Kummissjoni Ewropea > NGE > Ordni Legali > Slovenja

L-aħħar aġġornament: 16-08-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ordni Legali - Slovenja

  • Is-sorsi tal-liġi fl-Islovenja huma kif ġej: Il-Kostituzzjoni, zakoni (l-Atti), it-trattati internazzjonali li ġew irratifikati u ppubblikati, id-deċiżjonijiet u r-regolamenti ta’ l-UE, il-liġijiet li jimplimentaw (uredbe (id-digrieti), pravilniki (ir-regoli), odloki (l-ordnijiet), u skelpi (id-deċiżjonijiet)), u strumenti ġenerali ppromulgati mill-komunitajiet lokali. L-Artikolu 8 tal-Kostituzzjoni ta’ l-Islovenja jgħid li l-Atti u strumenti oħra jridu jkunu konformi mal-prinċipji ġenerali applikabbli tal-liġi internazzjonali u mat-trattati li jorbtu lill-Islovenja. Taħt l-Artikolu 153, l-atti individwali u l-azzjonijiet ta’ l-awtoritajiet ta’ l-istat, l-awtoritajiet lokali u l-persuni mogħtija l-awtorità pubblika jridu jkunu bbażati fuq Att jew strument adottat bis-saħħa ta’ Att.

Is-sorsi sekondarji tal-liġi jikkonsistu fil-ġurisprudenza tas-sentenzi tal-qrati, b’mod partikulari d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti Suprema u qrati ogħla, il-konswetudni u t-tradizzjoni.

  • L-ogħla sors tal-liġi hija l-Kostituzzjoni, wara fil-ġerarkija jiġu l-Atti, imbagħad il-liġijiet li jimplimentaw u l-istrumenti tal-komunità lokali. Il-Kostituzzjoni u l-Atti huma adottati mid-Državni zbor (l-Assemblea Nazzjonali) taħt il-proċedura leġiżlattiva. Il-liġijiet li jimplimentaw –id-digrieti, ir-regoli, l-ordnijiet u d-deċiżjonijiet – huma adottati mill-Gvern jew mill-Ministeri individwali fil-kamp partikulari tagħhom ta’ l-attività.

Il-Kostituzzjoni tiġi emendata skond proċedura speċjali stabbilita fil-Parti IX tal-Kostituzzjoni nnifisha. Proposta li temenda tista’ titressaq minn għoxrin membru ta’ l-Assemblea Nazzjonali li fiha disgħin membru, mill-Gvern jew mill-inqas minn tletin elf votant. Id-deċiżjoni fuq il-proposta tittieħed mill-Assemblea Nazzjonali permezz ta’ maġġoranża ta’ żewġ terzi tal-membri parlamentari preżenti. Madankollu, l-emenda attwali tgħaddi biss jekk żewġ terzi tal-membri parlamentari kollha jivvotaw favurha. L-Artikolu 87 ta l-Kostituzzjoni jgħid li d-drittijiet u d-dmirijiet taċ-ċittadini u persuni oħra ma jistgħux jiġu ddeterminati mill-Assemblea Nazzjonali ħlief permezz ta’ Att. L-Atti jistgħu jiġu proposti mill-Gvern, minn kwalunkwe membru parlamentari jew mill-inqas minn ħamest elef votant.

L-Atti ġeneralment jiġu adottati mill-Assemblea Nazzjonali fi tliet stadji. L-Assemblea Nazzjonali tieħu d-deċiżjoni tagħha permezz ta’ maġġoranza tal-voti mitfugħa mill-membri parlamentari preżenti, ħlief għal meta l-Kostituzzjoni tipprovdi mod mieħor, permezz ta’ Att jew permezz tar-Regoli tal-Proċedura ta’ l-Assemblea Nazzjonali. L-Atti adottati mill-Assemblea Nazzjonali jiġu ppromulgati mill-President tar-Repubbika u wara jiġu ppubblikati fl-Uradni list (Gazzetta Uffiċjali) qabel ma jidħlu fis-seħħ.  L-istrumenti legali ta’ l-Istat iridu jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali, waqt li l-istrumenti tal-komunità lokali jiġu ppubblikati fil-pubblikazzjoni uffiċjali ta’ dik il-komunità.

It-trattati internazzjonali li tagħhom l-Islovenja tkun firmatarja jidħlu fis-seħħ wara li jiġu rratifikati mill-Assemblea Nazzjonali skond proċedura maħduma apposta. Il-Gvern jipproponi abbozz dwar ir-ratifika, li jgħaddi jekk il-maġġoranza tal-membri parlamentari preżenti jivvotaw favur, ħlief fejn tipprovdi mod ieħor il-Kostituzzjoni.

Il-liġi li timplimenta tiġi adottata mill-Gvern – jew minn ministri individwali għall-kamp ta’ l-attività tagħhom – fuq il-bażi ta’ Att u ppubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali.

Ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet ta’ l-UE adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-UE huma direttament applikabbli fl-Isovenja). Ma jeħtiġux li jiġu rratifikati jew ippubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali sabiex jidħlu fis-seħħ.

Il-kwistjonijiet li jaffettwaw il-komunitajiet lokali (il-muniċipalitajiet) huma ttrattati minn korpi eletti li jirrappreżentaw dawk il-komunitajiet (il-kunsilli muniċipali, li jadotaw strumenti ġenerali li jridu jkunu konformi mal-Kostituzzjoni u l-Atti.

  • Il-Qorti Kostituzzjonali hija responsabbli biex issolvi kull inkonsistenza bejn Att u l-Kostituzzjoni, bejn Att u strument ieħor u trattati internazzjonali jew il-prinċipji ġenerali tal-liġi internazzjonali, bejn il-liġijiet li jimplimentaw u l-Kostituzzjoni jew l-Atti, jew bejn strument lokali tal-komunità u l-Kostituzzjoni jew l-Atti. Il-kunflitti bejn id-dispożizzjonijiet ta’ l-istrumenti legali ta’ l-istess livell fil-ġerarkija jew bejn id-dispożizzjonijiet ta’ l-istess strument, jissolvew każ każ, billi jiġu applikati r-regoli dwar l-interpretazzjoni tal-liġi.

« Ordni Legali - Informazzjoni Ġenerali | Slovenja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 16-08-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit