Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 24-01-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Lussemburgu

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u min għandu jħallashom normalment? 1.
2. X’inhi l-għajnuna legali? 2.
3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? 3.
4. L-għajnuna legali tista’ tinkiseb għat-tilwimiet kollha? 4.
5. Hemm proċedura speċifika għall-emerġenzi? 5.
6. Fejn nista’ nikseb formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali? 6.
7. Liem dokumenti għandi nehmeż mat-talba tiegħi għall-għajnuna legali? 7.
8. Fejn għandi nippreżenta t-talba tiegħi għall-għajnuna legali? 8.
9. Kif niġi infurmat dwar jekk inkunx eliġibbli għall-għajnuna legali? 9.
10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x’għandi nagħmel? 10.
11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżel lill-avukat tiegħi? 11.
12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-kawża tiegħi? 12.
13. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min iħallas l-ispejjeż l-oħrajn? 13.
14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri kwalunkwe applikazzjoni li nista’ nagħmel wara l-kawża? 14.
15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tista’ tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-kawża (jew anke wara l-kawża)? 15.
16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni? 16.

 

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u min għandu jħallashom normalment?

Dawn l-ispejjeż tal-kawża li ġejjin jistgħu jitħallsu permezz ta’ l-għajnuna legali:

  • Il-bolla u d-dazju tar-reġistrazzjoni
  • L-ispejjeż magħmula mill-uffiċċju tas-segretarju
  • Spejjeż u tariffi mitluba mill-marixxalli
  • Spejjeż u tariffi ta’ l-esperti
  • Tariffi tat-tradutturi u l-interpreti
  • Spejjeż u tariffi tan-nutara
  • Allowances lix-xhieda
  • Spejjeż ta’ l-ivvjaġġar
  • Spejjeż tal-pubblikazzjoni
  • Tariffi u ħlasijiet ta’ l-avukati.

2. X’inhi l-għajnuna legali?

Persuna naturali li m’għandhiex mezzi suffiċjenti tista’ tikseb għajnuna legali jew parir legali għal każ speċifiku.

3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali?

Il persuni li għandhom mezzi insuffiċjenti huma eliġibbli għall-għajnuna legali sabiex jiddefendu l-interessi tagħhom, kemm-il darba huma:

  1. Persuni ta’ nazzjonalità tal-Lussemburgu, jew
  2. Frustiera awtorizzati li jirrisjedu fil-Lussemburgu, jew
  3. persuni ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, jew
  4. frustiera mqiegħda fl-istess sitwazzjoni bħall-persuni ta’ nazzjonalità tal-Lussemburgu għall-iskopijiet ta’ l-għajnuna legali permezz ta’ ftehim internazzjonali.

L-għajnuna legali tista’ wkoll tingħata lil kwalunkwe frustier ieħor ta’ mezzi insuffiċjenti fil-proċeduri relatati mad-drittijiet ta’ rifuġju, dħul, residenza, stabbiliment u espatrijazzjoni tal-frustieri

FuqFuq

It-test dwar il-mezzi jsir fuq il-bażi tad-dħul gross totali u l-kapital ta’ l-applikant u ta’ kwalunkwe membru ieħor fid-dar.

Persuna li tressaq azzjoni li tidher a priori mhux raġonevoli jew li x’aktarx ma tirnexxix, jew li s-suġġett tagħha jidher sproporzjonat ma’ l-ispejjeż involuti, ma tkunx intitolata għall-għajnuna legali.

4. L-għajnuna legali tista’ tinkiseb għat-tilwimiet kollha?

L-għajnuna legali tista’ tingħata lill-attur jew lill-konvenut f’każijiet kontenzjużi jew mhux kontenzjużi, kemm jekk ittrattati fil-qorti jew barra mill-qorti. Il-possibbiltà li ssir applikazzjoni għall-għajnuna legali teżisti fil-każijiet kollha miġjuba quddiem il-qrati ordinarji jew amministrattivi. L-għajnuna legali tista’ wkoll tingħata fil-każ ta’ miżuri kawtelatorji u fil-proċeduri ta’ l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti jew ta’ kwalunkwe awtorità oħra eżekuttiva.

Madankollu, il-proprjetarji tal-vetturi involuti fit-tilwimiet li jirriżultaw mill-użu ta’ dawn il-vetturi mhumiex eliġibbli għall-għajnuna legali. Bl-istess mod mhijiex disponibbli għan-negozjanti, l-industrijalisti, l-artiġġjani jew il-persuni professjonali involuti fit-tilwimiet relatati ma’ l-attività kummerċjali jew professjonali tagħhom, ħlief f’każijiet motivati eċċezzjonali u lanqas, bħala regola ġenerali, f’tilwimiet li jqumu minn attività spekulattiva min-naħa ta’ l-applikant għall-għajnuna legali.

5. Hemm proċedura speċifika għall-emerġenzi?

Fl-emerġenzi, il-President tal-Kunsill ta’ l-Avukati jew id-deputat tiegħu, jista’ jagħti l-għajnuna legali fuq bażi temporanja mingħajr formalitajiet oħrajn.

FuqFuq

6. Fejn nista’ nikseb formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali?

Fil-Lussemburgu, il-formola ta’ applikazzjoni nazzjonali għall-għajnuna legali tista’ tinkiseb mis-Servizz Ċentrali ta’ l-Għajnuna Soċjali (tel. 00 352 475821-1).

7. Liem dokumenti għandi nehmeż mat-talba tiegħi għall-għajnuna legali?

Meta tapplika għall-għajnuna legali għandek dejjem tehmeż:

  • Kopja tal-karta ta’ l-identità,
  • Ċertifikat li juri l-membri tad-dar tiegħek maħruġ mill-awtoritajiet muniċipali fil-post ta’ residenza tiegħek
  • Dokument li juri d-dħul mensili personali ta’ l-aħħar tliet xhur (salarju, benefiċċju tal-qgħad, GMI, pensjoni, dħul mill-investiment) jew ċertifikat li jattesta n-nuqqas ta’ impjieg regolari maħruġ miċ-Ċentru Komuni tas-Sigurtà Soċjali.

Għandek ukoll tehmeż kopji tad-dokumenti rilevanti dwar il-każ li għalih hija mitluba l-għajnuna legali.

Fejn xieraq, għandek ukoll tehmeż ċertifikati jew dokumenti oħrajn b’sostenn għall-applikazzjoni tiegħek:

  • Ċertifikat ta’ proprjetà ta’ fond maħruġ mill-awtoritajiet tat-taxxa;
  • Ċertifikat dwar id-dħul tal-membri l-oħrajn tad-dar tiegħek,
  • Ċertifikat dwar allowances tal-familja jew l-edukazzjoni,
  • Ċertifikat dwar allowances speċjali għal persuni li għandhom diżabilità serja,
  • Ċertifikat ta’ għajnuna,
  • Ċertifikat dwar id-dħul minn proprjetà mobbli jew immobbli,
  • Ċertifikat dwar xi dħul ieħor,
  • Ċertifikat dwar id-djun,
  • Kopja tal-kuntratt ta’ kera jew kopja tat-trasferiment / ħlas ta’ l-aħħar kera,
  • Ċertifikat dwar infiq ieħor.

8. Fejn għandi nippreżenta t-talba tiegħi għall-għajnuna legali?

Id-deċiżjoni jekk tingħatax l-għajnuna legali tittieħed mill-President tal-Kamra ta’ l-Avukati fid-distrett tar-residenza ta’ l-applikant. Fil-każ ta’ persuni li mhumiex residenti, huwa l-President tal-Kunsill ta’ l-Avukati tal-Lussemburgu li jiddeċiedi.

FuqFuq

9. Kif niġi infurmat dwar jekk inkunx eliġibbli għall-għajnuna legali?

Id-deċiżjoni tal-President tal-Kamra ta' l-Avukati tintbagħatlek bil-posta.

10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x’għandi nagħmel?

Fid-deċiżjoni tiegħu, il-President tal-Kamra ta' l-Avukati jagħti isem l-avukat li jkun se jagħti l-għajnuna legali u jitolbok tikkuntattja lil dan l-avukat.

11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżel lill-avukat tiegħi?

Il-President tal-Kamra ta’ l-Avukati fid-distrett tar-residenza ta’ l-applikant jaħtar lill-avukat magħżul liberament mill-applikant. Fejn l-applikant ma jkun għażel ebda avukat jew jekk il-president iqis l-għażla bħala mhux xierqa, l-avukat jinħatar minn dan ta’ l-aħħar. Ħlief għal raġunijiet ta’ impediment jew kunflitt ta’ interessi, l-avukat ma jistax jirrifjuta l-ħatra.

12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-kawża tiegħi?

Bħala regola, l-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż kollha relatati mal-qrati, il-proċeduri jew l-atti li dwarhom ingħatat (ara 1 fuq).

13. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min iħallas l-ispejjeż l-oħrajn?

L-għajnuna legali mogħtija fil-Lussemburgu dejjem tkopri l-ispejjeż kollha.

14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri kwalunkwe applikazzjoni li nista’ nagħmel wara l-kawża?

Le, ikollok tissottometti applikazzjoni oħra għall-għajnuna legali għal dak l-iskop.

FuqFuq

15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tista’ tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-kawża (jew anke wara l-kawża)?

Il-president jista’ jirtira l-intitolament ta’ applikant għall-għajnuna legali, ukoll wara l-proċeduri jew il-miżuri li dwarhom ingħatat, jekk l-intitolament jinstab li kien bażat fuq dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz. L-intitolament jista’ wkoll jiġi rtirat jekk, matul il-proċeduri jew waqt li jkunu qed jitwettqu l-miżuri jew b’riżultat ta’ dawn il-miżuri, l-applikanti li jirċievu l-għajnuna legali jiksbu mezzi li, kieku kienu disponibbli meta ġiet ippreżentata t-talba, kienu jirriżultaw fiċ-ċaħda tagħha. Il-benefiċjarji ta’ l-għajnuna legali għandhom obbligu jinnotifikaw lill-president dwar tibdiliet bħal dawn fis-sitwazzjoni tagħhom.

Id-deċiżjoni tal-president li jirtira l-intitolament hija komunikata minnufih lill-awtorità tar-reġistrazzjoni u tal-proprjetà ta’ l-istat, li hija responsabbli li tiġbor is-somom diġà mħallsa bħala għajnuna legali.

16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni?

L-applikanti jistgħu jappellaw kontra d-deċiżjoni tal-president li jiċħad jew jirtira l-għajnuna legali quddiem il-Kunsill Dixxiplinarju u Amministrattiv, li d-deċiżjoni tiegħu hija finali. L-appelli għandhom jiġu ppreżentati għand il-President tal-Kunsill Dixxiplinarju u Amministrattiv bil-posta rreġistrata fi żmien għaxart ijiem minn meta jiġi rċevut l-avviż taċ-ċaħda jew ta’ l-irtirar. Il-Kunsill jista’ jistieden lill-applikanti jattendu smigħ biex jispjegaw ir-raġunijiet għall-appell tagħhom.

Aktar tagħrif

Kull parti interessata tista, irrispettivament mir-riżorsi finanzjarja tagħha, tikkuntattja lir-Reception u s-Servizzi ta’ l-Informazzjoni Legali hawn:

  • Luxembourg-Ville ( tel. +352.221846) ,
  • Diekirch (tel. +352.802315) and
  • Esch-Alzette (tel. +352.541552).

« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Lussemburgu - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 24-01-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit