Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Litwanja

L-aħħar aġġornament: 29-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Litwanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u normalment min iħallashom? 1.
2. X’inhi l-għajnuna legali? 2.
3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? 3.
4. L-għajnuna legali tista’ tingħata fit-tilwim kollu? 4.
5. Hemm xi proċedura speċifika għall-emerġenzi? 5.
6. Minn fejn nista’ nġib formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali? 6.
7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba għall-għajnuna legali? 7.
8. Fejn għandi nirreġistra t-talba għall-għajnuna legali? 8.
9. Kif niġi nfurmat fuq jekk inix eliġibbli jew le għall-għajnuna legali? 9.
10. X’għandi nagħmel jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali? 10.
11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżilli l-avukat? 11.
12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-proċess tiegħi? 12.
13. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħra? 13.
14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tkopri xi reviżjoni li nista’ nagħmel wara l-kawża? 14.
15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, tista’ tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-kawża (jew anki wara l-kawża)? 15.
16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella minn din id-deċiżjoni? 16.

 

Tagħrif bażiku

Skond il-liġi dwar l-Għajnuna Legali garantita mill-Istat tar-Repubblika tal-Litwanja (28 ta’ Marzu, 2000) għandhom jiġu provduti t-tipi ta’ għajnuna legali li ġejjin:

  • għajnuna legali primarja;
  • għajnuna legali ta’ l-istat;
  • għajnuna legali mill-istituzzjonijiet pubbliċi.

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u normalment min iħallashom?

L-ispejjeż ta’ l-għajnuna legali għal persuni (naturali) għandha tkun koperta mill-istat skond il-livell tal-proprjetà u d-dħul tal-persuna:

  • l-ewwel livell: 100 fil-mija;
  • it-tieni livell: 95 fil-mija;
  • it-tielet livell: 80 fil-mija;
  • ir-raba’ livell: 65 fil-mija;
  • il-ħames livell: 50 fil-mija.

2. X’inhi l-għajnuna legali?

L-għajnuna legali garantita mill-Istat tinkludi tagħrif legali, parir legali, difiża, u rappreżentanza fil-kawża kif stabbilit fil-liġi msemmija aktar ’il fuq.

L-għajnuna legali primarja tinkludi għajnuna legali u parir legali garantiti mill-istituzzjonijiet eżekuttivi tal-gvern lokali.

L-għajnuna legali mill-istat tinkludi difiża u rappreżentanza fil-kawżi, garantiti mill-istat.

L-għajnuna legali provduta mill-istituzzjonijiet pubbliċi tinkludi tagħrif legali, parir legali, u rappreżentanza fil-kawżi provduta mill-istituzzjonijiet pubbliċi kif stabbilit u approvat mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali?

Fejn il-liġijiet u l-ftehimiet internazzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja ma jistabbilixxux mod ieħor, l-Għajnuna legali tipprovdi liċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja kif ukoll liċ-ċittadinini barranin u lill-persuni bla Stat li jgħixu fil-Litwanja b’mod permanenti, u li minħabba l-istat tal-proprjetà tagħhom ma jistgħux jiddefendu rwieħhom kif jixraq, iċ-ċans li jiddefendu d-drittijiet jew l-interessi tagħhom imħarsa bid-Dritt.

FuqFuq

4. L-għajnuna legali tista’ tingħata fit-tilwim kollu?

L-għajnuna legali tinkludi tagħrif legali, parir legali, difiża u rappreżentanza fil-każijiet ċivili, amministrattivi u kriminali.

5. Hemm xi proċedura speċifika għall-emerġenzi?

(Il-liġi msemmija aktar ’il fuq ma taħsibx għalija).

6. Minn fejn nista’ nġib formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali?

Kull persuna li hija eliġibbli għall-għajnuna legali primarja tingħatalha formola tat-talba mill-istituzzjoni eżekuttiva tal-gvern lokali (muniċipalità).

Id-deċiżjoni dwar il-provvediment ta’ l-għajnuna legali mill-istat tittieħed/tkun adottata minn uffiċjal jew istituzzjoni, li jkollhom ġurisdizzjoni fil-każ. Il-formola standard tat-talba għall-għajnuna legali mill-istat hija approvata mill-ministru tal-ġustizzja.

7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba għall-għajnuna legali?

L-istituzzjoni li tadotta d-deċiżjoni li tikkonċerna l-provvediment ta’ l-għajnuna legali għandha tkun ipprovduta bid-dokumenti kif ġej:

  • il-formoli għad-dikjarazzjoni tal-proprjetà u d-dħul mimlija qabel issir l-applikazzjoni għall-għajnuna legali garantita mill-istat;
  • ċertifikati li jistipulaw li l-persuna rċeviet il-benefiċċji soċjali jew tinsab f’istituzzjoni full-time ta’għajnuna mill-istat għall-kura;
  • evidenza oħra bil-miktub.

8. Fejn għandi nirreġistra t-talba għall-għajnuna legali?

It-talba għall-għajnuna legali primarja trid tiġi rreġistrata fl-istituzzjoni eżekuttiva tal-gvern lokali.

FuqFuq

It-talba għall-għajnuna legali mill-istat trid tiġi rreġistrata fl-istituzzjoni, li għandha l-ġurisdizzjoni fil-każ.

9. Kif niġi nfurmat fuq jekk inix eliġibbli jew le għall-għajnuna legali?

L-istituzzjoni li tadotta d-deċiżjoni li tikkonċerna l-provvediment ta’ għajnuna legali trid tgħarraf lill-persuna jekk tkunx eliġibbli għall-għajnuna legali.

10. X’għandi nagħmel jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali?

L-istituzzjoni eżekuttiva tal-gvern lokali għandha tipprovdi tagħrif u tirreferi persuni li jgħixu fil-medda tagħha għand avukat jew apprendist ta’ avukat għall-għajnuna legali primarja. L-istituzzjonijeit eżekuttivi tal-gvern lokali għall-għajnuna legali primarja għandhom jirreferu lill-persuna għal seduta ta’ konsulta legali primarja ta’ siegħa.

L-uffiċjal jew l-istituzzjoni, li jkollhom il-ġurisdizzjoni fil-każ dwar l-eliġibilità ta’ persuna għall-għajnuna legali jidderieġu lill-persuna għand avukat imsemmi fl-elenku/reġistru tal-Kunsill ta’ l-Avukati għall-għajnuna legali mill-istat.

11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżilli l-avukat?

L-istitutzzjoni eżekuttiva tal-gvern lokali għandha d-dritt li tiddeċiedi liema avukat għandu jinħatar għal persuna eliġibbli għal għajnuna legali primarja.

L-uffiċjal jew l-istituzzjoni, li għandhom il-ġurisdizzjoni fil-każ għandhom id-dritt li jaħtiru avukat minn fuq ir-Reġistru tal-Kunsill ta’ l-Avukati għal persuna eliġibblli għal għajnuna legali mill-istat. Il-ħatriet iridu jiġu approvati mill-koordinatur tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati tal-Litwanja .

FuqFuq

12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-proċess tiegħi?

L-għajnuna legali primarja għandha tiġi ffinanzjata mill-fondi tal-gvern lokali, jiġifieri jiġu koperti l-ispejjeż kollha tal-kawża .

L-għajnuna legali mill-istat għandha tiġi ffinanzjata mill-fondi ta’ l-istat, jiġifieri jiġu koperti l-ispejjeż kollha tal-kawża (Ara l-mistoqsija Nru 1).

13. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħra?

L-ispejjeż ta’ l-għajnuna legali parzjali għandhom jiġu koperti proporzjonatament mill-persuna li qed tirċievi l-għajnuna legali (Ara l-mistoqsija Nru 1).

14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tkopri xi reviżjoni li nista’ nagħmel wara l-kawża?

L-għajnuna legali garantita mill-istat hija pprovduta lill-persuni eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna legali fl-istanzi kollha tal-qorti.

15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, tista’ tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-kawża (jew anki wara l-kawża)?

L-għajnuna legli garantita mill-istat għandha titwaqqaf jekk:

  • jirriżulta li l-persuna li qed tirċievi l-għajnuna legali ma tkunx eliġibbli biex tirċievi għajnuna legali skond dan l-Att;
  • din il-persuna ma tħallasx lill-istat jew fil-fondi lokali parti mid-dritt għall-għajnuna legali mill-istat li hija obbligata tħallas;
  • il-persuna tippreżenta tagħrif qarrieq, bi ħsieb, dwar l-essenza tal-proprjetà jew id-dħul tagħha.

16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella minn din id-deċiżjoni?

Fejn l-istituzzjoni eżekuttiva tal-gvern lokali tirrifjuta li tirreferi għall-għajnuna legali primarja, l-appell għandu jsir fil-qorti amministrattiva tad-distrett skond il-proċedura stabbilita bil-liġi.

Fejn uffiċjal jew istituzzjoni jadottaw id-deċiżjoni li jiċħdu l-għajnuna legali mill-istat, l-appell għandu jsir  skond il-proċedura stabbilita bil-liġi.

Aktar tagħrif

Tagħrif dettaljat dwar l-għajnuna legali fil-Litwanja huwa introdott fil-liġi dwar l-Għajnuna Legali garantita mill-Istat tar-Repubblika tal-Litwanja (it-28 ta’ Marzu, 2000).

« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Litwanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 29-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit