Kummissjoni Ewropea > NGE > Ordni Legali > Awstrija

L-aħħar aġġornament: 02-08-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Ordni Legali - Awstrija

 

LISTA TAL- KONTENUT

I. Is-sorsi tal-liġi I.
II. Il-ġerarkija tas-sorsi tal-liġi (l-istruttura tas-sistema legali) II.
1. Il-prinċipji ta’ gwida tal-kostituzzjoni federali 1.
2. Il-liġi Komunitarja primarja u sekondarja 2.
3. Il-liġi kostituzzjonali federali “ordinarja” 3.
4. Il-leġiżlazzjoni federali 4.
5. Ir-regolamenti 5.
6. L-Ordnijiet 6.
III. Il-proċess leġiżlattiv III.

 

I. Is-sorsi tal-liġi

Il-liġi ta’ l-Awstrija hija primarjament liġi statutorja. Id-dritt konswetudinarju, min-naħa l-oħra, għandu rwol ristrett ħafna. Il-ġurisprudenza ta’ l-ogħla qrati, li tistabbilixxi l-linji-gwida importanti fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-liġi, hija ta’ importanza kbira iżda l-liġi tal-preċedent ma hijiex formalment rikonoxxuta bħala sors tal-liġi.

Il-liġi kostituzzjonali ta’ l-Awstrija tiddikjara li r-regoli tal-liġi internazzjonali rrikonoxxuti b’mod ġenerali jiffurmaw parti mill-liġi federali u tipprovdi biex trattati internazzjonali jiġu inkorporati fis-sistema legali ta’ l-Awstrija (it-trasformazzjoni ġenerali u speċifika). L-importanza tad-dispożizzjoni tat-trattat internazzjonali fis-sistema legali domestika tiddependi mill-kontenut tagħha. It-trattati internazzjonali li jemendaw jew li jissupplimentaw il-kostituzzjoni jeħtieġu l-istess kworum bħar-riżoluzzjonijiet fir-rigward tal-liġijiet kostituzzjonali federali, sabiex jiġu approvati mill-Assemblea Nazzjonali. L-istess ħtiġiet japplikaw għar-riżoluzzjonijiet fuq it-trattati internazzjonali li jemendaw jew li jissupplimentaw il-liġi bħalma japplikaw biex jgħaddu l-liġijiet. Fil-prinċipju, il-President Federali jiffirma t-trattati internazzjonali fuq it-talba tal-gvern federali jew tal-Ministru federali awtorizzat mill-gvern. It-trattati internazzjonali politiċi li jemendaw jew li jissupplimentaw il-leġiżlazzjoni jeħtieġu l-qbil minn qabel ta’ l-Assemblea Nazzjonali. Il-President Federali jista’ jawtorizza lill-gvern federali jew lill-membri kompetenti tal-gvern federali biex jiffirmaw kategoriji partikulari ta’ trattati internazzjonali li la jkunu politiċi u lanqas ma jemendaw jew ma jissupplimentaw il-leġiżlazzjoni.

FuqFuq

B’konformità mal-kostituzzjoni federali ta’ l-Awstrija, id-disa’ provinċji federali għandhom il-liġi provinċjali (kostituzzjonali) tagħhom b’żieda mal-liġi federali (kostituzzjonali). Il-liġi kostituzzjonali provinċjali ma tridx tkun inkonsistenti mal-liġi kostituzzjonali federali u għalhekk ta’ l-ewwel hija suġġetta għal ta’ l-aħħar. Madankollu, ma teżisti ebda ordni ta’ preċedenza fil-prinċipju bejn id-dispożizzjonijiet legali provinċjali u dawk federali. Il-provinċji wkoll sa mill-1988 għandhom is-setgħa li jiffirmaw trattati internazzjonali f’affarijiet li jikkonċernaw lilhom; bħal qabel, iżda, il-gvern federali jieħu preċedenza f’affarijiet barranin.

II. Il-ġerarkija tas-sorsi tal-liġi (l-istruttura tas-sistema legali)

Il-fatt li l-forom individwali tal-liġi għandhom setgħat derogatorji differenti juri li teżisti ġerarkija tas-sorsi tal-liġi (l-istruttura tas-sistema legali). Aktar ma l-proċedura leġiżlattiva tkun diffiċli aktar il-liġi kostituzzjonali tibqa’ b’saħħitha matul iż-żmien. Dispożizzjonji kostituzzjonali federali għalhekk normalment teħtieġ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti fl-Assemblea Nazzjonali, bil-preżenza ta’ mill-anqas nofs il-membri tagħha. Barra minn dan, id-dispożizzjoni li tgħaddi b’dan il-mod trid tkun speċifikata espressament bħala “liġi kostituzzjonali” jew “dispożizzjoni kostituzzjonali”. Riżoluzzjoni valida fuq id-dispożizzjonijiet tal-liġi federali fl-Assemblea Nazzjonali, min-naħa l-oħra, teħtieġ il-preżenza ta’ mill-inqas terz tal-membri tagħha u maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa.

FuqFuq

1. Il-prinċipji ta’ gwida tal-kostituzzjoni federali

Il-prinċipji ta’ gwida (il-prinċipji bażiċi) tal-kostituzzjoni federali ta’ l-Awstrija huma d-dispożizzjonijiet l-aktar importanti fl-istruttura tas-sistema legali. Il-prinċipji bażiċi tal-kostituzzjoni federali ta’ l-Awstrija huma li ġejjin: il-prinċipju demokratiku, il-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri, il-prinċipju ta’ l-istat ta’ dritt, il-prinċipju repubblikan, il-prinċipju ta’ l-istat federali u l-prinċipju liberali. Fit-totalità tagħhom, dawn il-prinċipji ta’ gwida jiffurmaw l-ordni kostituzzjonali bażika. Għandhom sinifikat kostituzzjonali speċifiku minħabba li kull emenda ġenerali tal-kostituzzjoni federali tista’ ssir biss wara plebixxit fil-proċedura leġiżlattiva. Ikun każ ta’ emenda ġenerali tal-kostituzzjoni federali, jekk min-naħa l-waħda, il-kostituzzjoni terġa’ tinkiteb b’mod li xi prinċipju ta’ gwida bażiku jitneħħa, jew, min-naħa l-oħra, ir-rabta bejn dawn il-prinċipji tinbidel b’mod sostanzjali.

2. Il-liġi Komunitarja primarja u sekondarja

L-adeżjoni ta’ l-Awstrija għall-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 1995 fissret emenda ġenerali tal-kostituzzjoni federali ta’ l-Awstrija. Mill-adeżjoni ‘l hawn l-ordni legali bażika deċiżiva fl-Awstrija hija ddeterminata mhux biss bil-liġi kostituzzjonali ta’ l-Awstrija waħedha iżda wkoll bil-liġi tal-Komunità Ewropea (id-duwaliżmu kostituzzjonali). Il-fehma prevalenti hija li l-liġi Komunitarja tieħu l-preċedenza fuq il-liġi domestika, kif ukoll fuq il-liġi kostituzzjonali federali ordinarja, iżda mhux fuq il-prinċipji bażiċi tal-kostituzzjoni federali.

FuqFuq

3. Il-liġi kostituzzjonali federali “ordinarja”

Il-liġi kostituzzjonali tipprovdi “r-regoli tal-logħba” għall-attività politika peress illi tiddetermina l-proċedura leġiżlattiva, l-istatus ta’ l-ogħla korpi ta’ l-istat, ir-relazzjoni bejn il-gvern federali u l-provinċji fir-rigward tal-leġiżlazzjoni u ta’ l-infurzar u l-kontroll ta’ l-attivita ta’ gvern mill-qrati tal-liġi.

4. Il-leġiżlazzjoni federali

Il-prinċipju bażiku ta’ l-istat ta’ dritt fil-kostituzzjoni federali jfisser illi l-leġiżlazzjoni torbot fuq l-eżekuttiv kollu (l-amministrazzjoni u l-ġudikatura). Il-kostituzzjoni federali taqsam il-poteri leġiżlattivi bejn il-gvern federali u l-provinċji.

5. Ir-regolamenti

Ir-regolamenti huma dispożizzjonijiet legali ġenerali magħmula mill-awtoritajiet amministrattivi u diretti lejn il-persuni suġġetti għal-liġi. Is-setgħa mogħtija mill-kostituzzjoni f’dan ir-rigward tikkonċerna biss l-implimentazzjoni tar-regolamenti għall-iskop biex jiġu speċifikati dispożizzjonijiet ġenerali oħra (l-aktar ta’ l-liġijiet ordinarji). Ir-regolamenti li jemendaw jew jissupplimentaw il-liġi jeħtieġu l-awtorizzazzjoni espressa bil-kostituzzjoni.

6. L-Ordnijiet

L-ordnijiet huma primarjament strumenti amministrattivi biex jeżegwixxu liġi u huma diretti lejn persuna waħda speċifikata individwalment jew aktar.

III. Il-proċess leġiżlattiv

B’konformità mat-tqassim kostituzzjonali federali tal-poteri bejn il-gvern federali u l-provinċji, diversi korpi huma meħtieġa biex jgħaddu l-liġijiet. L-Assemblea Nazzjonali, flimkien mal-Kamra l-Għolja, hija responsabbli għal-leġiżlazzjoni federali. Waqt li l-183 deputat ta’ l-Assemblea Nazzjonali huma eletti direttament mill-poplu, il-Kamra l-Għolja, li normalment għandha biss id-dritt li toġġezzjona fil-proċess leġiżlattiv, hija eletta mill-kunsilli provinċjali. Il-leġiżlazzjoni provinċjali hija r-responsabbiltà tal-kunsilli provinċjali.

FuqFuq

Il-proposti għal-leġiżlazzjoni provinċjali jintlaqgħu mill-Assemblea Nazzjonali f’dawn il-modi :

  • bħala applikazzjonijiet mill-membri tagħha (applikazzjonijiet b’inizjattiva)
  • bħala abbozzi ta’ liġi mill-gvern federali (abbozzi ta’ liġi tal-gvern)
  • bħala applikazzjonijiet mill-Kamra l-Għolja.

Barra minn dan, kull applikazzjoni ppreżentata minn 100,000 persuna li għandhom il-vot jew minn wieħed minn sitta tal-persuna li għandhom il-vot fi tliet provinċji federali (petizzjoni tal-poplu) trid tiġi ppreżentata lill-Assemblea Nazzjonali għall-attenzjoni tagħha.

F’termini politiċi prattiċi, l-abbozzi ta’ liġi tal-gvern federali għandhom ir-rwol l-aktar importanti. L-abbozzi ta’ liġi tal-gvern federali jeħtieġu l-unanimità tal-gvern federali (fil-Kunsill tal-Ministri) sabiex jiġu adottati. L-adozzjoni mill-gvern federali tiġi qabel il-valutazzjoni mill-korpi (il-provinċji federali, il-grupp b’interessi speċifiċi) msejħa biex jivvalutaw l-abbozz li jkun ġie mħejji mill-Ministru federali kompetenti.

Il-liġijiet li tgħaddi l-Assemblea Nazzjonali jridu, wara l-proċedura fil-Kamra l-Għolja (il-liġijiet finanzjarji federali ma jeħtiġux il-proċedura fil-Kamra l-Għolja – is-sovranità federali ta’ l-Assemblea Nazzjonali), jiġu ppreżentati mill-Kanċillier Federali lill-President Federali biex jawtentikahom. Kull liġi li tgħaddi l-Assemblea Nazzjonali trid tiġi suġġetta għal plebixxit qabel ma tiġi awtentikata jekk l-Assemblea Nazzjonali tirriżolvi li jsir hekk jew jekk il-maġġoranza tad-deputati ta’ l-Assemblea Nazzjonali jitolbu li jsir hekk. Barra minn dan, kull emenda ġenerali għall-kostituzzjoni federali trid tiġi suġġetta għal plebixxit. Bil-firma tiegħu il-President jawtentika il-promulgazzjoni kostituzzjonali tal-leġiżlazzjoni federali. L-awtentikazzjoni trid tiġi kkontrofirmata mill-Kanċillier Federali. Wara ċ-ċertififikazzjoni mill-Kanċillier federali, il-leġiżlazzjoni federali tiġi ppubblikata fil-Bundesgesetzblatt. Sakemm att federali ma jagħmilx dispożizzjoni espressa għall-kuntrarju, (effett retroattiv jew vacatio legis), dan jidħol fis-seħħ fi tmiem il-ġurnata li fiha tiġi ppubblikata u distribwita l-ħarġa tal-Bundesgesetzblat li jkun fiha l-avviż ta’ l-att.

Att jista’ jiġi rrevokat jew espressament (deroga formali) jew b’regola tal-liġi li l-kontenut tagħha jkun inkonsistenti mad-dispożizzjoni preċedenti (deroga sostantiva) (lex posterior derogat legi priori). Ir-regolamenti speċifiċi jieħdu l-preċedenza fuq ir-regolamenti ġenerali (lex specialis derogat legi generali). Barra minn hekk, dispożizzjoni statutorja tista’ fiha nnifisha tiddetermina l-perjodu li għalih tibqa’ valida.

« Ordni Legali - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 02-08-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit