Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 07-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Isvezja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u min għandu jħallashom normalment? 1.
2. X’inhi l-għajnuna legali? 2.
3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? 3.
4. L-għajnuna legali tista’ tinkiseb għat-tilwim kollu? 4.
5. Hemm proċedura speċifika għall-emerġenzi? 5.
6. Fejn nista’ nikseb formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali? 6.
7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba tiegħi għall-għajnuna legali? 7.
8. Fejn għandi nippreżenta t-talba tiegħi għall-għajnuna legali? 8.
9. Kif niġi nfurmat dwar jekk inkunx eliġibbli għall-għajnuna legali? 9.
10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x’għandi nagħmel? 10.
11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżel lill-avukat tiegħi? 11.
12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-kawża tiegħi? 12.
13. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħrajn? 13.
14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri kwalunkwe applikazzjoni li nista’ nagħmel wara l-kawża? 14.
15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, tista’ tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-kawża (jew anke wara l-kawża)? 15.
16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni? 16.

 

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u min għandu jħallashom normalment?

Il-proċeduri tal-qorti stess huma mingħajr ħlas fl-Isvezja ħlief għal tariffa ta’ l-applikazzjoni, li bħalissa hija SEK 450 (madwar € 47).

Jekk tikkwalifika għall-għajnuna legali, l-istat iħallas it-tariffa għall-applikazzjoni.

2. X’inhi l-għajnuna legali?

Għall-każijiet ċivili hemm żewġ tipi ta’ għajnuna legali:

  • il-parir legali u
  • l-għajnuna legali.

It-tnejn huma regolati mill-Att dwar l-Għajnuna Legali (1996:1619).

3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali?

Il-Parir Legali

Kulħadd - persuni naturali, assoċjazzjonijiet, kumpaniji eċċ. - jista’ jikseb parir legali fil-kwistjonijiet legali kollha.

Parir legali jista’ jingħata minn avukat jew junior barrister f’uffiċċju ta’ avukat. Jista’ jingħata parir legali ta’ mhux aktar minn sagħtejn u dan jista’ jinqasam f’bosta laqgħat. Hemm tariffa għall-parir legali, li bħalissa hija SEK 1 162 (madwar € 120). Jekk il-persuna li tikseb il-parir ma għandiex mezzi finanzjarji biżżejjed din it-tariffa tista’ titnaqqas bin-nofs. Jekk il-persuna li qed tikseb il-parir hija minuri, normalment ma jkollhiex għalfejn tħallas tariffa. Jekk it-tariffa tiġi mnaqqsa, l-avukat jirċievi l-bilanċ mill-istat.

L-għajnuna legali

L-għajnuna legali hija disponibbli biss għall-persuni naturali, jiġifieri kumpaniji, assoċjazzjonijiet eċċ., mhumiex eliġibbli. Madankollu, l-ġid tal-persuni deċeduti, jikkwalifika għall-għajnuna legali f’ċerti ċirkostanzi. Iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri kollha ta’ l-UE għandhom l-istess dritt għall-għajnuna legali bħaċ-ċittadini ta’ l-Iżvezja.

FuqFuq

L-għajnuna legali tista’ tingħata fil-parti l-kbira tal-kwistjonijiet legali (ara mistoqsija 4 hawn taħt).

Biex tikkwalifika għall-għajnuna legali għandek tissodisfa ċerti kondizzjonijiet:

  1. Trid tkun irċevejt mill-inqas parir legali ta’ siegħa.
  2. Id-dħul tiegħek ma għandux jeċċedi ċertu limitu finanzjarju, li bħalissa huwa ta’ SEK 260 000 (madwar € 27 375). Meta d-dħul ta’ l-applikant jiġi stmat, titqies is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tiegħu/ha, per eżempju, kwalunkwe spejjeż ta’ manteniment ta’ l-ulied, proprjetà jew dejn.
  3. Minbarra l-parir legali li tkun irċevejt, irid ikun hemm ħtieġa ta’ l-għajnuna ta’ avukat u ma għandux ikun possibbli li din il-ħtieġa tintlaħaq mod ieħor.
  4. Skond in-natura u l-importanza tal-każ, il-valur ta’ l-oġġett li qed isir it-tilwim fuqu u ċ-ċirkostanzi totali, jista’ wkoll jitqies raġonevoli li l-istat jikkontribwixxi għall-ispejjeż.
  5. Jekk għandek - jew suppost kellek - assigurazzjoni għall-protezzjoni legali, din għandha tintuża l-ewwel.

4. L-għajnuna legali tista’ tinkiseb għat-tilwim kollu?

Il-Parir Legali

Kif intqal taħt 3 hawn fuq, il-parir legali huwa disponibbli fil-kwistjonijiet legali kollha. Per eżempju, tista’ tikseb informazzjoni u parir dwar:

  • Ir-regoli dwar iż-żwieġ u forom oħra ta’ koabitazzjoni
  • Ir-regoli dwar id-divorzju
  • Il-ħlas tal-manteniment
  • It-testmenti u l-wirt
  • Ix-xiri u l-kuntratti

L-għajnuna legali

FuqFuq

Kif intqal taħt 3 hawn fuq, l-għajnuna legali tista’ tingħata fil-parti l-kbira tal-kwistjonijiet legali, iżda hemm xi eċċezzjonijiet. Per eżempju, ma tistax tingħata fi kwistjonijiet fejn jista’ jinħatar Avukat tad-Difiża Pubblika jew Avukat Pubbliku. Jekk int kont vittma ta’ reat hemm xi każijiet fejn jista’ jinħatar “avukat tal-vittmi” (ara l-Att dwar l-Avukat tal-Vittmi 1988:609). Ir-rappreżentanza legali għal każijiet ta’ dan it-tip hija għalkollox mingħajr ħlas. Parti mix-xogħol ta’ l-avukat tal-vittmi hija li jgħinek tressaq azzjoni ċivili fir-rigward ta’ l-att kriminali, p.e., talba għad-danni. Jekk inħatar avukat tal-vittmi għalik, ma tistax tingħata wkoll l-għajnuna legali.

Hemm xi każijiet fejn għandu jkun hemm raġunijiet speċjali sabiex tingħata l-għajnuna legali - per eżempju, il-proċeduri li jsiru barra mill-pajjiż jew każijiet fejn il-valur tat-talba mhux se teċċedi SEK 18 950 (madwar € 1195).

5. Hemm proċedura speċifika għall-emerġenzi?

Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għal sitwazzjonijiet li jeħtieġu li applikazzjoni għall-għajnuna legali tiġi pproċessata minnufih. Madankollu, il-prinċipji ġenerali tal-proċedura jitolbu li l-każ jew il-kwistjoni jiġi/tiġi ttrattat/a mill-aktar fis possibbli.

6. Fejn nista’ nikseb formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali?

L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali ppreparat formola ta’ l-applikazzjoni sempliċi b'istruzzjonijiet dwar kif timliha. Kopji tal-formola jistgħu jinkisbu mill-Awtorità ta' l-Għajnuna Legali jew mill-Qrati. Tista’ wkoll titlob lill-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali svenska għal formola.

7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba tiegħi għall-għajnuna legali?

Kif jingħad f’6 hawn fuq, bosta istituzzjonijiet inkluża l-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali jistgħu jipprovdulek formola ta’ l-applikazzjoni sempliċi li tinkludi istruzzjonijiet dwar kif timliha. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali.

Fost affarijiet oħra, applikazzjoni għall-għajnuna legali għandha tinkludi informazzjoni dwar il-kwistjoni ġudizzjarja li tirreferi għaliha l-applikazzjoni, jekk il-proċeduri jistgħux isiru barra mill-pajjiż, jekk kellekx xi parir legali dwar il-każ, jekk għandekx, jew kellekx, assigurazzjoni ta’ protezzjoni legali li tkopri l-kwistjoni, u informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi finanzjarji u ċirkostanzi oħrajn tiegħek. Din l-informazzjoni għandha tinkiteb ġewwa formola li hija disponibbli mill-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali.

Ma hemm bżonn li tinhemeż ebda formoli ulterjuri. Iżda, jingħata parir ta’ min jirrakkomanda, li jiġu mehmuża dokumenti oħra li jista’ jkollok bħala apoġġ għal-informazzjoni li tkun tajt.

8. Fejn għandi nippreżenta t-talba tiegħi għall-għajnuna legali?

It-talbiet għall-għajnuna legali għandhom jintbagħtu lill-qorti jew lill-awtorità responsabbli biex teżamina l-applikazzjoni tiegħek.

Jekk il-każ jew il-kwistjonijet ta’ rilevanza għall-proċeduri ġudizzjarji għandhom jinstemgħu quddiem il-qorti, hija l-qorti li għandha teżamina t-talba tiegħek għall-għajnuna legali. Inkella hija l-Awtorità ta’ l-Għajnuna Legali li tiddeċiedi jekk għandekx tingħata l-għajnuna legali jew le.

FuqFuq

9. Kif niġi nfurmat dwar jekk inkunx eliġibbli għall-għajnuna legali?

L-Awtorità ta’ l-Għajnuna Legali jew il-qorti li teżamina t-talba tiegħek tgħarrfek bil-miktub dwar id-deċiżjoni meħuda mill-Awtorità jew mill-qorti rispettivament.

10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x’għandi nagħmel?

Jekk tingħata l-għajnuna legali, dak il-ħin stess jinħatar avukat ta’ l-għajnuna legali. Għalhekk, għandek tikkuntattjah/a għal aktar tagħrif.

11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżel lill-avukat tiegħi?

Avukat, junior barrister jew persuna oħra xierqa tista’ tinħatar bħala l-avukat tiegħek għall-għajnuna legali. Jekk ipproponejt persuna xierqa inti stess, din tista’ tinħatar jekk ma jiżdidux l-ispejjeż tal-każ b’mod sinifikanti jew jekk ma hemm ebda raġuni oħra partikolari biex dan ma jsirx.

12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-kawża tiegħi?

Ladarba tingħata l-għajnuna legali, l-istat iħallas dawn l-ispejjeż li ġejjin:

  1. It-tariffi ta’ l-avukat ta’ l-għajnuna legali sa massimu ta’ 100 siegħa, kemm-il darba l-qorti ma tiddeċidix mod ieħor.
  2. Spejjeż raġonevoli biex tkun ippreżentata l-evidenza f’qorti ġenerali, il-Qorti tax-Xogħol u l-Qorti Kummerċjali.
  3. Spejjeż sa massimu ta’ SEK 10 000 (madwar € 1 053) ta’ investigazzjoni li titqies meħtieġa b’mod raġonevoli biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tiegħek,
  4. Spejjeż tal-medjazzjoni skond it-Taqsima 17 tal-Kapitolu 42 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja.
  5. Tariffi ta’ l-applikazzjoni w amministrattivi u l-ispejjeż ta’ l-infurzar.

Għalhekk, kwalunkwe spiża li mhux koperta mill-għajnuna legali hija responsabbiltà tiegħek. Iżda, huwa possibbli li tikseb kumpens għal dawn l-ispejjeż mill-parti l-oħra jekk tirbaħ il-każ.

FuqFuq

Jekk tingħata l-għajnuna legali jkollok tikkontribwixxi għall-ispejjeż permezz tat-tariffa għall-għajnuna legali. Din it-tariffa tikkonsisti f’perċentwal ta’ l-ispejjeż ta’ l-avukat ta’ l-għajnuna legali tiegħek. Is-sistema tat-tariffi hija magħmula minn sitt livelli, skond id-dħul tiegħek; dawn huma espressi bħala limiti fissi tad-dħul. Il-perċentwali għall-limiti differenti jvarjaw minn 2% sa 40%. Il-limiti tad-dħul tiegħek, jiġifieri liema perċentwal għandek tħallas, hija deċiża skond is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek. Id-dħul annwali tiegħek, ir-responsabbiltajiet tal-manteniment u l-assi jintużaw sabiex tinħadem il-bażi ekonomika tiegħek. Trid tħallas t-tariffa ta’ l-għajnuna legali b'mod kontinwu lill-avukat ta’ l-għajnuna legali tiegħek meta jiġu mġarrba l-ispejjeż.

13. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħrajn?

Jekk tingħata l-għajnuna legali għandek aċċess għall-benefiċċji kollha tas-sistema Żvediża ta’ l-għajnuna legali (ara 12 hawn fuq). Għalhekk, mhux possibbli li tirċievi l-għajnuna legali għal parti waħda biss.

Min-naħa l-oħra, huwa possibbli, minbarra s-sistema ta’ l-għajnuna legali, li tinkiseb għajnuna finanzjarja għal xi spejjeż konnessi ma’ l-azzjoni legali, bħal spejjeż ta’ l-ivvjaġġar biex tasal il-qorti u spejjeż biex xhud li jkun ġie mħarrek jidher fil-qorti. Għalhekk, jekk inti parti f’każ jew kwistjoni legali u ġejt imħarrek sabiex tidher il-qorti, l-istat jista’ jħallaslek l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għajxien jekk dawn jitqiesu raġonevoli (Kapitolu 11, Taqsima 6 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja). L-istat jista’ wkoll, jekk jitqies raġonevoli skond iċ-ċirkostanzi finanzjarji tiegħek, iħallas kumpens lil xhud għall-ispejjeż neċessarji ta’ l-ivvjaġġar u għall-għajxien u għat-telf ta’ ħin (Kapitolu 36, Taqsima 24 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja). Il-kumpens għall-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għajxien konnessi ma’ dehra fil-qorti ma jgħoddx għal persuni ġuridiċi.

FuqFuq

14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri kwalunkwe applikazzjoni li nista’ nagħmel wara l-kawża?

Iva.

15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, tista’ tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-kawża (jew anke wara l-kawża)?

Meta l-proċeduri legali jitqiesu magħluqa, tieqaf milli tirċievi l-għajnuna legali. Bħala regola, l-għajnuna legali għandha tieqaf ukoll jekk l-avukat ta’ l-għajnuna legali tiegħek ikun ħadem 100 siegħa. Iżda l-qorti tista’ tiddeċiedi li l-għajnuna legali għandha tkompli.

F’xi każijiet, l-għajnuna legali tista’ tintemm qabel il-waqt - per eżempju, jekk ma tħallasx it-tariffa ta’ l-għajnuna legali jew jekk bgħatt informazzjoni skorretta u l-għajnuna legali ma kinitx tingħata kieku l-informazzjoni provduta kienet korretta. Raġuni oħra għaliex l-għajnuna legali tiegħek tista’ tintemm kmieni hija li l-avukat ta’ l-għajnuna legali tiegħek ikun ħadem 100 siegħa u qorti ma tkunx iddeċidiet li l-għajnuna legali għandha tkompli.

16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni?

Kemm int kif ukoll l-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali tistgħu tappellaw kontra deċiżjoni li ma tingħatax l-għajnuna legali. Jekk id-deċiżjoni ttieħdet minn qorti jista’ jsir appell minnha bl-istess mod bħal kwalunkwe deċiżjoni oħra. Meta l-qorti tgħarrfek dwar id-deċiżjoni tagħha bil-miktub, tgħidlek ukoll kif tista’ tappella. Jekk hija l-Awtorità ta’ l-Għajnuna Legali li ħadet id-deċiżjoni, kwalunkwe appell għandu jsir quddiem il-Bord ta’ l-Għajnuna Legali.

Aktar tagħrif

Aktar tagħrif dwar is-sistema Svediża ta’ l-għajnuna legali, u l-formoli ta’ l-applikazzjoni, jistgħu jinkisbu mill-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali f’dan l-indirizz li ġej:

Domstolsverket

S-551 81 JÖNKÖPING

www.dom.se svenska

Tel. + 46-36-15 53 00

Fax: + 46-36-16 57 21

« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 07-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit