Kummissjoni Ewropea > NGE > Ordni Legali > Franza

L-aħħar aġġornament: 10-08-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ordni Legali - Franza

 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-atti, jew “is-sorsi tal-liġi” li jistabbilixxu r-regoli legali (b’mod partikulari, it-trattati internazzjonali, il-liġi Komunitarja, il-kostituzzjoni, il-liġijiet, id-digrieti, ir-regolamenti, id-digrieti ta’ implementazzjoni, eċċ)? 1.
1.1. Sorsi internazjonali ta-liġi 1.1.
1.1.1. Ftehim internazzjonali 1.1.1.
1.1.2. Liġi Komunitarja 1.1.2.
1.2. Sorsi nazzjonali tal-liġi 1.2.
1.2.1. Regoli kostituzzjonali 1.2.1.
1.2.2. Regoli leġiżlattivi 1.2.2.
1.2.3. Regolamenti 1.2.3.
2. Fejn huwa rilevanti, għid liema huma s-sorsi l-oħra tal-liġi (speċjalment, per eżempju, il-prinċipji tal-liġi, l-użu, il-ġurisprudenza fil-qrati) u x’inhu l-valur tagħhom? 2.
2.1. Prinċipji ġenerali tal-liġi 2.1.
2.2. Ġurisprudenza tas-sentenzi tal-qrati 2.2.
2.2.1. Ġurisprudenza internazzjonali 2.2.1.
2.2.2. Ġurisprudenza Ewropea 2.2.2.
2.2.3. Ġurisprudenza nazzjonali 2.2.3.
3. Fejn huwa rilevanti, x’inhi l-ġerarkija li jaqgħu fiha d-diversi atti (ġerarkija tan-normi)? 3.
4. X’inhuma l-proċeduri biex jiddaħħlu fis-seħħ ir-regoli fl-atti supra-nazzjonali fit-territorju nazzjonali? 4.
4.1. Ftehim internazzjonali 4.1.
4.2. Liġi Komunitarja 4.2.
5. Liema huma l-awtoritajiet diversi bis-setgħa li jadottaw ir-regoli tal-liġi? 5.
5.1. Atti internazzjonali 5.1.
5.2. Atti nazzjonali 5.2.
6. X’inhu il-proċess ta’ l-adozzjoni ta’ dawn ir-regoli legali? 6.
6.1. Liġijiet 6.1.
6.2. Regolamenti 6.2.
7. X’inhuma l-proċeduri biex jiddaħħlu fis-seħħ ir-regoli nazzjonali? 7.
7.1. Pubblikazzjoni 7.1.
7.2. Notifika 7.2.
8. Liema huma l-mezzi biex jinstabu soluzzjonijiet għal konflitti li jistgħu jinqalgħu bejn ir-regoli legali differenti fi Stat Membru? 8.

 

Bl-espressjoni “sorsi tal-liġi” nifhmu l-proċessi li bihom jiġu stabbiliti r-regoli legali li flimkien jagħmlu r-reġim legali tagħna.

1. X’inhuma l-atti, jew “is-sorsi tal-liġi” li jistabbilixxu r-regoli legali (b’mod partikulari, it-trattati internazzjonali, il-liġi Komunitarja, il-kostituzzjoni, il-liġijiet, id-digrieti, ir-regolamenti, id-digrieti ta’ implementazzjoni, eċċ)?

1.1. Sorsi internazjonali ta-liġi

1.1.1. Ftehim internazzjonali

Dawn huma t-trattati u l-ftehim internazzjonali magħmula bejn Franza u Stati barranin, bħal, per eżempju, il-Konvenzjoni għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, li daħlet fis-seħħ, fil-każ ta’ Franza, fl-1974 u li fil-preżent torbot lil 40 stat membru tal-Kunsill ta’ l-Ewropa.

1.1.2. Liġi Komunitarja

Minbarra r-regoli li ħarġu mit-trattati Komunitarji, teżisti dik li hija magħrufa bħala leġiżlazzjoni sekondarja li tinstab fl-atti adottati mill-Komunità Ewropea u l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea, definita b’mod partikulari fit-Trattat ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 1957 u t-Trattat ta’ Maastricht tas-7 ta’ Frar 1993. L-ismijiet użati f’dawn l-atti jinkludu: direttivi, deċiżjonijet, regolamenti, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

1.2. Sorsi nazzjonali tal-liġi

1.2.1. Regoli kostituzzjonali
  • il-Kostituzzjoni ta’ l-4 ta’ Ottubru 1958;
  • il-Preambolu tal-Kostituzzjoni tas-27 ta’ Ottubru 1946, id-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Ċiviċi tas-26 ta’ Awissu 1789, u l-prinċipji fundamentali rikonoxxuti mil-liġijiet tar-Repubblika li għaliha jirreferi l-Preambolu;
  • il-liġijiet istituzzjonali, li l-Kostituzzjoni tagħmel provvediment għalihom biex jiġi ddeterminat kif ċerti dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-gvern għandhom jiġu applikati.
1.2.2. Regoli leġiżlattivi

L-Att adottat mill-Parlament bħala dak li għandu l-poter leġiżlattiv huwa l-espressjoni tar-rieda ġenerali. L-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni jiddefinixxi b’mod ristrett dawk l-oqsma li fihom il-korp leġiżlattiv għandu l-poter li jagħmel regoli f’forma leġiżlattiva.

FuqFuq

1.2.3. Regolamenti

Ir-regolamenti huma atti b’firxa ġenerali mħejjija minn awtorità amministrattiva. Taħt l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni, ir-regoli li ma jitrattawx suġġetti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni jidħlu fil-qasam tar-regolamentazzjoni u jifformaw parti mill-atti li ġejjin:

  • L-ordinanzi: bis-saħħa ta’ l-Artikolu 38 tal-Kostituzzjoni, il-Gvern jista’ jitlob lill-Parlament biex jawtorizza t-teħid ta’ azzjoni fuq suġġetti li huma riżervati għal-leġiżlazzjoni. Dawn il-miżuri temporanji għandhom status ta’ regolament u jiksbu status leġiżlattiv ġaladarba jkunu ġew ratifikati mil-leġiżlatura.
  • Ir-regolamenti: Digrieti maħruġa mill-President tar-Repubblika jew mill-Prim Ministru, ordnijiet maħruġa mill-Ministru u l-Prefetti, deċiżjonijiet meħuda minn korpi ta’ deliberazzjoni jew eżekuttivi ta’ l-awtoritajiet reġjonali jew l-istabbilimenti pubbliċi tagħhom jiffurmaw il-parti l-kbira tal-kategorija ġenerali tar-regolamenti.

2. Fejn huwa rilevanti, għid liema huma s-sorsi l-oħra tal-liġi (speċjalment, per eżempju, il-prinċipji tal-liġi, l-użu, il-ġurisprudenza fil-qrati) u x’inhu l-valur tagħhom?

2.1. Prinċipji ġenerali tal-liġi

Dawn huma prinċipji stabbiliti mill-qrati; jistgħu joħorġu jew ma joħroġux mid-dispożizzjonijiet fl-atti tal-leġiżlazzjoni miktuba. Għandhom valur akbar mir-regolamenti u l-leġiżlazzjoni biss tista’ titbiegħed minnhom. Il-parti l-kbira ta’ dawn il-prinċipji huma meħuda mid-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem ta’ l-1789 (l-ugwaljanza taċ-ċittadini quddiem l-awtoritajiet pubbliċi, il-libertà tal-kuxjenza), il-Preamboli tal-Kostituzzjoi ta’ l-1946, il-ħtiġijiet tal-ħajja soċjali (il-kontinwità tas-servizzi pubbliċi, il-kontroll ta’ l-azzjonijiet ta’ min għandu pożizzjoni superjuri fuq l-azzjonijiet ta’ min huwa taħtu) jew il-ħtiġiet ta’ l-ekwità (il-prinċipju ta’ l-arrikkiment indebitu).

FuqFuq

2.2. Ġurisprudenza tas-sentenzi tal-qrati

Fit-teorija, il-Kostituzzjoni ma tagħtix setgħa lill-qrati li jistabbilixxu huma r-regoli ġenerali u r-rwol tagħhom huwa limitat għall-qtugħ tal-kwistjonijiet ippreżentati quddiemhom. Iżda xogħolhom jinvolvi l-interpretazzjoni tal-liġi l-miktuba li fuq il-bażi tagħha jaqtgħu il-kwistjonijiet. Barra minn dan, spiss jiġri li ma jkunx hemm att miktub li jkun fih regoli applikabbli għall-kwistjoni partikulari. F’każ bħal dan, ma jistgħux jonqsu milli jagħtu d-deċiżjoni tagħhom u l-qrati nfushom iridu jifformulaw ir-regola ġenerali li tgħinhom jagħmlu dan.

In-nuqqas ta’ liġi b’firxa ġenerali tista’ twassal lill-qrati biex jiżviluppaw settijiet ta’ regoli sofistikati ħafna permezz tal-ġurisprudenza bbażata fuq is-sentenzi tal-qrati, kif ġara fil-qasam tar-responsabbiltà governattiva.

2.2.1. Ġurisprudenza internazzjonali

Din hija identifikata mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (il-korp ġudizzjarju prinċipali tan-NU), it-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Jugoslavja ta’ qabel, it-Tribunal Kriminali Internazzjonali għar-Rwanda, u l-Qorti Kriminali Internazzjonali.

2.2.2. Ġurisprudenza Ewropea

Din hija identifikata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (ECJ) u l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 234 tat-Trattat li bih twaqqfet il-Komunità Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija imposta fuq il-qrati nazzjonali billi jkollha ssir referenza għaliha f’deċiżjoni preliminari, li tħalli lill-qrati nazzjonali, qabel ma jagħtu d-deċiżjoni tagħhom, jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja għas-soluzzjoni tal-problemi li jinqalgħu minħabba l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja li jistgħu jitolbu l-individwi privati quddiemhom.

FuqFuq

2.2.3. Ġurisprudenza nazzjonali
  • il-Kunsill Kostituzzjonali

    Il-liġijiet u t-trattati jistgħu jiġu referuti lilu biex jiġu miflija fid-dawl tal-kostituzzjoni qabel ma jiġu promulgati Huwa jifli awtomatikament il-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni istituzzjonali u r-Regoli ta’ Proċedura ta’ l-Assembleji Parlamentari. Min-naħa l-oħra, ma jiflix il-liġijiet adottati direttament minn poplu sovran waqt referendum.

  • il-qrati amministrattivi

    Dawn huma responsabbli biex jirriżolvu kwistjonijiet li jinvolvu l-awtoritajiet pubbliċi. Japplikaw korp speċifiku ta’ liġijiet li jitbiegħed mil-liġi ordinarja u li huwa bbażat b’mod estensiv fuq il-ġurisprudenza

  • il-qrati ordinarji

    Il-qrati ordinarji jirriżolvu kwistjonijiet bejn individwi u jagħtu pieni għal reati li jsiru kontra l-persuni, il-proprjetà u s-soċjetà.

3. Fejn huwa rilevanti, x’inhi l-ġerarkija li jaqgħu fiha d-diversi atti (ġerarkija tan-normi)?

Is-sorsi tal-liġi domestika jiffurmaw ġerarkija. Mill-ogħla sors ‘l-isfel, il-ġerarkija tieħu din il-forma: il-Kostituzzjoni, il-ġurisprudenza tal-Kunsill Kostituzzjonali, il-liġijiet, il-ġurisprudenza tal-qrati amministrattivi u ordinarji, u r-regolamenti.

Bis-saħħa tal-prinċipju tal-preminenza tal-liġi tal-Komunità, ir-regolamenti u d-direttivi jiffurmaw parti mill-ordni ġerarkika legali Franċiża u għandhom preminenza fuq il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, konformi ma’ l-arranġamenti stabbiliti fl-atti legali jew fil-ġurisprudenza.

FuqFuq

L-impenji internazzjonali jieħdu preċedenza fuq il-liġi domestika infra-kostituzzjonali minħabba l-Artikolu 55 tal-Kostituzzjoni. Madankollu, ma jisbqux in-normi kostituzzjonali billi, taħt l-Artikolu 54 tal-Kostituzzjoni, fejn il-Kunsill Kostituzzjonali kellu liġi li tirratifika impenn internazzjonali referuta lilu, u jiddikkjara li l-liġi fiha klawsola li tmur kontra l-Kostituzzjoni, l-awtorizzazzjoni biex jiġi ratifikat jew approvat l-impenn ikkonċernat tista’ tingħata biss wara li l-Kostituzzjoni tiġi riveduta.

4. X’inhuma l-proċeduri biex jiddaħħlu fis-seħħ ir-regoli fl-atti supra-nazzjonali fit-territorju nazzjonali?

4.1. Ftehim internazzjonali

Il-promulgazzjoni ta’ trattat jew ta’ ftehim internazzjonali fi Franza tiddependi fuq ir-ratifika jew l-approvazzjoni, kif ukoll il-pubblikazzjoni tiegħu. Il-ftehim internazzjonali japplika direttament fl-ordni ġerarkika legali Franċiża.

4.2. Liġi Komunitarja

Ċerti atti tal-liġi Komunitarja għandhom effett dirett, bħalma huma r-regolamenti, li għandhom applikazzjoni ġenerali u jorbtu fit-totalità tagħhom, u d-deċiżjonijiet, li jorbtu fit-totalità tagħhom lil dawk indirizzati. Normi oħra Komunitarji għandhom jiġu trasposti fil-liġi interna ta’ l-Istat Membru. Dawn huma d-direttivi, li jorbtu lill-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżultati mixtieqa iżda jħallu lill-awtoritajiet nazzjonali jagħżlu l-forma u l-metodi. It-traspożizzjoni trid issir fil-limitu taż-żmien speċifikat fid-direttiva stess, permezz ta’ liġi jew regolament skond is-suġġett fid-dispożizzjonijiet ikkonċernati.

FuqFuq

5. Liema huma l-awtoritajiet diversi bis-setgħa li jadottaw ir-regoli tal-liġi?

5.1. Atti internazzjonali

Fir-rigward tal-ftehim internazzjonali, il-Kap ta’ l-Istat iħejji u jirratifika l-atti skond l-Artikolu 52 tal-Kostituzzjoni.

5.2. Atti nazzjonali

Il-liġijiet jgħaddu b’vot fil-Parlament u għalhekk mir-rappreżentanti tal-poplu. Iżda xi drabi direttament permezz ta’ referendum bis-saħħa ta’ l-Artikoli 11 u 89 tal-Kostituzzzjoni.

L-awtoritajiet li jadottaw ir-regolamenti huma::

  • Il-Prim Ministru u l-President tar-Repubblika: Fit-teorija, l-Artikolu 21 tal-Kostituzzjoni jagħti poteri lill-Prim Ministru biex jagħmel ir-regolamenti. Madankollu, ir-regolamenti li jinħarġu f’forma ta’ Digrieti tal-Kabinett iridu jiġu ffirmati mill-President tar-Repubblika. Jinħarġu minn liema awtorità jinħarġu, id-digrieti huma kontrafirmati mill-Ministri responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom,.
  • Il-Ministri: Ma għandhomx is-setgħa li jagħmlu regolamenti bħala tali. Jipparteċipaw permezz tal-kontrafirma tagħhom fil-poter mogħti lill-President tar-Repubblika u l-Prim Ministru. Ċerti testi jagħtu lil ċerti Ministri l-poteri li jagħmlu huma r-regolamenti li jirregolaw suġġett partikolari. Jistgħu ukoll jeżerċitaw il-poteri li huma rikonoxxuti fuq bażi tal-ġurisprudenza għall-kapijiet tad-dipartimenti f’materji li jikkonċernaw it-tħaddim xieraq ta’ l-awtoritajiet amministrattivi li jirraportaw lilhom.
  • L-awtoritajiet devoluti (prefetti) jew deċentralizzati (l-awtoritajiet reġjonali u lokali) għandhom il-poteri li jagħmlu r-regolamenti għal dawk l-oqsma ta’ ġurisdizzjoni territorjali.
  • Ċerti awtoritajiet professjonali (per eżempju l-“ordre des médecins”) għandhom is-setgħa li jagħmlu r-regolamenti għall-professjoni tagħhom.
  • L-awtoritajiet amministrattivi indipendenti

6. X’inhu il-proċess ta’ l-adozzjoni ta’ dawn ir-regoli legali?

6.1. Liġijiet

Il-Prim Ministru (fil-każ ta’ abbozzi ta’ liġi tal-gvern) u l-membri ta’ l-Assemblea (fil-każ ta’ abbozzi ta’ liġi mressqa minn membri privati) flimkien għandhom il-prerogattiva li jipproponu l-leġiżlazzjoni. L-abbozzi jiġu diskussi fil-Kunsill tal-Ministri wara li jiġu eżaminati mill-Kunsill ta’ l-Istat, u wara li ssir votazzjoni fuqhom f’termini identiċi fl-Assemblea Nazzjonali u fis-Senat. L-Att li finalment jiġi adottat mill-Parlament jiġi ppromulgat mill-President tar-Repubblika u ppubblikat fil-Journal Officiel (Ġurnal Uffiċjali) f’forma fiżika (fuq il-karta) u f’forma elettronika.

FuqFuq

6.2. Regolamenti

Jenħtieġu formalitajiet speċjali għal ċerti forom ta’ regolamenti. Dan huwa l-każ, per eżempju, fejn jidħlu d-digrieti.

  • Id-digrieti diskussi fil-Kunsill tal-Ministri huma ffirmati mill-President tar-Repubblika u kontrafirmati mill-Prim Ministru.
  • Id-digrieti li ma jiġux diskussi fil-Kunsill tal-Ministri huma ffirmati mill-Prim Ministru.

Id-digrieti magħrufa bħala “digrieti tal-Kunsill ta’ l-Istat” jeħtieġu l-opinjoni minn qabel ta’ l-“Haute Assemblée” (is-Senat Franċiż).

Ġaladarba jiġu ffirmati mill-awtorità/awtoritajiet kompetenti, id-digrieti jiġu kontrafirmati mill-Ministri responsabbli għall-eżekuzzjoni tagħhom u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali f’forma fiżika (fuq il-karta) u f’forma elettronika.

7. X’inhuma l-proċeduri biex jiddaħħlu fis-seħħ ir-regoli nazzjonali?

Regola tidħol fis-seħħ u tista’ torbot fuqha minn meta tiġi ppromulgata u ppubblikata.

7.1. Pubblikazzjoni

Il-liġijiet u d-digrieti għandhom jiġu ppubblikati fil-Journal officiel de la République française (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża). Il-pubblikazzjoni fil-Bulettin Uffiċjali tal-Ministeru kkonċernat huwa suffiċjenti għal ċerti ordnijiet. Rigward it-tħabbir tad-deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet lokali, dawn jistgħu jintwerew fuq kartelluni jew jiġu ippubblikati f’kompendji xierqa.

7.2. Notifika

Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet individwali tieħu l-forma ta’ notifika lill-parti interessata.

FuqFuq

8. Liema huma l-mezzi biex jinstabu soluzzjonijiet għal konflitti li jistgħu jinqalgħu bejn ir-regoli legali differenti fi Stat Membru?

Qabel ma l-liġijiet jiġu ppromulgati, u meta jiġu referuti lill-Kunsill Kostituzzjonali (mill-President tar-Republika, il-Prim Ministru, il-Presidenti ta’ l-Assemblej, sittin Deputat jew sittin Senatur), il-Kunsill Kostituzzjonali jara jekk ikunux kompatibbli mal-Kostituzzjoni. Iżda ladarba liġi tiġi ppromulgata, ma teżistix proċedura biex din tiġi kkontestata. Minn dak il-punt ‘l hemm, ġudikant ma jistax jċċensura att amministrattiv ukoll jekk jikser direttament il-Kostituzzjoni. Jekk in-nuqqas ta’ kostituzzjonalità joħroġ mill-fatt li l-att jintuża biex tiġi applikata liġi li, fiha nnifisha, ma tkunx skond il-kostituzzjoni, il-ġudikant ma jistax jiċċensura l-att. Il-liġi tagħmilha diffiċli għal ġudikant li jiżvolġi l-proċedura tiegħu ta’ verifika.

Fejn imur kontra norma ogħla, ir-regolament jista’ jiġi kkontestat fil-qrati amministrattivi fuq bażi “ultra vires”. Dan huwa proċediment biex jiġi annullat, li jista’ jintuża minn kull kostitwent kontra deċiżjoni li tista’ tiġi infurzata iżda li tkun illegali, ġeneralment fi żmien xahrejn mid-data meta l-att ikkontestat jidħol fis-seħħ.

L-illegalità ta’ regolament amministrattiv tista’ tkun eċċepita fil-qrati f’kull żmien, mhux bħala l-azzjoni prinċipali għall-annullament imma inċidentalment fuq it-talba kontra l-illegalità tar-regolament. Jekk jinstab li l-att ikun illegali, mhux bilfors jiġi kkanċellat u l-qorti tista’ ma tapplikahx fil-kwistjoni li tkun qiegħda titratta.

« Ordni Legali - Informazzjoni Ġenerali | Franza - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 10-08-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit