Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Olanda

L-aħħar aġġornament: 05-07-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Olanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u normalment min iħallashom? 1.
2. X’inhi l-għajnuna legali? 2.
3. Min jista’ jibbenefika mill-għajnuna legali? 3.
4. L-għajnuna legali tista’ tingħata fit-tilwim kollu? 4.
5. Kif tkun taf jekk intx eliġibbli għall-għajnuna legali? 5.
6. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżilli l-avukat tiegħi? 6.
7. Minn fejn nista’ nġib formola għall-għajnuna legali? Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x’għandi nagħmel? 7.
8. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba tiegħi għall-għajnuna legali? 8.
9. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-kawża? 9.
10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħra? 10.
11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tkopri appell li nista’ nagħmel mill-kawża? 11.
12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, tista’ din tiġi rtirata qabel tmiem il-kawża? 12.
13. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella minn din id-deċiżjoni? 13.

 

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u normalment min iħallashom?

L-ispejjeż tal-kawża jikkonsistu f’remunerazzjoni u ħlasijiet minn qabel għall-avukati, u l-prosekuturi u spejjeż oħra tal-qorti (li ma jistgħux jiġu evitati) (tar-reġistru) u spejjeż tax-xhieda, l-esperti u l-marixxalli (fejn ikunu involuiti). Dawn ivarjaw skond id-daqsu t-tip tal-każ. Qatt ma tista’ tgħid x’se jkun l-ammont eżatt. Bħala prinċipju, il-parti li titlef il-kawża tiġi ordrnata tħallas l-ispejjeż tal- parti l-oħra.

L-ikbar porzjon ta’ l-ispejjeż huwa d-drittijiet tal-konsulenza. Mhemm l-ebda rata fissa fis-siegħa għad-dritt ta’ l-avukati. Id-drittijiet tal-qrati ivarjaw mhux biss skond id-ditta ta’ l-avukati imma wkoll skond it-talba quddiem il-qorti u r-riżultat tal-kawża.

2. X’inhi l-għajnuna legali?

Ġenerali

Kulħadd jista’ jħabbat wiċċu ma’ problema legali fil-ħajja ta’ kuljum. F’dan il-każ, tista’ tieħu parir legali minn diversi għejun ta’ għajnuna legali. Tista’ wkoll tiġi bżonn tagħrif legali meta tkun trid tieħu deċiżjoni prinċipali.

Litigant li jiftaħ kawża l-qorti (għajr fil-Qorti Kantonali, f’kawżi ta’ inqas minn €5 000, jew f’kawżi amministrattivi), il-Qorti ta’ l-Appell jew il-Qorti Suprema juwa obbligat li jkun assistit minn avukat. Inkella, il-qorti jkollha tirrifjuta li tisma’ l-kawża.

Għajnuna legali ssussidjata

Il-litiganti li jkollhom riżorsi limitati jistgħu japplikaw għal għajnuna legali ssussidjata mill-fondi pubbliċi. Dan ifisser li l-awtoritajiet pubbliċi joħorġu parti mill-ispejjeż huma.

FuqFuq

Fis-sistema Olandiża, litigant li jkollu riżorsi limitati jista’ jmur f’wieħed mit-30 ċentru għall-pariri legali, bla ma jħallas, għat-tagħrif legali (inkluż tagħrif dwar modi alternattivi ta’ riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet, bħalma hija l-medjazzjoni), biex jiġi referut għand entitajiet oħra, konsulenti legali jew medjaturi, għall-analiżi ta’ qagħda legali u għal parir legali konċiż.

Aktar assistenza legali tista’ tinkiseb mingħand avukati u titħallas fuq skala skond il-mezzi ta’ l-individwu. L-avukat jista’ wkoll jaġixxi għal u f’isem il-litigant (kemm fi kwistjonijiet legali u fi kwistjonijet oħra). F’dan il-każ, l-avukat irid jitlob biex jinħatar mill-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali, li mbagħad jgħarraf kemm lill-avukat kif ukoll lil-litigant dwar id-deċiżjoni tiegħu fuq it-talba. L-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali huwa l-awtorità pubblika li tissorvelja l-għoti ta’ l-għajnuna legali lil-litiganti li jkollhom riżorsi limitati. Hemm ħames Uffiċċji li għandhom responsabbiltà f’reġjuni differenti tal-pajjiż.

Mill-10 ta’ Mejju 2005, in-nies intitolati għall-għajnuna legali kienu intitolati wkoll jitolbu għajnuna finanzjarja għall-eżamijiet mediċi fil-kawżi ta’ danni personali.

Għal iktar tagħrif dwar referenzi għal għejun oħra miċ-ċentri għall-pariri legali, ara l-paġna dwar ir-Riżoluzzjoni alternattiva tal-kwistjonijiet.

3. Min jista’ jibbenefika mill-għajnuna legali?

L-għajnuna legali tingħata f’każijiet fejn interess legali fl-Olanda irid jiġi difiż minn nies jew persuni legali li l-kapaċità tagħhom li jħallsu ma taqbiżx id-dħul disponibbli massimu ffissat. Biex jiġi żgurat jekk persuna tkunx eliġibbli għall-għajnuna legali, l-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali jiċċekkja d-dħul u l-beni tal-(familja ta’) min jagħmel it-talba. Persuni waħedhom bi dħul disponibbli nett ta’ mhux iktar minn €1 518 u beni ta’ mhux iktar minn €7 300 huma eliġibbli. Il-figuri għall-koppji miżżewġa jew li jgħixu flimkien huma ta’ €2 135 u €10 500 rispettivament. Hemm eżenzjoni addizzjonali ta’ €65 344 għad-dar tal-familja. Dawk li jirċiievu l-għajnuna legali iridu jħallsu dritt marbut mad-dħul. L-aktar dritt baxx fl-2005 huwa ta’ €90, u l-ogħla huwa ta’ €769. F’ċerti kawżi kriminali, id-drittijiet tal-kawżi ma jitħallsux mil-litigantili jkollhom riżorsi limitati.

FuqFuq

Il-limiti tad-dħul li jiddeterminaw l-eliġibilità għall-għajnuna legali huma ffissati bil-liġi u riveduti kull sena.

Il-figuri mogħtija hawn fuq huma għall-2005.

Aktar tagħrif dwar il-limiti tad-dħul u dwar il-kontribuzzjonijiet personali jinsab bil-browxer dwar “Inkomensgrenzen en eigne bedragen gesubsidieerde rechtsbijstand” u fis-siti elettroniċi ta’ l-Uffiċċji għall-Għajnuna Legali Nederlands.

4. L-għajnuna legali tista’ tingħata fit-tilwim kollu?

Le. L-għajnuna legali ma tingħatax f’każijiet ta’ inqas minn €90.

L-għajnuna legali fuq il-bażi ta’ provvediment ta’ avukat ma tingħatax f’każijiet ta’ inqas minn €180.

L-għajnuna legali hija wkoll eskluża fejn:

  • it-talba hija b’mod ċar bla bażi;
  • l-ispejjeż ta’ l-għajnuna legali huma sproprzjonati fir-rigward tal-valur tal-każ;
  • it-talba tikkonċerna każ kriminali fejn aktarx hija involuta penalti baxxa;
  • it-talba magħmula minn persuna ġuridika ffurmata sabiex tinfetaħ il-kawża;
  • il-kawża tikkonċerna l-prattika ta’ okkupazzjoni jew negozju (għalkemm mhux taħt il-forma ta’ persuna ġuridika), sakemm * il-kapaċità li l-prattika tibqa’ għaddejja ma tkunx tiddependi mir-riżultat tal-każ jew ** l-okkupazzjoni jew in-negozju ma jkunux waqfu għall-inqas sena qabel, min jagħmel it-tagħmel it-talba mhuwiex jew ma kienx involut bħala konvenutt f’kawża fil-prim’istanza u l-ispejjeż ta’ l-għajnuna legali ma jistgħux jitħallsu minn għejun oħra;
  • il-kawża se tinfetaħ f’qorti internazzjonali jew entità tixbahha li għandha l-iskema tagħha stess għall-għajnuna legali; jew
  • il-każ jikkonċerna interess li min jagħmel it-talba jista’ jiddefendi waħdu bla rappreżentazzjoni legali.

5. Kif tkun taf jekk intx eliġibbli għall-għajnuna legali?

It-tagħrif dwar is-sistema legali Olandiża tista’ ġġibu mingħand avukat, ċentru għat-tagħrif legali jew l-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali. Dawn kollha jistgħu jagħtu tagħrif dwar is-sistema ta’ l-għajnuna legali u l-eliġibilità għaliha.

FuqFuq

6. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżilli l-avukat tiegħi?

Inti ħieles tagħżel l-avukat tiegħek stess, kemm jekk tikkwalifika jew jekk ma tikkwalifikax għall-għajnuna legali. Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex issib avukat, ikuntattja lir-Raad voor Rechtsbijstand Nederlands jew lill-Asoċċjazzjoni ta’ l-Avukati English - Nederlands.

Jekk ma tgħixx l-Olanda, l-aħjar kuntatt huwa r-Raad voor Rechtsbijstand Nederlands fl-Aja, (indirizz: Postbus 450, 2501 CL Den Haag. Tel. 070-3701414)). Jekk tgħix fl-Olanda, ikkuntattja lill-bord għall-għajnuna legali tad-distrett fejn tgħix.

7. Minn fejn nista’ nġib formola għall-għajnuna legali? Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x’għandi nagħmel?

Normalment l-avukat tiegħek stess jimla l-formola tat-talba għall-ħatra ta’ avukat. Imbagħad, dan jagħmel ix-xogħol kollu tat-talba. Id-dritt ta’ l-għajnuna legali ikun irid jitħallas lill-avukat.

8. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba tiegħi għall-għajnuna legali?

Jekk titlob l-għajnuna legali, ikollok tipprovdi evidenza bil-miktub tad-dħul u l-beni tiegħek u d-dokumentazzjoni dwar il-każ (ara il-mistoqsija 4) mill-ewwel. L-avukat tiegħek ikun jaf liema dokumentazzjoni tkun trid tinhemeż mal-formola tat-talba. Inkella, tista’ tintalab formola tat-talba mill-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali. L-Uffiċċju jirreġistra t-talbiet kollha. Aktar tagħrif jinsab fil-browxer “U wilt rechtsbijstand” (Biex titlob l-għajnuna legali). Fl-2006, se jibda jkun possibbli li tagħmel it-talba lill-Uffiċċju fuq il-bażi tas-sigurtà soċjali personali u l-kodiċi ta’ l-identifikazzjoni tat-taxxa tiegħek u l-Uffiċċju mbagħad ikun jista’ jistma l-eliġibilità finanzjarja tiegħek, sakemm l-awtoritajiet tat-taxxa jkollhom id-data finanzjarja u d-data tkun irreġistrata ma’ l-awtorità lokali.

FuqFuq

9. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-kawża?

Le, l-għajnuna legali tkopri biss id-drittijiet tal-konsulenza. Id-drittijiet tal-qorti u drittijiet oħra mhumiex inklużi. Jekk int eliġibbli għall-għajnuna legali, tista’ titlob għal tnaqqis fid-drittijiet tal-qorti. Jekk dan ma jkunx jista’ jsir, l-avukat tiegħek jagħmel it-talbiet meħtieġa. L-ispejjeż tal-kawża jistgħu jintalbu mingħand il-parti l-oħra.

Imma jekk titlef il-kawża u tintalab tħallas l-uspejjeż tal-parti l-oħra, dawn ikollok fil-fatt tħallashom. Dawn ma teħdhomx lura.

10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħra?

Fl-Olanda ma’ teżisix għajnuna legali parzjali.

11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tkopri appell li nista’ nagħmel mill-kawża?

Biex tappella minn kawża f’qorti superjuri, trid issir mill-ġdid talba għall-għajnuna legali. L-individwu jrid ukoll iħallas mill-ġdid dritt għall-għajnuna legali.

12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, tista’ din tiġi rtirata qabel tmiem il-kawża?

Iva, l-għajnuna legali tista’ tiġi rtirata jekk id-deċiżjoni ssir fuq tagħrif nhux minnu jew mhux sħiħ, jekk l-individwu ma jħallasx id-dritt għall għajnuna legali jew spejjeż oħra li jintalab iħallas, jekk il-kapaċità li l-individwu jħallas tkun tjiebet sew jew jekk deċiżjoni eżistenti għall-għoti ta’ għajnuna legali ġa tkopri l-interess legali li l-individwu jkun qed jiddefendi fil-każ ikkonċernat.

13. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella minn din id-deċiżjoni?

Iva. L-ewwel tista’ tippreżenta oġġezzjonijiet għad-deċiżjoni fl-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali taż-żona tiegħek. Imbagħad, tista’ tappella mid-deċiżjoni meħuda bi tweġiba għall-oġġezzjonijiet tiegħek. Dan l-appell tagħmlu fil-qorti amministrattiva tad-distrett kopert mill-Uffiċċju għall-Għajnuna Legali. Il-possibbiltajiet ta’ appell u l-limiti ta’ żmien jiġu deskritti fid-deċiżjoni nnifisha jew fl-ittra ta’ magħha.

Aktar tagħrif

Mis-servizz ta’ sejħiet tal-ministeri konġunti Postbus 51 (www.postbus51.nl Nederlands), tista’ ġġib varjetà wiesgħa ta’ browxers dwar l-għajnuna legali fl-Olanda, li huma wkoll disponibbli permezz tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja (taħt “pubblikazzjonijiet” English - Nederlands). Aktar tagħrif dwar l-għajnuna legali jistgħu jinġiebu mill-Uffiċċji għall-Għajnuna Legali u mill-iStichting Juridisch Loket Nederlands (Fondazzjoni taċ-ċentri għat-tagħrif legali).

« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Olanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 05-07-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit