Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Polonja

L-aħħar aġġornament: 21-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Polonja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u min għandu jħallashom normalment? 1.
2. X’inhi l-għajnuna legali? 2.
3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? 3.
4. Tista' l-għajnuna legali tinkiseb għat-tilwimiet kollha? 4.
5. Hemm proċedura speċifika għall-emerġenzi? 5.
6. Fejn nista’ nikseb formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna? 6.
7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba tiegħi għall-għajnuna legali? 7.
8. Fejn għandi nippreżenta t-talba tiegħi għall-għajnuna legali? 8.
9. Kif niġi nfurmat dwar jekk inkunx eliġibbli għall-għajnuna legali? 9.
10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x’għandi nagħmel? 10.
11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżel lill-avukat tiegħi? 11.
12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-kawża tiegħi? 12.
13. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħrajn? 13.
14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri kwalunkwe proċedura li nista’ nagħmel wara l-kawża? 14.
15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, tista’ din tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-kawża (jew anke wara l-kawża)? 15.
16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni? 16.

 

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u min għandu jħallashom normalment?

L-ispejjeż involuti fil-proċeduri legali huma l-ispejjeż tal-qorti u d-drittijiet ta’ l-avukati – fil-każijiet fejn il-parti tkun rappreżentata minn avukat. Fejn parti tingħata għajnuna legali sħiħa jew parzjali bl-ispejjeż tal-qorti, tista’ wkoll titlob il-ħatra ta’ avukat li jitħallas mill-Istat.

L-ispejjeż tal-qorti jinkludu d-drittijiet tal-qorti u l-ispejjeż li tagħmel il-qorti.

Id-drittijiet tal-qorti huma d-dritt tar-reġistrazzjoni u d-drittijiet legali.

L-ispejjeż li tagħmel il-qorti huma:

  • spejjeż ta’ l-ivvjaġġar ta’ parti obbligata mill-qorti biex tidher personalment quddiemha,
  • spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u tal-lukanda ta’ xhud kif ukoll dħul mitluf minħabba d-dehra tiegħu fil-qorti,
  • drittijiet u spejjeż tax-xhieda esperti, tradutturi u uffiċjali tal-probation,
  • drittijiet u spejjeż ta’ persuni u istituzzjonijiet oħrajn;
  • spejjeż biex tinġabar evidenza oħra,
  • spejjeż tat-trasport u taż-żamma ta’ l-annimali u l-affarijiet,
  • spejjeż tar-reklami,
  • spejjeż ta’ kustodja,
  • ħlas ta’ l-uffiċjali tal-probation għall-inkjesta ambjentali tagħhom

Wieħed jista’ jikseb għajnuna legali sħiħa bl-ispejjeż tal-qorti jew parzjali biss. Meta wieħed jirċievi l-għajnuna legali parzjali bl-ispejjeż tal-qorti għandu jħallas il-bqija waħdu.

Iżda huwa importanti li d-deċiżjoni dwar l-għajnuna legali ma tilliberax lill-parti li titlef milli tħallas lura l-ispejjeż tal-proċeduri legali mħallsa mill-parti li tirbaħ.

FuqFuq

2. X’inhi l-għajnuna legali?

L-għajnuna legali hija regolata mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-liġi dwar l-ispejjeż tal-qorti fi kwistjonijiet ċivili u l-liġi dwar l-għajnuna legali fi proċeduri ċivili quddiem il-qrati ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE.

Hemm żewġ mezzi ta’ l-għajnuna legali:

  1. l-għajnuna bl-ispejjeż tal-qorti
  2. l-għajnuna bl-ispejjeż ta’ l-avukat

3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali?

L-għajnuna legali hija disponibbli għall-persuni ta’ nazzjonalità Pollakka, iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri kollha ta’ l-UE u l-persuni naturali kollha li għandhom post ta’ residenza legali fi Stat Membru ta’ l-UE. Persuna naturali tista’ tibbenefika mill-għajnuna legali kemm-il darba ma tistax tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri legali mingħajr dannu għall-manteniment tagħha u tal-familja tagħha. Persuna ġuridika tista’ tibbenefika mill-għajnuna legali jekk ma għandha ebda riżorsi biex tħallas il-proċeduri. Meta jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet kollha l-qorti tista’ tiddeċiedi li l-applikant huwa intitolat għall-għajnuna.

Xi gruppi huma awtomatikament meħlusa mill-ispejjeż kollha tal-qorti. Dan huma nies li jippreżentaw talbiet għal:

  1. affiljazzjoni u talbiet konnessi
  2. manteniment
  3. kondizzjonijiet inġusti fil-ftehimiet tal-konsumatur

L-istess eżenzjoni mill-ispejjeż kollha tal-qorti tikkonċerna l-każijiet kollha dwar il-benefiċċji ta’ l-impjieg u soċjali (eż pensjonijiet).

FuqFuq

4. Tista' l-għajnuna legali tinkiseb għat-tilwimiet kollha?

L-għajnuna legali tista' tingħata fil-każijiet ċivili kollha inklużi: kwistjonijiet tal-familja, il-każijiet dwar l-impjiegi u dawk soċjali.

5. Hemm proċedura speċifika għall-emerġenzi?

Hemm possibbiltà li ssir talba bil-fomm għall-għajnuna legali waqt is-smigħ u għalhekk ma hemmx bżonn li ssir talba uffiċjali qabel ma jibda l-każ jew li wieħed jistenna d-deċiżjoni sa ma tingħata s-sentenza finali.

6. Fejn nista’ nikseb formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna?

Wieħed jista’ jikseb applikazzjoni għall-għajnuna legali f’kull Qorti Reġjonali jew Qorti tad-Distrett. Ma hemm ebda formola ta’ l-applikazzjoni uffiċjali għall-għajnuna legali. L-applikazzjoni hija biss bil-miktub. Iżda hemm formoli speċjali għal dikjarazzjonijiet li għandhom jiġu mehmuża ma’ l-applikazzjoni (ara t-taqsima 7).

7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba tiegħi għall-għajnuna legali?

It-talba għall-għajnuna legali għandha tinkludi d-dikjarazzjoni ta’ min jagħmel it-talba dwar il-familja, il-kondizzjoni finanzjarja, il-proprjetà u l-għejun tad-dħul tiegħu. It-talba għandha wkoll tkun akkumpanjata minn dokumenti uffiċjali li jsostnu l-informazzjoni stabbilita hawn fuq kif ukoll in-nazzjonalità ta’ min jagħmel it-talba, il-post ta’ residenza abitwali tiegħu u meta ma jkunx ċittadin ta’ Stat Membru ta’ l-UE, dokumenti li jipprovaw li għandu post ta’ residenza legali f’wieħed mill-Istati Membri ta’ l-UE.

FuqFuq

8. Fejn għandi nippreżenta t-talba tiegħi għall-għajnuna legali?

It-talbiet għall-għajnuna legali għandhom jiġu sottomessi lill-qorti fejn huma pendenti l-proċeduri jew fejn għandhom jinbdew il-proċeduri. Fejn l-applikant ma għandu ebda domiċilju fil-Polonja jista’ jissottometti applikazzjoni permezz ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn huwa residenti jew permezz tal-Ministru tal-Ġustizzja tal-Polonja. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jibgħat l-applikazzjoni lill-qorti kompetenti.

9. Kif niġi nfurmat dwar jekk inkunx eliġibbli għall-għajnuna legali?

L-informazzjoni dwar l-għajnuna taħt l-iskema ta’ l-għajnuna legali tista’ tinkiseb mill-qorti fejn tressqet l-applikazzjoni. Il-qorti tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni u l-applikant jiġi nnotifikat bis-sentenza.

10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x’għandi nagħmel?

Jekk wieħed ikkwalifika biss għall-għajnuna legali l-applikant għandu jissottometti l-applikazzjoni quddiem il-qorti fejn huma pendenti l-proċeduri flimkien mad-dikjarazzjonijiet kollha msemmija fit-taqsima 7.

Fil-każijiet fejn l-għajnuna legali tinvolvi wkoll l-ispejjeż ta’ l-għajnuna ta’ l-avukat il-kamra ta' l-avukati lokali taħtar avukat biex jirrappreżenta lill-applikant. Imbagħad għandu jikkuntattja lill-avukat tiegħu fil-każ ta’ xi dubju.

11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżel lill-avukat tiegħi?

L-avukati jinħatru għall-proċeduri partikolari mill-kamra ta' l-avukati lokali. Madankollu hemm possibbiltà li l-applikant jibdel lill-avukat maħtur, iżda biss meta huwa ġustifikat miċ-ċirkostanzi. Avukat jista’ jirrifjuta li jieħu każ meta jkun hemm raġunijiet serji biex jagħmel dan.

FuqFuq

Iżda huwa importanti li l-qorti tagħti l-għajnuna legali dwar il-ħlas ta’ l-avukat biss meta tqis li l-applikant f’dan il-każ partikolari għandu jkun rappreżentat minn avukat.

12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-kawża tiegħi?

L-għajnuna tingħata għal:

  • spejjeż tal-qorti,
  • drittijiet ta’ l-avukat – fil-każijiet fejn il-parti hija rrappreżentata minn avukat.

Huwa possibbli li tingħata l-għajnuna legali f'dawn iż-żewġ oqsma sabiex l-applikant ma jkollu għalfejn iħallas xejn sakemm ma jitlifx il-kawża għaliex imbagħad irid iħallas lill-parti li tirbaħ l-ispejjeż li din tkun ħallset.

13. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħrajn?

Jekk wieħed jikkwalifika għall-għajnuna legali parzjali, il-bqija ta’ l-ispejjeż jitħallsu mill-applikant.

14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri kwalunkwe proċedura li nista’ nagħmel wara l-kawża?

L-approvazzjoni għall-għajnuna legali fil-qorti ta’ l-ewwel istanza awtomatikament testendi għall-proċeduri ta’ l-appell u ta’ l-eżekuzzjoni. Iżda meta jkun hemm għajnuna legali parzjali li tkopri biss l-ispejjeż tal-proċeduri fil-qorti ta’ l-ewwel istanza l-applikant jista’ jissottometti applikazzjoni ġdida.

15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, tista’ din tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-kawża (jew anke wara l-kawża)?

L-għajnuna għall-ispejjeż tal-qorti u d-drittijiet ta’ l-avukat tista’ tiġi revokata jekk ingħatat fuq bażi ta’ ċirkostanzi li qatt ma ġraw jew li ma baqgħux jgħoddu wara l-għotja ta’ l-għajnuna legali.

FuqFuq

Fis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq l-applikant għandu jħallas lura l-ispejjeż tal-qorti kif ukoll id-drittijiet ta’ l-avukat. Iżda hemm eżenzjoni fit-tieni sitwazzjoni fejn l-applikant għandu jħallas lura l-ispejjeż parzjalment biss proporzjonalment għat-tibdil fis-sitwazzjoni tiegħu.

Dawn ir-regoli ma japplikawx ukoll għal sitwazzjoni fejn l-għajnuna legali ġiet revokata għaliex it-talba jew id-difiża ma kinitx raġonevoli.

16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni?

Hemm possibbiltà li jsir ilment kontra d-deċiżjoni li l-għajnuna legali tiġi rifjutata jew revokata. Dan l-ilment għandu jiġi indirizzat lill-qorti ta’ istanza ogħla mill-qorti li tat id-deċiżjoni li tirrifjuta l-għajnuna legali iżda għandha tiġi sottomessa lit-tieni qorti msemmija. It-terminu ta’ żmien biex tiġi ppreżentata din it-talba huwa ta’ ġimgħa u jibda meta l-applikant huwa effettivament notifikat bid-deċiżjoni tal-qorti dwar l-għajnuna legali. Jekk l-applikant ma talabx notifika tad-deċiżjoni dwar l-għajnuna legali it-terminu ta’ żmien għas-sottomissjoni tat-talba jibda mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti. Meta d-deċiżjoni li tirrifjuta l-għajnuna legali ssir f’seduta in camera l-applikant jiġi awtomatikament notifikat bis-sentenza u għalhekk it-terminu tal-preżentata tat-talba jibda mid-data tan-notifika.

Aktar tagħrif

Il-websajt ta’ l-Ombudsman

« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Polonja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 21-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit