Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Spanja

L-aħħar aġġornament: 01-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Spanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u min normalment iћallashom? 1.
2. X’inhi l-gћajnuna legali? 2.
3. Min jista’ jgawdi mill-gћajnuna legali? 3.
4. Tista’ tinkiseb gћajnuna legali gћat-tilwimiet kollha? 4.
5. Teżisti xi proċedura speċifika gћall-każijiet urġenti? 5.
6. Fejn nista’ nikseb il-formola ta’ l-applikazzjoni gћall-gћajnuna legali? 6.
7. Liema dokumenti gћandi nehmeż mat-talba tiegћi gћall-gћajnuna legali? 7.
8. Fejn irrid imur sabiex nirreġistra t-talba tiegћi gћall-gћajnuna legali? 8.
9. Kif niġi infurmat dwar jekk jien hux eliġibbli jew le gћall-gћajnuna legali? 9.
10. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali, x’gћandi magћmel? 10.
11. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali, min jagћżel l-avukat tiegћi? 11.
12. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali, din tinkludi l-ispejjeż kollha tal-każ tiegћi? 12.
13. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali parzjali, min gћandu jћallas l-ispejjeż l-oћra? 13.
14. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali, din tinkludi kwalunkwe reviżjoni li nista’ nagћmel wara l-każ? 14.
15. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali, din tista’ tiġi rtirata? 15.
16. Jekk ma ningћatax gћajnuna legali, nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni? 16.

 

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u min normalment iћallashom?

  • Fi Spanja s-servizz pubbliku ta’ l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja huwa bla ћlas. Mhemm l-ebda miżati jew spejjeż sabiex wieћed jagћmel użu minn dan is-servizz. Madankollu, li tmur quddiem il-qorti normalment jinvolvi ċerti spejjeż. Dawn jinkludu l-aktar:
    • il-miżati ta’ l-avukati tal-qrati inferjuri u ta’ l-avukati tal-qrati superjuri
    • l-ispejjeż sabiex jiġu ppubblikati l-avviżi fil-ġurnali uffiċjali
    • id-depożiti meћtieġa sabiex jiġu ppreżentati ċerti appelli
    • il-miżati ta’ l-esperti
  • Dawn l-ispejjeż normalment iridu jitћallsu minn qabel mill-parti kkonċernata. Fi tmiem il-każ il-qorti tiddeċiedi liema parti gћandha tbati l-ispejjeż; fi Spanja dan huwa magћruf bћala l-“condena en costas” (l-ordni sabiex jitћallsu l-ispejjeż) u din hija kkontrollata bil-prinċipju ta’ “min jitlef iћallas”.

2. X’inhi l-gћajnuna legali?

Fi Spanja l-gћajnuna legali (“asistencia jurídica gratuita”) huwa dritt gћall-membri tal-pubbliku li ma jistgћux jagћmlu tajjeb gћall-ispejjeż ta’ kawża.

Il-persuni li jingћataw l-gћajnuna legali m’gћandhomx gћalfejn iћallsu gћall-ispejjeż li ġejjin:

  1. il-konsulenza legali ta’ qabel il-kawża
  2. il-miżati ta’ l-avukati tal-qrati inferjuri u ta’ l-avukati tal-qrati superjuri
  3. l-ispejjeż sabiex jiġu ppubblikati l-ispejjeż fil-ġurnali uffiċjali
  4. id-depożiti meћtieġa sabiex jiġu sottomessi ċerti appelli
  5. il-miżati ta’ l-esperti.

Barra minn hekk, u biss gћal tilwimiet transkonfinali, wara r-riforma fl-Att dwar l-Gћajnuna Legali bil-Liġi 16/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 sabiex tiġi adattata gћad-Direttiva 2002/8/KE, ir-reċipjenti ta’ l-gћajnuna legali m’gћandhomx gћalfejn iћallsu gћall-ispejjeż li ġejjin:

FuqFuq

  • is-servizzi ta’ l-interpretazzjoni
  • it-traduzzjoni tad-dokumenti
  • l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar jekk l-applikant ikollu jidher personalment.
  • id-difiża minn l-avukat u r-rappreżentazzjoni minn prosekutur anki fejn l-attendenza personali ma tkunx meћtieġa jekk din tiġi ordnata mill-Qorti sabiex tiġi garantita l-ugwaljanza bejn il-partijiet.

3. Min jista’ jgawdi mill-gћajnuna legali?

  1. iċ-ċittadini kollha tal-Komunità li m’gћandhomx il-mezzi meћtieġa (gћat-tilwimiet transkonfinali, l-individwi biss huma eliġibbli).
  2. iċ-ċittadini mhux tal-Komunità li jkunu legalment residenti fi Spanja jew li jkollhom id-drittijiet tagћhom rikonoxxuti f’konvenzjonijiet internazzjonali (bћall-konvenzjonijiet dwar ir-rapiment internazzjonali tat-tfal) daqs iċ-ċittadini tal-Komunità;
  3. fi kwistjonijiet relatati max-xogћol, kwalunkwe persuna impjegata minkejja n-nazzjonalità u l-mezzi;
  4. l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet ta’ interess pubbliku.

Sabiex wieћed jikkwalifika li m’gћandux il-mezzi meћtieġa, id-dћul totali tiegћek u tal-familja tiegћek fuq bażi ta’ xahar m’gћandux ikun iktar mid-doppju tal-Paga Minima Nazzjonali (“salario mínimo interprofesional”) stabbilita kull sena mill-Gvern. Fl-2005, il-paga minima kienet ta’ €513 kull xahar. Gћal tilwimiet transkonfinali, anki jekk inti ddaћћal iktar minn dan l-ammont ukoll tista’ tkun eliġibbli gћall-gћajnuna legali jekk ma tkunx tista’ tagћmel tajjeb gћall-ispejjeż tal-proċeduri minћabba d-differenzi li jeżistu fil-livell ta’ l-gћajxien bejn l-Istat Membru tar-residenza tiegћek u Spanja.

FuqFuq

4. Tista’ tinkiseb gћajnuna legali gћat-tilwimiet kollha?

L-gћajnuna legali hija disponibbli gћall-każijiet kollha, kemm jekk ikunu kontejużi jew le, li jinvolvu somom ta’ aktar minn €900 u din tinkludi l-proċeduri, l-appelli u l-infurzar tad-deċiżjonijiet kollha. F’każijiet li jinvolvu ammonti inferjuri, u li gћalihom is-servizzi ta’ l-avukat tal-qrati inferjuri (solicitor) u ta’ l-avukat tal-qrati superjuri (barrister) mhumiex obbligatorji, l-gћajnuna legali tista’ tingћata fejn il-parti l-oћra jkollha rappreżentazzjoni legali jew fejn din tissejjaћ b’mod espliċitu mill-imћallef jew mill-qorti sabiex jiġi żgurat li ż-żewġ partijiet jirċievu trattament ugwali.

5. Teżisti xi proċedura speċifika gћall-każijiet urġenti?

Meta jikkunsidraw ċ-ċirkustanzi tal-każ jew l-urġenza tiegћu, l-imћallef jew il-qorti jista’ jordna sabiex jiġu maћtura temporanjament b’effett immedjat avukat tal-qrati inferjuri (solicitor) kif ukoll avukat tal-qrati superjuri (barrister). Madanakollu, mingћajr preġudizzju gћal din il-ћatra, l-gћajnuna legali tista’ tiġi miċћuda jekk il-persuna kkonċernata tonqos milli turi li m’għandiex il-mezzi meћtieġa skond il-proċedura ordinarja.

6. Fejn nista’ nikseb il-formola ta’ l-applikazzjoni gћall-gћajnuna legali?

Il-formola hija disponibbli gћand id-Dipartimenti tal-Gwida Legali (Servicio de orientación jurídica) ta’ l-Assoċjazzjonijiet ta’ l-Avukati (Colegios de Abogados), fl-Uffiċċji ta’ l-Imћallin Anzjani (Decanatos) fil-qrati u gћand il-Kummissjonijiet Provinċjali gћall-Gћajnuna Legali (Comisiones provinciales de Asistencia Jurídica Gratuita).

FuqFuq

Gћat-tilwimiet transkonfinali, il-formola li gћandha tintuża hija dik stabbilita mill-Kummissjoni bid-Deċiżjoni tagћha tad-9 ta’ Novembru 2004.

7. Liema dokumenti gћandi nehmeż mat-talba tiegћi gћall-gћajnuna legali?

Dokumenti li juru:

  1. is-sitwazzjoni finanzjarja tiegћek u tal-membri tal-familja tegћek;
  2. iċ-ċirkustanzi personali tiegћek u tal-familja tiegћek;
  3. il-protezzjoni legali li qed tintalab;
  4. id-dettalji dwar il-litiganti.

Gћat-tilwimiet transkonfinali, Spanja indikat li l-lingwa li tista’ tintuża sabiex timtela l-formola ta’ l-applikazzjoni huwa l-Ispanjol.

8. Fejn irrid imur sabiex nirreġistra t-talba tiegћi gћall-gћajnuna legali?

L-applikazzjoni gћall-gћajnuna legali gћandha tasal gћand l-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati fil-lokal fejn tkun tinstab il-qorti responsabbli li se tittratta l-kwistjoni prinċipali jew gћand il-Qorti Superjuri (“Juzgado decano”) tal-post tar-residenza tiegћek. F’każ ta’ tilwimiet transkonfinali, dawn l-Assoċjazzjonijiet ta’ l-Avukati jiġu maћtura bћala l-awtoritajiet sabiex jilqgћu dawn l-applikazzjonijiet. L-awtorità li toћroġ l-applikazzjoni gћandha tkun l-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati li tikkorrispondi mal-post tar-residenza jew mad-domiċilju normali ta’ l-applikant.

Iċ-ċittadini tal-pajjiżi Ewropej li huma partijiet gћall-Ftehim Ewropew dwar it-Trażmissjoni ta’ l-Applikazzjonijiet gћall-Gћajnuna Legali jistgћu jissottomettu l-applikazzjoni tagћhom gћand l-awtorità ċentrali li tinћatar mill-pajjiż tagћhom gћal dak il-gћan.

FuqFuq

Inti gћandek tissottometti l-applikazzjoni tiegћek qabel ma jibdew il-proċeduri, jew jekk tkun il-konvenut, meta jiġu sottomessi t-talbiet tad-difiża. Madankollu, kemm jekk tkun ir-rikorrenti jew il-konvenut, inti tista’ tapplika gћall-gћajnuna legali f’fażi aktar tard, sakemm turi li ċ-ċirkustanzi finanzjarji tiegћek jkunu nbidlu.

9. Kif niġi infurmat dwar jekk jien hux eliġibbli jew le gћall-gћajnuna legali?

L-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati tista’ tadotta d-deċiżjonijiet provviżorji li ġejjin:

  1. tavżak li hemm nuqqasijiet fl-applikazzjoni tiegћek, li jridu jiġu rettifikati fi żmien 10 t’ijiem, u li jekk tonqos milli tagћmel dan il-każ jingћalaq;
  2. tiddikjara li l-applikazzjoni hija inammissibbli jew infondata u tavża b’dan lill-Kummissjoni gћall-Gћajnuna Legali;
  3. tiddikjara li l-applikazzjoni tilћaq ir-rekwiżiti statutarji, li f’dan il-każ jinћatar avukat tal-qrati inferjuri (solicitor) fi żmien 15-il ġurnata, u l-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati tal-Qrati Superjuri tiġi avżata sabiex tkun tista’ taћtar avukat tal-qrati superjuri (barrister) fi żmien 3 ijiem; l-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati tissottometti wkoll l-applikazzjoni lill-Kummissjoni gћall-Gћajnuna Legali gћall-approvazzjoni finali.

Jekk l-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati tonqos milli tirrispondi fi żmien 15-il ġurnata, inti tkun tista’ tapplika direttament gћand il-Kummissjoni gћall-Gћajnuna Legali, li din tiddeċiedi minnufih jekk taћtarx avukat tal-qrati superjuri (barrister) u avukat tal-qrati inferjuri (solicitor) b’mod provviżorju, skond il-verifika ta’ l-informazzjoni u tad-dokumenti.

FuqFuq

Id-deċiżjoni finali dwar jekk tingћatax l-gћajnuna legali jew le gћandha tiġi adottata mill-Kummissjoni gћall-Gћajnuna Legali fi żmien 30 ġurnata minn mindu din tkun irċeviet l-applikazzjoni kompluta. Jekk wara 30 ġurnata ma tkunx gћadha ttieћdet deċiżjoni, id-deċiżjonijiet provviżorji adottati mill-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati u mill-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati tal-Qrati Superjuri gћandhom jiġu ratifikati.

L-applikant jiġi avżat dwar id-deċiżjoni fi żmien tliet ijiem, kif ukoll l-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati, l-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati tal-Qrati Superjuri u l-imћallef jew il-qorti li jkunu se jittrattaw il-każ, jew il-membru anzjan tal-qorti jekk il-proċeduri ma jkunux gћadhom bdew.

10. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali, x’gћandi magћmel?

  1. Jekk inti tkun ir-rikorrenti, gћandek tissottometti l-applikazzjoni tiegћek, qabel ma jibdew il-proċeduri, lill-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati fil-post fejn tkun tinstab il-qorti responsabbli li se tittratta l-kwistjoni prinċipali jew lill-Qorti Superjuri (“Juzgado decano”) tal-post tar-residenza tiegћek.
  2. Jekk inti tkun il-konvenut, gћandek tissottometti l-applikazzjoni tiegћek qabel tippreżenta l-eċċezzjonijiet. L-applikazzjoni li tiġi sottomessa mill-konvenut ma tissospendix is-smigћ; minkejja dan, il-qorti tista’, fuq l-inizjattiva tagћha stess jew fuq it-talba tal-konvenut, tissospendi l-proċeduri skond id-deċiżjoni li tagћti jew li tiċћad l-gћajnuna legali mingћajr ћlas.

Gћat-tilwimiet transkonfinali li fihom tkun qed tintalab l-gћajnuna legali sabiex tittieћed azzjoni fi Stat Membru ieћor, l-applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa wkoll lill-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati (fil-każ ta’ residenti fi Spanja li jiġu affettwati minn tilwima fi Stat Membru ieћor) tal-post tar-residenza jew tad-domiċilju normali ta’ l-applikant.

FuqFuq

11. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali, min jagћżel l-avukat tiegћi?

Bћala regola, l-avukat tal-qrati inferjuri (solicitor) jinћatar mill-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati fuq bażi ta’ roster. Madankollu, inti tista’ tagћżel l-avukat tiegћek stess, sakemm dan jew din jaqblu li ma jitolbux miżati.

12. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali, din tinkludi l-ispejjeż kollha tal-każ tiegћi?

L-gћajnuna legali gћandha tinkludi l-ispejjeż li ġejjin:

  1. il-konsulenza legali ta’ qabel il-każ
  2. il-miżati ta’ l-avukati tal-qrati inferjuri (solicitor) u ta’ l-avukati tal-qrati superjuri (barrister)
  3. l-ispejjeż sabiex jiġu ppubblikati l-avviżi fil-ġurnali uffiċjali
  4. id-depożiti meћtieġa sabiex jiġu sottomessi ċerti appelli
  5. il-miżati ta’ l-esperti
  6. tnaqqis ta’ 80% fil-miżati gћal atti notarili jew gћaċ-ċertifikati tar-Reġistru tal-Proprjetà u tar-Reġistru tal-Kummerċ.

Barra minn hekk, gћat-tilwimiet transkonfinali, l-gћajnuna legali tinkludi l-ispejjeż gћas-servizzi ta’ l-interpretazzjoni, gћat-traduzzjoni tad-dokumenti u gћall-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar jekk il-qorti li quddiemha jkun qed jinstema’ l-każ tikkunsidra li jkun importanti li l-applikant jidher fiżikament.

13. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali parzjali, min gћandu jћallas l-ispejjeż l-oћra?

Jekk dawn ikunu aktar mid-doppju u mhux iktar minn erba’ darbiet tal-paga minima nazzjonali, f’każijiet eċċezzjonali l-Kummissjoni gћall-Gћajnuna Legali tista’ tagћti l-gћajnuna minћabba ċ-ċirkustanzi personali u familjari ta’ l-applikant.

FuqFuq

F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni gћandha tiddeċiedi eżattament liema spejjeż se jiġu inklużi. L-ispejjeż tal-każ li ma jkunux inklużi gћandhom jitћallsu minnek stess, skond id-deċiżjoni li tittieћed mill-qorti dwar min gћandu jagћmel tajjeb gћall-ispejjeż. Jekk id-deċiżjoni tkun kontra l-parti l-oћra, huwa mingћand dan jew mingћand din li inti trid tirkupra kwalunkwe spejjeż relatati mal-każ, liema spejjeż inti tkun ћriġt minn butek.

Gћaċ-ċittadini li jgћixu fi Stat Membru ieћor ta’ l-UE, din ir-regola gћandha tiġi applikata b’attenzjoni, waqt li jiġu kkunsidrati l-mezzi finanzjarji ta’ l-applikant fil-pajjiż tar-residenza tiegћu sabiex jiġi evitat li dan jiġi affettwat b’mod negattiv.

14. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali, din tinkludi kwalunkwe reviżjoni li nista’ nagћmel wara l-każ?

L-gћajnuna legali mingћajr ћlas tinkludi l-fażijiet kollha tal-proċeduri legali, inkluż it-tressiq ta’ l-appelli u l-infurzar.

Madankollu, fil-każ ta’ azzjoni ta’ infurzar li tkun ġiet stabbilita aktar minn sentejn wara d-deċiżjoni finali, gћandha tiġi sottomessa applikazzjoni ġdida gћall-gћajnuna legali mingћajr ћlas.

L-gћajnuna legali ma tistax tintuża gћall-proċeduri gћajr dawk li gћalihom din tkun ingћatat.

15. Jekk nikkwalifika gћall-gћajnuna legali, din tista’ tiġi rtirata?

Id-deċiżjoni li tagћti l-gћajnuna legali tista’ tiġi revokata jekk din tkun inkisbet permezz ta’ dikjarazzjoni mhux korretta, falza jew b’ommissjoni mill-applikant.

L-gћajnuna legali tista’ tiġi mwaqqfa jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna li lilha tingћata din l-gћajnuna titjieb fi żmien tliet snin.

Fiż-żewġ xenarji tapplika r-regola ġenerali: l-ispejjeż gћandhom jitћallsu mill-parti li titlef il-każ.

16. Jekk ma ningћatax gћajnuna legali, nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni?

Inti tista’ tappella kontra deċiżjoni gћall-gћajnuna legali bil-miktub quddiem il-Kummissjoni gћall-Gћajnuna Legali fi żmien ћamest ijiem mid-data li fiha tkun ġejt avżat bid-deċiżjoni. L-appell tiegћek jiġi kkunsidrat mill-qorti kompetenti.

Aktar tagħrif

X’effetti gћandha l-applikazzjoni gћall-gћajnuna legali b’xejn fuq it-trattament tal-kwistjoni prinċipali?

Fejn l-eżerċizzju ta’ dritt ikun soġġett gћal limitu ta’ żmien, is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni gћall-gћajnuna legali mingћajr ћlas gћandha tissospendi l-gћadd tal-limitu ta’ żmien.

X’jagћmel l-avukat tal-qrati superjuri (“procurador”)?

Fi Spanja l-professjonista legali li jidher fil-qorti normalment irid ikun xi ћadd li jkun aktar minn avukat tal-qrati inferjuri (abogado); dan huwa l-avukat tal-qrati superjuri (procurador). L-avukati tal-qrati superjuri jirrappreżentaw lill-klijenti tagћhom fil-qorti matul il-każ kollu.

« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 01-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit