Kummissjoni Ewropea > NGE > Ordni Legali

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ordni Legali - Informazzjoni Ġenerali

Regoli tal-liġi ta’ oriġini u valuri differenti

F’kull Stat Membru, awtoritajiet differenti għandhom is-setgħa li jadottaw regoli tal-liġi.

Ir-regoli nnifishom jistgħu jitfissru permezz ta’ strumenti differenti, magħrufin bħala sorsi tal-liġi. Dawn l-istrumenti huma fl-oriġini, jew kif jippreferu jgħidu xi wħud, fis-sors tal-liġi applikabbli fl-Istat rilevanti.

Ħafna mis-sorsi tal-liġi huma strumenti miktubin bħal trattati internazzjonali, statuti, regolamenti, ordnijiet u bħalhom.

Imma hemm sorsi oħra tal-liġi bħad-deċiżjonijiet tal-qorti, drawwiet u prinċipji ġenerali.

Mit-twaqqif tal-Komunitajiet Ewropej, il-liġi tal-Komunità kienet ukoll sors tal-liġi fl-Istati Membri.

Fl-Istati Membri, is-sorsi differenti tal-liġi m’għandhomx kollha l-istess status.

Jista’ jkun li wieħed minnhom ikollu jgħodd bi preferenza fuq ieħor meta jkunu f’kunflitt. F’termini ta’ status, għalhekk, hemm ġerarkija.

Per eżempju, il-liġi tal-Komunità tipprevali fuq ir-regoli domestiċi. L-istess jista’ jgħodd ukoll għal-liġi internazzjonali f’ċerti ċirkostanzi.

Billi tikklikkja fuq il-bnadar ta’ l-Istati Membri ssib informazzjoni utli fuq is-sistemi legali tagħhom.

Tista’ ssib ukoll informazzjoni fuq is-sistemi legali tal-Komunità u internazzjonali billi tikklikja fuq l-ikoni tal-liġi tal-Komunità u l-liġi Internazzjonali.

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit