Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Italja

L-aħħar aġġornament: 14-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Italja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u normalment min għandu jħallashom? 1.
2. X’inhi l-għajnuna legali? 2.
3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? 3.
4. L-għajnuna legali tista’ tingħata fit-tilwim kollu? 4.
5. Hemm xi proċedura speċifika għall-emerġenzi? 5.
6. Minn fejn nista’ nġib formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali? 6.
7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba għall-għajnuna legali? 7.
8. Fejn għandi nirreġistra t-talba tiegħi għall-għajnuna legali? 8.
9. Kif niġi mgħarraf iniex eliġibbli jew le għall-għajnuna legali? 9.
10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x'għandi nagħmel? 10.
11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżilli l-avukat? 11.
12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-proċess tiegħi? 12.
13. Jekk nikkwalifika għal għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħra? 13.
14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tkopri xi reviżjoni li nista' nagħmel wara l-proċess? 14.
15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tista’ tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-proċess (jew anki wara l-proċess)? 15.
16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella minn din id-deċiżjoni? 16.

 

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u normalment min għandu jħallashom?

(Għejun legiżlattivi) – Ir-regoli li jkopru l-klassifikazzjonijiet u l-proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ispejjeż tal-kawżi, inklużi l-għajnuna legali, huma stipulati fid-Digriet Presidenzjali Nru 115 tat-30 ta’ Mejju 2002 (Il-Gazzetta tal-Liġi Nru 139/2002), li fih it-test konsolidat dwar l-ispejjeż legali.

L-Att Nru 794 tat-13 ta’ Ġunju 1942 u emendi sussegwenti ta’ dak l-Att jirregolaw id-drittijiet ta’ l-avukati għall-immaniġġar ta’ materji ċivili, kummerċjali, amministrattivi u marbuta ma’ taxxi; id-drittijiet spettanti għal servizzi legali individwali jitħallsu fuq il-bażi tat-tariffi approvati bid-Digriet Ministerjali Nru 585 ta’ l-1994.

 (L-ispejjeż tal-kawżi) – L-ispejjeż (fis-sens wiesa’) ta’ proċedimenti ċivili u kummerċjali jinkludu l-ispejjeż tal-kawżi u l-ispejjeż u d-drittijiet fir-rigward tar-rappreżentazzjoni legali.

L-ispejjeż tal-proċeduri jikkonsistu f’kontribuzzjoni standard għall-iskrizzjoni tal-kawża fil-lista tal-kawżi u spejjeż oħra li jista’ jkun hemm (bħalma huma l-konsulenza teknika u d-drittijiet spettanti fir-rigward ta’ kopji ta’ atti).

Il-kontribuzzjoni standard insemmi fit-Test Konsolidat Nru  115 ta’ l-2002 huwa dovut fir-rigward ta’ kull digriet ta’ ġudizzju u fir-rigward ta’ kull kawża ċivili, inklużi l-proċeduri fallimentari involuntarji u volontarji, ħlief fil-każijiet speċifikament eżentati bil-liġi.

Il-kontribut standard ma japplikax, partikularment fil-każijiet ta’: proċedimenti dwar il-familja u l-istatus ċivili u l-kapaċità tal-persuni, kif stipulat fil-Ktieb IV tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (ngħidu aħna: każijiet ta’ separazzjoni personali; dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-minorenni; u rapporti patrimonjali bejn il-miżżewġin); proċeduri kawtelatorji (ngħidu aħna: sekwestri ta’ djun); proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’ reġistri ta’ l-artijiet u proċeduri eżekuttivi għall-konsenja u r-rilaxx; proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’ ħlasijiet ta’ manteniment tat-tfal u l-proċeduri kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal (ngħidu aħna: proċedimenti fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri); u r-regolamenti dwar il-kompetenza u l-ġuriżdizzjoni.

FuqFuq

Ir-raġunijiet ta’ l-eżenzjoni jridu jirriżultaw mill-konklużjonijiet ta’ l-att li bih tinfetaħ il-kawża.

Il-kontribizzjoni standard ma tapplikax fil-każ ta’ azzjonijiet ċivili għal riżarċiment ta’ danni b’rabta ma’ proċeduri kriminali, fejn tintalab biss il-kundanna tal-persuna responsabbli; jekk jintalab il-ħlas ta’ somma b’titlu ta’ riżarċiment ta’ danni, anki jekk b’mod proviżorju, il-kontribut huwa dovut jekk tintlaqa’ t-talba.

Il-kontribut ivarja bejn minimu ta’ €62 u a massimu ta’ €930, skond in-natura u l-valur tal-kawża.

(L-obbligu ta’ ħlas) – Kull parti trid tipprovdi għall-ispejjeż ta’ l-atti proċesswali li jsiru jew jintalbu u għall-atti meħtieġa għall-proċedura fejn dan jintalab mil-liġi jew mill-ġudikant (ngħidu aħna: id-drittijiet spettanti għall-konsulenza). Jekk il- parti tkun eliġibbli għall-għajnuna legali, l-ispejjeż jitħallsu mill-istat.

Partikularment, il-kontribut standard irid jitħallas mill-parti li tiftaħ il-kawża, tipreżenta r-rikors tal-bidu jew inkella, fi proċeduri għall-infurzar, tippreżenta rikors għall-assenjazzjoni jew il-bejgħ.

Il-valur tal-każ huwa dak indikat mill-parti fil-konklużjonijiet ta’ l-att li bih tinfetaħ il-kawża; il-parti li temenda t-talba jew li tippreżenta talba rikonvenzjonali jew intervent awtonomu, li jgħollu l-valur tal-kawża, trid tħallas kontribut addizzjonali.

(Il-kriterju ta’ l-imputazzjoni tal-ħlas ta’ l-ispejjeż) – Bħala prinċipju ġenerali, il-ġudikant li jippresiedi jikkundanna lill-parti telliefa tirrimborża l-ispejjeż tal-kawża lill-parti rebbieħa.

Il-ġudikant għandu setgħat diskrezzjoni fir-rigward ta’ l-ispejjeż u jista’ wkoll jordna li dawn jitħallsu parzjalment jew b’mod sħiħ, meta jqis l-eżitu kumplessiv tat-tilwima. Il-ġudikant irid iqis il-grad ta’ fondatezza tat-talba kollox ma’ kollox. Id-deċiżjoni tista’ tiġi kkontestata.

FuqFuq

Il-parti telliefa trid tirriondi lill-parti rebbieħa l-ispejjeż u d-drittijiet spettanti lid-difensur, kif ikoll l-ammonti mħallsa għall-kumpens tal-periti tekniċi, kemm dawk maħtura mill-qorti kif ukoll dawk imqabbda mill-partijiet, kif illikwidati mill-ġudikant. Il-partijiet telliefa jridu jkopru wkoll l-ispejjeż l-oħra biex isru l-atti proċesswali, li jitħallsu għand l-iskrivan tal-qorti flimkien ma’ l-ispiża għan-notifika tas-sentenza.

2. X’inhi l-għajnuna legali?

L-għajnuna legali li tikkorrispondi għall-istituzzjoni Taljana tad-“difiża fil-qorti li jħallas għaliha l-Istat” għall-ħarsien ta’ konvenut li ma jistgħux iħallsu u tinvolvi l-eżenzjoni mill-ħlas ta’ ċerti spejjeż (mgaħrufa bħala l-ispejjeż prenotati biex jitħallsu mill-Istat) u l-ħlas ta’ spejjeż oħra mill-Istat.

Bis-saħħa ta’ l-intitolazzjoni għall-għajnuna legali, il-persuna ma tintalabx tħallas il-kontribut standard, l-ispejjeż standard għan-notifiki uffiċjali, ċerti drittijiet (tar-reġistru, ipotekarju u tar-reġistru ta’ l-artijiet) u dritt fir-rigward ta’ kopji ta’ atti.

L-Istat iħallas għal dawn li ġejjin:

  1. id-drittijiet u l-ispejjeż spettanti lid-difensur;
  2. l-indennizzi u l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar tal-ġudikaturi, lill-ħaddiema u l-uffiċjali ġudizzjarji għat-twettiq ta’ atti barra mis-sede fejn jiżvolġi l-proċess;
  3. l-indennizzi u l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar spettanti lix-xhieda, l-awżiljari tal-ġudikant u l-periti tekniċi imqabbda mill-parti, kif ukoll l-ispejjeż ta’ dawn il-persuni għat-twettiq ta’ l-inkarigu tagħhom;
  4. l-ispejjeż għall-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwa avviż fir-rigward tad-deċiżjoni tal-ġudikant;
  5. l-ispejjeż għan-notifiki uffiċjali.

L-Istat għandu d-dritt ta’ rivalsa u, jekk dan ma jirkuprax l-ammonti mill-parti telliefa, dan jista’ jirrikorri għall-ħlas lura mingħand il-parti eliġibbli għall-għajnuna legali, jekk din l-istess parti tirbaħ il-kawża jew jintlaħaq ftehim fir-rigward tat-tilwima u, f’fdan ir-rigward, il-parti tirċievi somma ta’ mill-inqas sitt darbiet daqs l-ispejjeż jew inkella jekk issir rinunzja għall-atti jew ikun hemm estinzjoni tal-ġudizzju. Hemm dispożizzjonijiet partikulari biex jiżguraw ir-rivalsa fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew estinzjoni tal-kawża minn fuq il-lista minħabba inattività tal-partijiet jew minħabba l-innoservanza tar-rekwiżiti legali.

FuqFuq

3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali?

Fil-proċeduri ċivili u l-każijiet ta’ ġuriżdizzjoni volontarja (ngħidu aħna: separazzjoni personali, kustodja tal-minuri jew provvedimenti fir-rigward ta’ responsabbiltà tal-ġenituri), il-konvenuti li ma jistgħux iħallsu huma intitolati għall-għajnuna legali, sakemm ir-raġunijiet tagħhom ma jkunux infondati manifestament.

Kulmin ikollu dħul taxxabbli li ma jaqbiżx id-€9,269.22, skond ma jirriżulta mill-aħħar dikjarazzjoni tiegħu tat-taxxa, huwa intitolat għall-għajnuna legali. Il-limitu tad-dħul jiġu aġġustati kull sentejn, b’digriet tal-Ministeru tal-Ġustizzja, b’relazzjoni mal-varjazzjonijiet ta’ l-indiċi ISTAT tal-prezzijiet tal-konsum.

Jekk il-parti kkonċernata tgħix mas-sieħeb/is-sieħba fiż-żwieġ jew membri oħra tal-familja, id-dħul ikun magħmul mis-somma kumplessiva tad-dħul ta’ kull membru tal-familja family, inkluż dak ta’ min jagħmel it-talba.

Għall-għanijiet tad-determinazzjoni tal-limiti ta’ dħul, jitqies ukoll kull dħul eżenti mit-taxxa bil-liġi.

Fejn id-drittijiet personali ikunu qed jiġu kkontestati jew inkella f’kawżi fejn l-interessi ta’ min jagħmel it-talba ikunu f’kunflitt ma’ dawk tal-membri l-oħra tan-nukleju familjari ma’ min ikun jgħix min jagħmel it-talba, jitqies biss id-dħul personali.

It-trattament maħsub għaċ-ċittadini Taljani huwa żgurat ukoll għal persuni b’ċittadinanza barranija jew bla ebda ċittadinanza li jkunu jgħixu legalment fit-territorju nazzjonali ta’ l-Italja meta jinqalgħu s-sitwazzjoni jew il-fatt li jagħtu lok għall-proċeduri legali, kif ukoll għal organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijet mhux lukrattivi jew li ma jeżerċitawx attività ekonomika.

FuqFuq

4. L-għajnuna legali tista’ tingħata fit-tilwim kollu?

L-għajnuna legali tista’ tinkiseb għal kwalunkwa xorta ta’ kontroversja ċivili u ġuriżdizzjoni volontarja.

L-għajnuna legali ma tistax tinkiseb f’kawżi għal ċessjoni ta’ krediti u għal raġunijiet oħra, għajr fejn iċ-ċessjoni tkun saret għall-ħlas ta’ krediti jew għal raġunijiet li kienu jeżistu qabel.

5. Hemm xi proċedura speċifika għall-emerġenzi?

M’hemm l-ebda proċedura speċifika għall-każi ta’ urġenza. Madanakollu, għandu jiġi rilevat li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fi żmien qasir (għaxart ijiem) u li, skond prinċipju ġenerali, li joħroġ ukoll mid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna legali, l-entità responsabbli mill-għoti ta’ l-għajnuna legali trid tiddeċiedi minnufih fil-każi ta’ urġenza.

6. Minn fejn nista’ nġib formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali?

Wara l-introduzzjoni riċenti ta’ dispożizzjonijiet ġodda dwar is-suġġett, il-Ministeru tal-Ġustizzja jinsab fil-proċess tal-produzzjoni ta’ formola talba għall-għajnuna legali li tiġi preżentata lill-entità responsabbli mill-għoti ta’ l-għajnuna legali.

Kulmin jemmen li jissodisfa r-rekwiżiti legali jista’ jitlob l-għajnuna legali bala ma juża l-formoli stabbiliti minn qabel, fi kwalunkwa stadju jew istanza tal-proċeduri imma jrid jiffirma t-talba.

Il-firma trid tiġi awtentikata mid-difensur tal-parti jew skond l-Artiklu 38 tad-Digriet Presidenzjali Nru 2000/445 (it-talba trid tiġi ffirmata fil-preżenza ta’ impjegat tal-Qorti imma tista’ tiġi preżentata flimkien ma’ kopja fotostatika mhux awtentikata ta’ dokument ta’ l-identità ta’ min tkun il-firma).

FuqFuq

It-talba tista’ tintbagħat bil-faks jew bil-posta elettronika, sakemm jiġu osservati l-formalitajiet xierqa.

7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba għall-għajnuna legali?

It-talba għandha ssir fuq karta sempliċi (mhux ittimbrata) u ma tkunx eliġibbli jekk ma jkunx fiha d-dettalji li ġejjin:

  1. it-talba għall-għajnuna legali u l-indikazzjoni tal-proċeduri li tirreferi għalihom, jekk ġa jkunu nfetħu;
  2. id-dettalji personali tal-persuna kkonċernata u l-membri tal-familja tal-persuna, flimkien mal-kodiċi fiskali rispettivi tagħhom;
  3. stqarrija minn min jagħmel it-talba, fis-sens li d-dħul tiegħu ikun tali li jagħmlu eliġibbli għall-għajnuna legali, b’indikazzjoni speċifika tad-dħul totali li għandu jitqies;
  4. l-impenn li min qed jagħmel it-talba jinnotifika, sakemm ma l-proċess isir definittiv, il-bidliet sinifikanti fid-dħul mis-sena preċedenti fi żmien 30 jum mill-iskadenza tat-terminu ta’ sena mill-preżentzzjoni tat-talba jew ta’ kwalunkwa komunikazzjoni preċedenti dwar il-bidla.

Biex tkun eliġibbli, it-talba jrid ikun fiha stqarrija tal-fatti u l-qagħda legali li tista’ tintuża biex jiġi deċiż li t-talma mhijiex infondata manifestament, bl-indikazzjoni speċifika tal-provi li għandhom jiġu preżentati.

Fil-każ ta’ dħul li wieħed jaqla’ minn barra mill-pajjiż, iċ-ċittadini ta’ Stati mhux membri ta’ l-UE jridu jehmżu attestazzjoni mill-awtorità konsulari kompetenti, li tikkonferma l-veraċità ta’ l-istqarrija.

Fejn jintalab mill-ġudikant jew mill-assoċjazzjoni kompetenti ta’ l-avukati, min jagħmel it-talba jrid jipproduċi d-dokumentazzjoni neċessarja biex jipprova l-veraċità ta’ l-istqarrija tiegħu; inkella t-talba ma tkunx eliġibbli.

FuqFuq

8. Fejn għandi nirreġistra t-talba tiegħi għall-għajnuna legali?

It-talba għall-għajnuna legali trid tiġi ppreżentata, esklussivament, minn min jagħmilha jew mill-avukat tiegħu, inkella tintbagħat b’mezz irreġistrat lill-assoċjazzjoni ta’ l-avukati tal-post fejn ikollu s-sede l-ġudikant li jkun qed jisma’ l-każ jew, jekk il-każ ma jkunx pendenti, fil-post fejn ikun ibbażat il-ġudikant kompenti biex jikkonoxxi l-mertu tal-każ.

Jekk il-każ ikun fl-istadju ta’ l-appell, l-entità kompetenti tkun l-assoċjazjoni ta’ l-avukati ta’ fejn il-ġudikant ta d-deċiżjoni kkontestata.

Fi żmien għaxart ijiem, l-assoċjazzjoni ta’ l-avukati tagħti l-għajnuna legali lil min jagħmel it-talba, jekk tkun temmen li d-dħul ma jkunx jaqbeż il-limitu stabbilit u t-talbiet ta’ min jagħmel it-talba ma jkunux infondati manifestament.

Fil-każ li l-azzjoni ċivili għad-dani tiġi eżerċitata b’rabta ma’ proċeduri kriminali, it-talba trid tiġi ppreżentata jew rid tasal fis-sigrieta tal-ġudikant, li jipprovdi f’dan ir-rigward.

9. Kif niġi mgħarraf iniex eliġibbli jew le għall-għajnuna legali?

Kopji tad-dokument fejn l-assoċjazzjoni ta’ l-avukati tilqa’ jew tiċħad it-talba jew tiddikjaraha mhux eliġibbli jintbagħtu lill-parti kkonċernata u lill-ġudikant.

Jekk min jagħmel it-talba ikun fi stt ta’ detenzjoni, il-kopja ta’ dan id-digriet tiġi komunikata skond il-formalitajiet stipulati speċifikament fil-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x'għandi nagħmel?

11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżilli l-avukat?

Dawk li jingħataw l-għajnuna legali jistgħu jinnominaw avukat minn fuq il-listi ta’ l-avukati ta’ għajnuna legali, mfassla mill-assoċjazzjonijiet ta’ l-avukati tad-distrett tal-Qorti ta’ l-Appell fejn ikollu s-sede l-ġudikant kompetenti biex jikonoxxi l-merti talkaż jew il-ġudikant li l-każ ikun pendenti quddiemu.

FuqFuq

Dawk li jingħataw l-għajnuna legali jistgħu wkoll jinnominaw periti tekniċi fejn dan ikun permess bil-liġi.

Jekk il-każ ikun fl-istadju ta’ l-appell, l-avukat jintgħażel mil-listi mfassla mill-assoċjazzjonijiet ta’ l-avukati tad-distrett tal-Qorti ta’ l-Appell fejn ikollu s-sigrieta tiegħu l-ġudijkant li ta d-deċiżjoni kkontestata.

L-elenku ta’ l-avukati inkarigati mill-għajnuna legali huwa magħmul mill-professjonisti li jkun talbu li jitqiegħdu fiha u li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa biex jirrappreżentaw lill-klijenti.

L-assoċjazzjoni ta’ l-avukati tieħu d-deċiżjoni li tinkludi l-avukati fil-lista fuq il-bażi ta’ l-attitudni ta’ l-avukat, l-esperjenza professjonali li jkollu matul l-aħħar sitt snin u fuq in-nuqqas ta’ miżuri dixxiplinari meħuda kontrieh.

L-avukati jistgħu jitneħħew mill-elenku fi kwalunkwa waqt. L-elenku jiġġedded ta’ kull sena u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-uffiċji ġudizzjarji kollha tad-distrett.

Id-difensur ta’ parti ammessa għall-għajnuna legali irid jitlob stqarrija ta’ estinzjoni tal-proċess f’każ tal-kanċellazzjoni tiegħu mil-lista tal-kawżi minħabba inattività tal-partijiet (skond l-Artiklu 309 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). L-innosservanza ta’ dan l-obbligu hija materja dixxiplinarja.

12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-proċess tiegħi?

Dawk li jirċievu l-għajnuna legali huma eżentati mill-ħlas ta’ xi spejjeż, filwaqt li spejjeż oħra jitħallsu mill-Istat, kif stipulat fl-Artiklu 131 tat-Test Konsolidat Nru 2002/115. L-għajnuna tkopri l-ispejjeż kollha tal-proċeduri li titlob il-liġi, inkluża l-ħatra ta’ perit li jaġixxi f’isem min jirċievi l-għajnuna legali. Madanakollu,din ma tkoprix l-ispiża tal-konsulenza ekstraġudizzjarja.

FuqFuq

Id-drittijiet u l-ispiża ta’ l-avukat ta’ min jagħmel it-talba jiġu likwidati mill-ġudikant fi tmiem kull stadju jew livell tal-proċess u fi tmiem i-proċeduri.

Jiġu likwidati wkoll l-ispejjeż u d-drittijiet ta’ l-assistant ġudizzjarju u lil kwalunkwa perit tekniku tal-parti.

L-ordni ta’ ħlas jiġi komunikat lill-benefiċjarju u lill-partijiet involuti, inkluż lill-prosekuzzjoni, u jista’ jiġi kkontestat mill-partijiet interessati.

Id-difensur ta’ min jagħmel it-talba, l-assistent ġudizzjarju u l-perit tekniku tal-parti ma jistgħux jitolbu jew jirċievu remunerazzjoni jew kumpens mingħand il-klijent tagħhom, għajr dak li taħseb għalih il-liġi. Kwalunkwa ftehim xorta oħra huwa null u bla effett u kwalunkwa ksur tad-divjet huwa offiża dixxiplinari serja.

Fil-każ ta’ azzjoni ċivili eżerċitata fi proċeduri kriminali, l-ispejjeż tal-proċeduri huma rregolati bl-Artiklu 108 tat-test konsolidat. L-eliġibbiltà għall-għajnuna legali, madanakollu, għandha effetti sostanzjalment identiċi għal dawk stipulati bir-regoli ġenerali.

13. Jekk nikkwalifika għal għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħra?

Ir-regoli dwar l-għajnuna legali ma’ taħsibx għal għajnuna legali parzjali.

14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tkopri xi reviżjoni li nista' nagħmel wara l-proċess?

L-eliġibbiltà tgħodd għal kull grad u kull stadju tal-proċess u għal kwalunkwa proċedura li toħroġ minnu jew li tkun b’xi mod marbuta miegħu (bħalma huwa l-infurzar).

FuqFuq

Madanakollu, jekk min jirċievi l-għajnuna legali jitlef il-kawża, dan ma jistax juża l-għajnuna legali biex jikkontesta d-deċiżjoni, għajr fil-każ ta’ kawżi għar-riżarċiment ta’ danni fi proċeduri kriminali.

15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tista’ tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-proċess (jew anki wara l-proċess)?

Jekk, matul il-proċeduri, jkun hemm bidliet fid-dħul ta’ min ikun qed jirċievi l-għajnuna legali, li jkollhom effett fuq l-eliġibbiltà tiegħu għall-għajnuna legali, il-ġudikant odjern jirrrevoka l-provvediment ta’ l-eliġibbiltà.

Il-ġudikant odjern jista’ wkoll jirrevoka l-għajnuna legali f’kull waqt, jekk jirriżulta li l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà ma jkunux qed jiġu osservati jew li l-parti kkonċernata tkun aġixxiet jew irreaġixxiet b’mala fide jew b’kolpa gravi.

Ir-revoka tidħol fis-seħħ mill-waqt meta timmaterjalizza l-bidla fiċ-ċirkustanzi, filwaqt li fil-każijiet l-oħra, din ikollha effett retroattiv u tinvolvi l-irkupru ta’ l-ammonti imħallsa mill-Istat.

Jekk jinstab li jkunu saru stqarrijiet foloz, l-uffiċju finanzjarju jitlob ir-revokata’ l-għajnuna u jgħaddi x-xhieda lill-Prosekutur Pubbliku kompetenti biex jiftaħ kawża kriminali jekk ikun il-każ.

Il-kontrolli li l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà jkunu għadhom osservati jistgħu jiġu ripetuti matul il-proċeduri, fuq talba ta’ l-awtoritajiet ġudizzjarji jew fuq inizjattiva ta’ l-uffiċċju finanzjarju.

Min jinstab ħati ta’ stqarrija falza dwar id-dħul jeħel bejn sena u ħames snin ħabs u multa ta’ bejn €309.87 u €1549.37. Il-piena tiżdied jekk l-istqarrija falza rkun wasslet biex min għamilha rċieva jew baqa’ jirċievi l-għajnuna legali.

Il-kundanna twassal għar-revoka retroattiva ta’ l-għajnuna u l-irkupru, mingħand min iwettaq ir-reat, ta’ l-ammoni mħallsa mill-Istat.

16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella minn din id-deċiżjoni?

Jekk l-assoċjazzjoni kompetenti ta’ l-avukati tiċħad it-talba għall-għajnuna legali jew tiddikjara li t-talba ma tistax tintlaqa’, min jagħmel it-talba jista’ jagħmel it-talba mill-ġdid lill-ġudikant odjern, li mbagħad jiddeċieda dwar it-talba u joħroġ digriet fir-rigward.

Aktar tagħrif

Ħarsien ta’ minorenni abbandunati; proċeduri li għandhom x'jaqsmu mar-responsabbiltà tal-ġenituri

L-Att Nru 149 tat-28 ta’ Marzu 2001 (ippubblikat fil-Gazzetta tal-Liġi Nru 96/2001) introduċa l-għoti ta’ għajnuna legali obbligatorju fi proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’ minorenni abbandunati u fi proċeduri li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà tal-ġenituri (il-limitazzjoni tar-responsabbiltà u d-dekadenza).

Id-dispożizzjonijiet, li jeħtieġu leġiżlazzjoni addizzjonali għall-implimentazzjoni, deħlin fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2003 (Digriet Nru 126/2002).

Sa dik id-data, it-Test Konsolidat Nru 115/2002 jibqa’ jirregola l-proċeduri li jaqgħu taħt l-Att Nru 184/1983 (il-proċeduri għad-dikjarazzjoni ta’ l-istat ta’ adottabbiltà u l-proċeduri ta’ l-addozzjoni) skond l-Artiklu 143 tat-Test Konsolidat, li jordna li l-Istat iħallas:

  1. id-drittijiet u l-ispejjeż ta’ l-avukat u tal-periti tekniċi – kemm dawk maħtura mill-qorti kif ukoll dawk imqabbda mill-partijiet;
  2. il-kumpens u l-ispejjeż tal-ġudikanti, ta’ l-uffiċjali pubbliċi u ta’ l-uffiċjali ġudizzjarji għat-twettiq ta’ xogħol barra mis-sede fejn jiżvolġi l-proċess;
  3. l-ispejjeż u l-kumpens spettanti lix-xhieda u lin-nutara;
  4. id-drittijiet u l-indennizz ta’ l-uffiċjali tal-qorti għan-notifiki u l-eżeguzzjoni.
Għall-każijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri, japplikaw ir-regoli dwar il-proċeduri dwar il-ġuriżdizzjoni volontarja.

Proċeduri għad-deportazzjoni ta’ ċittadini ta’ Stati mhux membri ta’ l-UE

Fi proċeduri għad-deportazzjoni ta’ ċittadini ta’ Stati mhux membri ta’ l-UE, l-Istat iħallas id-drittijiet u l-ispejjeż ta’ l-avukat u l-assistant ġudizzjarju, li jiġu likwidati mill-imħallef odjern.

Fil-każ ta’ kontestazzjoni, din tista’ tiġi preżentata lill-president ta’ l-uffiċċju ġudizzjarju rilevanti.

Proċeduri ta’ interdizjoni u ta’ inabilitazzjoni meħuda mill-prosekutur pubbliku

L-ispejjeż huma rregolati bir-regola ġenerali.

Madanakollu, id-drittijiet tal-periti tekniċi tal-persuna li tintalab l-interdizzjoni jew l-inabilitazzjoni tagħha jitħallsu mill-Istat.

Hekk kif tingħata s-sentenza, l-Istat għandu d-dritt li jitlob il-ħlas mingħand it-tuturi u l-kuraturi, jekk kemm-il darba l-ġudikant jistabbilixxi li d-dħul ikun jaqbeż il-limiti ffissati għall-għajnuna legali fil-proċessi ċivili, wara li jkun ikkunsidra d-dokumenti ppreżentati jew l-istħarriġ imwettaq mill-uffiċċju finanzjarju.


« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Italja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 14-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit