Kummissjoni Ewropea > NGE > Ordni Legali > Greċja

L-aħħar aġġornament: 03-04-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ordni Legali - Greċja

Bħas-sistemi legali l-oħra fl-Ewropa kontinentali, li huma bbażati fuq id-dritt Ruman, l-għejun tad-dritt li fuqhom huwa msejjes l-ordinament legali Grieg huma speċifiċi.

Skond l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni, is-setgħa leġiżlattiva hija mogħtija lill-Parlament u l-President tar-Repubblika. Dawn l-entitajiet statali biss għandhom is-setgħa li jagħmlu l-liġijiet jew li jgħaddu parti minn din is-setgħa lil entitajiet oħra ta’ l-istat.

L-ogħla forma ta’ liġi li torbot fl-istat Grieg hija l-Kostituzzjoni. Il-Kostituzzjoni preżenti kienet adottata fl-1975 u sarulha emendi minuri fl-1986 u fl-2001. Din hija l-apiċe tal-piramida tas-sistema legali Griega.

Eżatt taħt il-Kostituzzjoni hemm il-liġijiet adottati mill-Parlament. Id-dritt ta’ inizjattiva leġiżlattiva huwa tal-Parlament u l-Gvern. Il-liġijiet huma ppubblikati sħaħ fil-Gazzetta tal-Gvern. Ħafna ġurnali legali jippubblikaw it-testi tal-liġijiet, kultant f’edizzjonijiet speċjali. Barra minn hekk, hemm mill-inqas żewġ databases legali fejn tista’ ssib il-leġiżlazzjoni f’forma elettronika (http://www.dsanet.gr ελληνικά u http://lawdb.intrasoftnet.com ελληνικά).

Madanakollu, skond l-Artikolu 28 tal-Kostituzzjoni, ir-regoli tad-dritt internazzjonali u l-konvenzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti b’mod ġenerali, li ġew irratifikati bil-liġi u daħlu fis-seħħ skond id-dispożizzjonijiet rispettivi tagħhom jagħmlu parti integrali mid-dritt domestiku Grieg u jieħdu preċedenza fuq kwalunkwa dispożizzjoni tal-liġi li tikkondradixxihom.

Skond l-Artikolu 43 tal-Kostituzzjoni, il-President tar-Repubblika, fuq il-proposta tal-Ministru kompetenti, joħroġ id-digrieti meħtieġa biex jimplimenta l-liġijiet u ma jistax jissospendi l-implimentazzjoni tal-liġijiet jew jeżenta lil xi ħadd mill-applikazzjoni. Għar-regolazzjoni ta’ kwistjonijiet aktar speċifiċi, kwistjonijiet ta’ interess lokali u kwistjonijet ta’ natura teknika jew dettaljata, jistgħu jinħarġu digrieti regolatorji fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni speċjali mogħtija bil-liġi, fil-limiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni. L-atti regolatorji jistgħu jinħarġu minn entitajiet amministrattivi oħra.

Skond l-Artikolu 1 tal-Kodiċi Ċivili (li huwa f’Att), “ir-regoli leġiżlattivi jinsabu fl-atti u d-drawwiet legali.” Madanakollu, fis-sistema legali Griega, l-irwol tal-konswetudni bħala għajn tal-liġi huwa negliġibbli, jekk mhux ineżistenti.

Kontra s-sistema Anglo-Sassona, id-deċiżjonijiet tal-qorti ma jikkostitwux għajn tal-liġi. Il-qrati jinterpretaw il-liġijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom huma għajn importanti ta’ interpretazzjoni tal-liġi. Ħafna ġurnali legali jippubblikaw deċiżjonijiet interessanti u tista’ ssib ħafna deċiżjonijet tal-qrati f’kull livell fid-databases legali elettroniċi msemmija aktar ’il fuq.

« Ordni Legali - Informazzjoni Ġenerali | Greċja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 03-04-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit