjem kull aspett fejn il-liġi l-ġdida tkun differenti minn ta' qabilha, fir-rigward ta’ l-istess suġġett. Meta liġi li tidderoga mill-oħrajn tkun irrevokata, dan ma jfissirx li d-dispożizzjonijiet idderogati jerġgħu jidħlu fis-seħħ.

7. X’inhuma l-mezzi tas-soluzzjoni tal-konflitti li aktarx iqumu bejn is-sorsi differenti tal-liġi ġewwa Spanja?

Id-dispożizzjonijiet fil-Kodiċi Ċivili li jiddeterminaw l-effetti tal-liġijiet u r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni tagħhom u dawk li jirregolaw l-annullament taż-żwiġijiet, is-separazzjoni u d-divorzju, bl-eċċezzjoni ta’ dak dwar il-kitbiet taż-żwieġ, huma applikati b’mod ġenerali u direttament ġewwa Spanja kollha. F’każijiet oħra, u f’konformità ma’ liġijiet speċjali jew reġjonali fil-provinċji jew it-territorji fejn huma fis-seħħ, il-Kodiċi Ċivili japplika bħala liġi reżidwa f’kull provinċja jew territorju, sakemm dak l-arranġament ma jkunx diġà l-każ fihom kollha skond il-liġijiet speċjali tagħhom stess.

Jekk każ hux regolat skond il-liġi ċivili komuni jew speċjali jew il-liġi Awtonoma jiddependi fuq iċ-ċittadinanza reġjonali. Kull min huwa mwieled minn ġenituri li għandhom ċittadinanza reġjonali fit-territorju tal-liġi ċivili komuni, jew f’dak tal-liġi ċivili speċjali jew tal-liġi Awtonoma, jingħata l-istess ċittadinanza reġjonali. Fil-każ ta’ adozzjoni, il-minuri adottati jiksbu ċ-ċittadinanza reġjonali tal-ġenituri adottivi. It-tneħħija jew is-sospenzjoni ta’ l-eżerċizzju ta’ l-awtorità tal-ġenitur, jew bidla fiċ-ċittadinanza mill-ġenituri, ma jaffettwax iċ-ċittadinanza reġjonali tat-tfal. Iż-żwieġ ma jibdilx iċ-ċittadinanza reġjonali. Iżda, konjuġi li mhux isseparat legalment jew de facto jista’ f’kull żmien jagħżel iċ-ċittadinanza reġjonali tal-konjuġi l-ieħor.

Il-konflitti li joħorġu mill-koeżistenza ta’ diversi liġijiet ċivili fit-territorju nazzjonali huma solvuti skond ir-regoli preskritti f’dan ir-rigward fil-Kodiċi Ċivili, magħrufin bħala regoli interreġjonali, li huma sempliċiment rifless tar-regoli fil-liġi privata internazzjonali (fil-fatt issir riferenza għal din), bil-kunċett tan-nazzjonalità jinbidel b’dak ta’ ċittadinanza reġjonali.

  • Reġistru Ċivili, Ċittadinanza Reġjonali English - español

Aktar tagħrif

  • Il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura español, Spanja (aċċess dirett għal diversi links ta’ interess legali għaċ-ċittadini)
  • Ministeru tal-Ġustizzja English - español (informazzjoni legali)

« Ordni Legali - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 23-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit