Kummissjoni Ewropea > NGE > Ordni Legali > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 02-08-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ordni Legali - Liġi Komunitarja

Il-liġi komunitarja fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

Il-liġi komunitarja hi ordni legali fiha nnifisha li toħloq drittijiet u obbligi għalina lkoll fl-Ewropa.

Fi ħdan is-suq intern, il-kummerċ bejn l-Istati Membri qiegħed jiżdied mingħajr waqfien. L-Ewropej qegħdin jivvjaġġjaw aktar u aktar sabiex jistabbilixxu ruħhom fi Stat ieħor, jaħdmu, jagħmlu n-negozju, iqattgħu l-vaganzi jew biex jiżżewġu, fost l-oħrajn.

Is-sitwazzjonijiet li jinvolvu persuni li jgħixu f’pajjiżi differenti żdiedu u ma’ dawn il-possibbiltajiet ta’ kunflitti legali.

Dawn il-każijiet huma ħafna drabi aktar delikati minn oħrajn minħabba li numru ta’ mistoqsijiet sejrin jinqalgħu anki qabel ma jiġu biex jitqiesu l-kwistjonijiet ikkonċernati. Per eżempju : it-tribunali ta’ liema pajjiż sejrin ikunu kompetenti biex jitrattaw il-każ, liema liġi sejra tapplika l-qorti, liema sistema ta' għajnuna legali sejra topera, kif tista' sentenza mogħtija fi Stat tiġi infurzata f'pajjiż ieħor, eċċ?

Sabiex tiffaċilita l-ħajja taċ-ċittadini u biex tgħin lill-professjonisti legali, l-Unjoni Ewropea adottat, jew beħsiebha tadotta, bosta regoli li jissodisfaw dawn il-mistoqsijiet kollha.

Mill-1999, bit-Trattat ta’ Amsterdam English, regoli komunitarji jistgħu jiġu adottati, fl-oqsma tal-liġi ċivili u tal-liġi kummerċjali.

L-Unjoni Ewropea tista’ għalhekk tadotta b’mod partikolari:

  • Regolamenti,
  • Direttivi,
  • Deċiżjonijiet.

Bħat-Trattati, dawn l-istrumenti huma għejun tal-liġi Komunitarja.

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili hija parti mis-sistema legali Komunitarja.

Din tista’ tiġi kkwalifikata bħala ordni legali fiha nfisha, għaliex hi awtonoma u differenti minn dik ta’ l-Istati Membri u għandha l-għejun proprji tagħha tal-liġi.

Għall-kuntrarju tal-liġi internazzjonali tradizzjonali, li hija indirizzata b'mod ewlieni lill-Istati, il-liġi komunitarja hija indirizzata lill-individwi u lill-impriżi.

Minbarra dan, il-liġi komunitarja għandha żewġ fatturi speċifiċi li jiddistingwuha mil-liġi internazzjonali :

  • L-effett dirett
Ir-Regolamenti japplikaw direttament fl-Istati Membri kollha, b’żewġ konsegwenzi ewlenin :
  • Kulħadd jista’ jagħmel użu dirett mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament sabiex isostni l-argument tiegħu quddiem il-qorti, li għandha tapplikahom.
  • Ir-Regolamenti japplikaw bl-istess mod fl-Unjoni kollha. Dan ovvjament iħaffef kif għandhom jinqatgħu l-kunflitti bejn ir-residenti ta’ pajjiżi differenti.
Min-naħa l-oħra, id-direttivi għandhom jiġu “traspostiâ€�, jiġifieri l-Istati Membri għandhom idaħħlu, f’ċertu limitu ta’ żmien, il-prinċipji fil-liġi nazzjonali. Madankollu, huma jgawdu minn ċerta libertà peress li jiddeċiedu huma dwar kif dan għandu jitwettaq.

Id-Direttivi m’għandhomx l-istess effett dirett bħar-Regolamenti, fis-sens li dawn ma joħolqux direttament drittijiet u obbligi għall-individwi. Madankollu, il-liġijiet nazzjonali għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-prinċipji tad-direttivi, anke jekk dawn saru qabel id-direttivi.

  • Il-preminenza tal-liġi Komunitarja
Ir-regolamenti u d-direttivi Komunitarji jagħmlu parti mill-ordni legali ta’ l-Istati Membri u għandhom priorità fuq il-liġijiet u r-regoli legali nazzjonali oħra. Fi kliem ieħor, il-qrati m’għandhomx japplikaw il-liġi nazzjonali li tmur kontra l-liġi komunitarja.

Dokumenti ta’ referenza

  • It-Trattati English Ewropej

« Ordni Legali - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-08-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit