Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
It-tariffi tal-proċeduri ġuridiċi huma ffissati mil-liġi. Hemm ħlasijiet li jridu jsiru mal-bidu tal-proċeduri fil-qorti u oħrajn meta l-proċeduri fil-qorti jintemmu. Ġeneralment, dawn jieħdu l-forma ta’ tariffi fissi, liema tariffi jinkludu s-servizzi tal-qorti. Is-servizzi tal-qorti jkopru l-ispejjż dwar l-inġunzjonijiet għall-eżaminazzjoni tax-xhieda, it-tariffi tar-reġistrazzjoni, it-traskrizzjoni u kopji, is-servizzi ta’ assistent ġuridiku, elenku ta’ l-ispejjeż u t-tariffi, u kopja tas-sentenza. Matul il-kawża, jitħallsu tariffi separati għan-notifika ta’ l-atti ġuridiċi u tariffi dovuti lill-esperti jew arbitri maħtura mill-Qorti. Ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet, it-tariffi dovuti lill-avukati huma stabbiliti bil-liġi u jkunu persentaġġ tas-somma involuta fit-tilwima; madankollu, il-partijiet jistgħu jaqblu mod ieħor bil-miktub.
It-tariffi msemmija hawn fuq ma jinkludux it-tariffi ġuridiċi addizzjonali li, madankollu, jekk jiġu kkontestati, jistgħu jiġu stabbiliti mill-qorti.
Fir-rigward ta’ min għandu jħallas l-ispejjeż, meta tingħata s-sentenza, l-qorti jiddetermina l-parti li għandha tħallas l-ispejjeż. Bħala regola ġenerali, il-parti li titlef il-kawża tkun obbligata wkoll li tħallas l-ispejjeż, iżda l-Qorti jista’ jvarja din id-deċiżjoni skond il-każ.
L-għajnuna legali hija forma ta’ għajnuna li tingħata mill-istat lil persuni li, fuq t-talba, u wara valutazzjoni tat-talba u l-qagħda finanzjarja tagħhom mill-Avukat għall-Għajnuna Legali, jiġu ddikjarati li m’għandhomx il-mezzi biex ikollhom aċċess għall-qrati tal-ġustizzja. L-għajnuna legali tingħata lil persuni li jixtiequ jiftħu kawża kontra terza persuna jew li jixtiequ jiddefendu ruħhom minn pretenzjonijiet miġjuba kontrihom minn terza persuna.
L-għajnuna legali tingħata biss lil persuni wara li jkunu sodisfatti tliet kriterji, li huma l-merti, il-mezzi u t-test ta’ proċedura.
Sabiex applikant jikkwalifika fil-kriterju tal-merti, l-Avukat għall-Għajnuna Legali, wara li jeżamina n-natura tal-każ, irid jasal għall-konklużjoni li l-applikant għandu raġunijiet raġonevoli sabiex jiftaħ jew jiddefendi l-proċeduri quddiem il-qorti, jiġifieri li l-applikant għandu probabilis causa litigandi favur tiegħu. Kull każ jiġi eżaminat fuq il-merti tiegħu. Il-valutazzjoni li ssir mill-Avukat għall-Għajnuna Legali tkun tinkludi eżami tal-mertu tal-każ, l-eżitu possibbli tal-proċeduri u l-prospetti ta’ suċċess.
Sabiex applikant jikkwalifika fil-kriterju tal-mezzi, ma jridx kollu proprjetà ta’ kwalunkwe tip li l-valur nett tagħha jaqbeż tlett elef liri Maltin, u d-dħul ta’ l-applikant, għall-perjodu ta’ tnax-il xhar ta’ qabel it-talba għall-għajnuna legali, ma jridx jaqbeż il-paga minima nazzjonali għall-persuni ta’ aktar minn 18-il sena.
Esklużi mill-valutazzjoni hemm l-oġġetti ta’ kuljum tad-dar li huma meqjusa meħtieġa għall-użu ta’ applikant u l-familja tiegħu kif ukoll ir-residenza ewlenija ta’ l-applikant u kull proprjetà (kemm mobbli kif ukoll immobbli) li tagħmel parti mis-suġġett ta’ proċeduri fil-qorti, anki jekk tali proprjetà ma tagħmilx parti mis-suġġett tal-proċeduri li għalihom tkun qiegħda ssir applikazzjoni għall-għajnuna legali.
L-applikant irid/trid jieħu/tieħu ġurament fejn jikkonferma/tikkonferma l-mezzi tiegħu/tagħha u li għandu/ha probabilis causa litigandi.
Jekk l-applikant jissodisfa l-kriterji, avviż dwar tali talba jintbagħat lill-parti li kontriha jkunu ser jinbdew il-proċeduri, li jkollha erbat ijiem sabiex toġġezzjona għat-talba. L-oġġezzjoni għandha ssir f’forma ta’ nota sottomessa lir-Reġistru tal-Qorti Ċivili. Jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni, l-Avukat għall-Għajnuna Legali jgħaddi biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni u jekk it-talba hix ammissibbli jew le. Jekk ikun hemm oġġezzjoni, l-Avukat għall-Għajnuna Legali jeżamina l-oġġezzjoni, inkluz is-smigħ tax-xhieda jekk ikun meħtieġ, u jibgħat rapport dwar jekk it-talba għandiex tiġi milqugħa jew le.
Bażikament, l-għajnuna legali tingħata għal kull tilwima ċivili. Madankollu, f’każ ta’ kawża relatata mal-korrezzjoni jew it-tħassir ta’ xi reġistrazzjoni, jew għar-reġistrazzjoni ta’ xi ċertifikat tat-twelid, iż-żwieġ jew il-mewt, ma hu meħtieġ l-ebda test tal-mezzi. F’ċirkostanzi fejn talba għal korrezzjoni tkun trid issir lill-Qorti tar-Reviżjoni ta’ l-Atti Notarili, l-ebda applikazzjoni formali ma hi meħtieġa u l-Avukat għall-Għajnuna Legali jagħmel l-applikazzjoni rilevanti quddiem dan il-Qorti.
Il-liġi tipprovdi għal sitwazzjonijiet urġenti (per eżempju l-ħruġ ta’ mandat) billi tippermetti lill-Avukat għall-Għajnuna Legali li jikseb awtorizzazzjoni proviżorja mill-Qorti kompetenti sabiex jiddepożita atti ġuridiċi speċifiċi f’isem persuna li tkun qiegħda titlob l-għajnuna legali, li jkun segwit minn valutazzjoni tal-mezzi, il-merti u l-proċeduri msemmija fil-mistoqsija Nru 3.
Jekk, sussegwentament, il-Qorti kompetenti tinnega l-benefiċċju ta’ l-għajnuna legali, l-atti ġuridiċi depożitati mill-Avukat għall-Għajnuna Legali ma jkunux nulli; madankollu jintemm kull benefiċċju fil-futur u l-Qorti tista’ tordna li l-ispejjeż kollha li jsiru waqt id-depożitu proviżorju jitħallsu mill-applikant.
Ma jintużaw l-ebda formoli stampati bil-lest. It-talba għall-għajnuna legali tista’ ssir jew bis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni lill-Qorti Ċivili jew anki bil-fomm lill-Avukat għall-Għajnuna Legali.
Kif ġa ntqal hawn fuq, kull każ jiġi eżaminat fuq il-merti tiegħu. Għalhekk id-dokumenti mehmuża mat-talba għandhom jirriflettu materja ttrattata fil-kawża. Per eżempju, jekk it-talba tirrigwarda l-annullament ta’ żwieġ, għandha tkun mehmuża kopja taċ-ċertifikat taż-żwieġ. Id-dokumenti kollha li l-Avukat għall-Għajnuna Legali jista’ jiġi bżonn biex jiddeċiedi jekk it-talba hix ammissibbli jew le għandhom jiġu sottomessi lill-Avukat għall-Għajnuna Legali fuq talba tiegħu.
L-applikant ma jiġix infurmat b’mod formali dwar l-eżitu ta’ l-applikazzjoni, iżda huwa għandu jinforma ruħu billi jkkonsulta r-Reġistru tal-Qorti Ċivili.
Jekk l-applikant jikkwalifika għall-għajnuna legali għandu jikkonsulta r-Reġistru tal-Qorti Ċivili. Fuq talba tiegħu, l-applikant jingħata l-isem ta’ l-avukat li jkun ġie assenjat biex jasisstih matul il-proċeduri. L-applikant għandu jagħmel kuntatt ma’ l-avukat assenjat sabiex jikseb l-assistenza.
Meta t-talba tiġi approvata, l-applikant jiġi assenjat avukat li ismu jidher fuq elenku li jkun għad-dispożizzjoni tal-Qorti u li jmissu hu skond ir-roster. Jekk l-applikant, għal raġuni valida, jixtieq jibdel l-avukat ma’ ieħor li jidher fir-roster, jista’ jissottometti talba quddiem il-Qorti Ċivili.
L-għajnuna legali tkopri biss l-ispejjeż magħmula mill-applikant. Għalhekk, l-applikant ikun eżenti mill-ħlas tat-tariffi kollha u milli jipprovdi garanzija għall-ispejjeż.
Jekk l-applikant jirbaħ il-kawża, mis-somma miksuba jew mill-qligħ tal-bejgħ bis-subbasta tal-proprjetà mobbli jew immobbli li jseħħ skond is-sentenza, għandu jħallas l-ispejjeż dovuti lir-reġistru, lill-avukat, il-prokuratur legali u lill-kuraturi u lill-arbitri (jekk ikun applikabbli) mingħajr preġudizzju għad-dritt tiegħu li jiġi rimborżat mit-terza persuna li tista’ tkun ġiet ordnata tħallas tali tariffi.
F’Malta ma jeżistix il-kunċett ta’ għajnuna legali parzjali, jiġifieri applikant jew jingħata l-għajnuna legali jew le. Jekk il-parti li tipproċedi bil-benefiċċju ta’ l-għajnuna legali tiġi kkundannata li tħallas l-ispejjeż tal-kawża, ir-Reġistratur tal-Qorti Ċivili ma jistgħax jitlob it-tariffi dovuti lir-Reġistru mingħand il-parti rebbieħa.
Jekk l-applikant jikkwalifika għall-għajnuna legali, huwa jew hija jkunu ntitolati għal tali għajnuna f’kull livell, inkluża l-assistenza quddiem il-Qrati ta’ l-Appell.
Jekk jiġi ppruvat quddiem il-Qorti li
Il-Qorti tista’ ssib lill-applikant ħati ta’ dispress tal-Qorti. L-applikant jista’ jiġi wkoll akkużat li ħa ġurament falz.
Fiż-żewġ każijiet, l-applikant jinżamm personalment responsabbli għall-ispejjeż kollha li kien ikun responsabli għalihom kieku ma kienx ingħata l-benefiċċju ta’ l-għajnuna legali.
Ma hemm l-ebda appell minn deċiżjoni li ma tingħatax l-għajnuna legali. Madankollu, jekk ir-rapport imħejji mill-Avukat għall-Għajnuna Legali ma jkunx favur l-applikant, il-Qorti Ċivili għandha teżamina r-rapport u għandha tagħti lill-partijiet l-opportunità li jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom qabel tiddeċiedi jekk għandhiex taċċetta r-rapport negattiv jew jekk għandhiex twarrbu u taċċetta t-talba.
« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Malta - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 07-07-2006

