Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Liġi Internazzjonali

L-aħħar aġġornament: 09-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Liġi Internazzjonali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


L-għajnuna legali hija dritt fondamentali rikonoxxut mill-Kunsill ta’ l-Ewropa

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali English - français li ġiet iffirmata mill-Istati Membri kollha ta’ l-Unjoni, jgħid li kulħadd għadu d-dritt għas-smigħ xieraq.

Huwa jispeċifika li kull min ikun akkużat b’reat kriminali għandu d-dritt li jiddefendi lilu nnifsu personalment jew permezz ta’ l-għajnuna legali li jagħżel huwa stess jew, jekk m’għandux biżżejjed mezzi biex iħallas għall-għajnuna legali, tingħatalu b’xejn meta l-interessi tal-ġustizzja jeħtieġu hekk.

Din id-dispożizzjoni għandha x’taqsam ma’ kwistjonijiet kriminali imma l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem English - français iddeċidiet li dan il-prinċipju japplika għall-kwistjonijiet ċivili wkoll.

Jekk persuna tħoss li d-drittijiet tagħha għall-għajnuna legali nkisru, dik il-persuna tista’, taħt ċerti kondizzjonijiet, tirriferi l-kwistjoni lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Konvenzjonijiet internazzjonali maħsubin biex jagħmlu l-ħajja aktar faċli għaċ-ċittadini

Jekk tixtieq tirċievi l-għajnuna legali f’pajjiż li mhux dak li toqgħod fih, għandek tkun taf bil-konvenzjonijiet internazzjonali li huma maħsubin biex jagħmlu l-ħajja aktar faċli.

L-Istati Membri ta’ l-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Ġermanja huma partijiet fil-Ftehim Ewropew fuq it-Trażmissjoni ta’ Applikazzjonijiet għall-Għajnuna Legali English - français tal-Kunsill ta’ l-Ewropa (iffirmat fi Strasbourg fl-1977).

FuqFuq

Il-Ftehim jintroduċi proċedura li biha, jekk soltu toqgħod fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti u tixtieq tapplika għall-għajnuna legali fit-territorju ta’ Parti Kontraenti oħra, tista’ tibgħat l-applikazzjoni tiegħek fl-Istat fejn is-soltu toqgħod. Dak l-Istat jittrażmetti l-applikazzjoni lill-Istat l-ieħor skond ċerti kondizzjonijiet.

Hemm lista ta’ awtoritajiet li tista’ tirriferi għalihom.

Konvenzjoni English - français iffirmata fl-Aja fl-1980 dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-Ġustizzja tipprovdi għat-trażmissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna legali bejn il-partijiet Kontraenti f’forma ta’ mudell miftiehem minn kulħadd. Din il-Konvenzjoni teħtieġ li ċittadini u residenti tal-Partijiet Kontraenti jingħataw l-għajnuna legali fi Stati Kontraenti Oħra skond l-istess kondizzjonijiet daqslikieku kienu joqgħodu hemm.

Imma din il-Konvenzjoni ma ġietx ratifikata mill-Istati Membri kollha ta’ l-Unjoni.

Dokumenti ta’riferenza

  • Il-Konvenzjoni English - français Ewropea fuq id-Drittijiet tal-Bniedem (Artikolu 6) – Il-Kunsill ta’ l-Ewropa
  • Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem English - français (kondizzjonijiet biex tibda kawża u l-forma).
  • Il-Ftehim Ewropew English - français fuq it-Trażmissjoni ta’Applikazzjonijiet għall-Għajnuna Legali, 1977 (Kunsill ta’ l-Ewropa)
  • Konvenzjoni English - français dwar l-aċċess internazzjonali għall-ġustizzja (Il-konferenza ta’ l-Aja fuq il-liġi internazzjonali privata)

« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Internazzjonali - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 09-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit