Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Ġermanja

L-aħħar aġġornament: 29-06-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Ġermanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. Xi spejjeż huma involuti fil-proċeduri legali u min normalment ikollu jħallashom? 1.
2. X’inhi l-għajnuna legali? 2.
3. Għandi dritt għall-għajnuna legali? 3.
4. L-għajnuna legali tingħata għat-tipi kollha ta’ proċeduri? 4.
5. Hemm proċeduri speċjali f’każ ta’ bżonn? 5.
6. Fejn nista’ nakkwista formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali? 6.
7. Liema dokumenti għandhom bżonn jintbagħtu mal-formula ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna legali? 7.
8. Fejn nista’ nakkwista formola ta’ applikazzjoni tiegħi għall-għajnuna legali? 8.
9. Kif nista’ nkun naf jekk iniex intitolat għall-għajnuna legali? 9.
10. X’għandi nagħmel jekk jiena intitolat għall-għajnuna legali? 10.
11. Min jagħżilli l-avukat, jekk jiena intitolat għall-għajnuna legali? 11.
12. L-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż kollha tal-proċeduri? 12.
13. Min iħallas l-ispejjeż l-oħra, jekk jiena intitolat biss għall-għajnuna legali limitata? 13.
14. L-għajnuna legali tkopri l-appelli wkoll? 14.
15. Tista’ tkun irtirata l-għajnuna legali qabel ma jkunu konklużi l-proċeduri (jew ukoll revokata qabel ma jintemmu l-proċeduri)? 15.
16. Nista’ nikkontesta rifjut għall-għoti ta’ l-għajnuna legali? 16.

 

1. Xi spejjeż huma involuti fil-proċeduri legali u min normalment ikollu jħallashom?

Meta l-avukati jagħtu parir u jirrappreżentaw il-klijenti għandhom dritt għal remunerazzjoni għal dawn is-servizzi bejn wieħed u ieħor fi proporzjon mal-valur tal-każ. Meta jsiru l-proċeduri fil-qorti, ikun hemm ukoll l-ispejjeż tal-qorti. L-ispejjeż tal-qorti jinvolvu aktar minn sempliċiment drittijiet u nefqa li ssir mill-qorti. Jinkludu wkoll spejjeż li jridu jitħallsu mill-persuna fil-bżonn ta’ l-assistenza biex jagħmel att meħtieġ mill-qorti u l-ispejjeż minfuqa għall-prosekuzzjoni jew difiża raġonevoli. Persuna li m’għandhiex bżonn l-assistenza ġeneralment tħallas dawn l-ispejjeż. Meta tintrebaħ il-kawża fil-qorti, l-ispejjeż is-soltu jitħallsu lura mill-kontroparti.

2. X’inhi l-għajnuna legali?

Fil-Ġermanja issir distinzjoni bejn l-assistenza skond l-Iskema dwar il-Pariri Legali u l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti.

L-Att dwar l-Iskema dwar il-Pariri Legali jaħseb għall-persuni bi dħul baxx biex jirċievu l-assistenza fl-ispiża tal-pariri u r-rappreżentanza barra l-awla tal-qorti.

Persuni li għandhom bżonn jirċievu l-assistenza fit-tmexxija tal-proċeduri tal-qorti skond ir-regoli dwar l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti.

3. Għandi dritt għall-għajnuna legali?

L-għajnuna legali (assistenza skond l-Iskema dwar il-Pariri Legali u l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti) tingħata meta ċ-ċirkostanz personali u ekonomiċi ta’ l-applikant huma tali li ma jkunx jista’ jsib il-fondi meħtieġa u ma għandu l-ebda possibbilità oħra raġonevoli li jikseb l-assistenza (per eżempju assigurazzjoni għall-protezzjoni legali, pariri minn assoċjazzjoni ta’ l-inkwilini jew trade union).

FuqFuq

L-eżerċizzju tad-drittijiet maħsub m’għandux ikun doluż jew malizzjuż. Biex tingħata l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti, il-prosekuzzjoni jew id-difiża għandhom ukoll ikollhom possibbilità raġonevoli ta’ suċċess. Il-qorti li tiddeċiedi fuq l-applikazzjoni għall-assistenza għall-ispejjeż trid tikkonsidra, fuq il-bażi tar-rappreżentazzjoni tal-fatti mill-applikant u d-dokumentazzjoni disponibbli, li l-fehma legali hija korretta jew għall-anqas ġustifikabbli u tkun konvinta li huwa possibbli li jitressaq każ.

Meta dawn il-kondizzjonijiet ikunu sodisfatti, l-applikant huwa intitolat għall-assistenza skond l-Iskema dwar il-Pariri Legali u l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti.

4. L-għajnuna legali tingħata għat-tipi kollha ta’ proċeduri?

L-assistenza skond l-Iskema għall-Pariri Legali (parir u, meta meħtieġ, ir-rappreżentanza) tingħata fil-kawżi ċivili inkluż kawżi dwar l-impjieg, amministrattivi, kostituzzjonali u soċjali. F’kawżi kriminali u kawżi li jinvolvu reati amministrattivi, jingħataw biss pariri. F’każijiet meta għandhom ikunu applikati l-liġijiet ta’ Stati oħra, l-assistenza skond l-Iskema dwar il-Pariri Legali tingħata, jekk hemm konnessjoni Ġermaniża. Ma tingħata l-ebda assistenza skond l-Iskema dwar il-Pariri Legali fir-rigward ta’ kawżi tat-taxxa.

L-assistenza għall-ispejjeż legali tingħata għat-tipi kollha ta’ kawżi ċivili, każijiet li jinvolvu l-ġurisdizzjoni volontarja u każijiet miġjubin quddiem it-tribunali industrijali, il-qrati amministrattivi, il-qrati soċjali u l-qrati tat-taxxa. L-ebda assistenza għall-ispejjeż tal-qorti ma tingħata lill-akkużat fil-proċeduri tal-qorti kriminali u lid-debituri fil-proċeduri ta’ falliment. Ir-regoli fuq avukati tad-difiża mqabbda mill-qorti fihom dispożizzjonijiet speċjali li jkopru l-proċeduri kriminali. Fil-proċeduri ta’ falliment, id-debituri jingħataw żmien biex iħallsu l-ispejjeż proċedurali.

FuqFuq

5. Hemm proċeduri speċjali f’każ ta’ bżonn?

M’hemmx proċeduri speċjali. L-opportunitajiet biex tinkiseb l-assistenza skond l-Iskema għall-Pariri Legali u l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti huma ddisinjati speċifikatament biex ikopru każijiet ta’ bżonn.

6. Fejn nista’ nakkwista formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali?

Formoli għall-applikazzjoni skond l-Iskema għall-Pariri Legali u l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti jistgħu jinkisbu mill-qrati lokali u l-avukati.

7. Liema dokumenti għandhom bżonn jintbagħtu mal-formula ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna legali?

Id-dettalji meħtieġa tad-dħul għandhom ikunu ddokumentati (eż. riċevuti tal-paga, jew l-aktar dikjarazzjoni tat-taxxa riċenti fil-każ ta’ persuni li jaħdmu għal rashom).

8. Fejn nista’ nakkwista formola ta’ applikazzjoni tiegħi għall-għajnuna legali?

L-applikazzjoni għall-għajnuna skond l-Iskema għall-Pariri Legali tintbagħat lill-qorti lokali, fid-distrett fejn joqgħod l-applikant (id-domiċilju). Meta l-applikant m’għandux domiċilju fil-Ġermanja, ir-responsabbilità tkun tal-qorti lokali fejn jinqala’ l-bżonn għall-assistenza skond l-Iskema għall-Pariri Legali . Huwa possibbli wkoll li avukat ikun ikkuntattjat direttament għall-assistenza skond l-Iskema għall-Pariri Legali. L-applikazzjoni imbagħad għandha tintbagħat wara lill-qorti.

L-applikazzjonijiet għall-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti għandhom jintbagħtu lill-qorti fejn il-proċeduri partikolari qegħdin jew ser isiru. Il-qorti (mhux korp ta’ ħarsien soċjali) teżamina l-applikazzjoni u tiddeċiedi jekk il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti humiex sodisfatti.

FuqFuq

9. Kif nista’ nkun naf jekk iniex intitolat għall-għajnuna legali?

L-informazzjoni dwar l-assistenza skond l-Iskema għall-Pariri Legali u l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti jistgħu jinkisbu mill-qrati lokali u l-avukati.

10. X’għandi nagħmel jekk jiena intitolat għall-għajnuna legali?

Meta l-applikanti huma intitolati għall-assistenza skond l-Iskema għall-Pariri Legali u l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti, għandhom jimlew il-formula xierqa, jehmżu d-dokumenti meħtieġa u jwassluha fl-uffiċċju indikat fit-taqsima 8.

11. Min jagħżilli l-avukat, jekk jiena intitolat għall-għajnuna legali?

L-applikant jista’ jagħżel l-avukat mingħand min jikseb l-assistenza skond l-Iskema għall-Pariri Legali. Fi Bremen u Hamburg l-uffiċċji għall-pariri liċ-ċittadini jipprovdu l-pariri legali. L-avukati huma meħtieġa li jagħtu pariri legali. Jistgħu jirrifjutaw li jippatroċinaw kawża meta hemm biss raġunijiet serji għal dan.

L-għażla ta’ avukat hija wkoll kwistjoni ta’ l-applikant fejn tingħata l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti. L-applikanti għandhom jagħżlu avukat awtorizzat biex jirrappreżentahom. Huwa biss meta l-applikanti ma jkunx jistgħu jsibu avukat lest li jirrapreżentahom li l-imħallef li jippresjiedi jassenja avukat.

12. L-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż kollha tal-proċeduri?

L-avukat li jipprovdi l-għajnuna legali huma intitolat li jitlob dritt ta’ €10 mill-applikant, li jista’ jkun ċedut skond iċ-ċirkostanzi tal-parti. Ftehim ieħor dwar ir-remunerazzjoni m’għandu l-ebda valur skond il-liġi. L-avukat jirċievi l-bqija tar-remunerazzjoni minn fondi pubbliċi.

FuqFuq

Meta tingħata l-assistenza għall-ispejjeż, l-ispejjeż kollha proċedurali ta’ l-applikant ikunu koperti ħlief għall-ispejjeż mhux relatati mal-preżentazzjoni tal-każ. M’hemm l-ebda spejjeż oħra għall-parti fil-bżonn.

13. Min iħallas l-ispejjeż l-oħra, jekk jiena intitolat biss għall-għajnuna legali limitata?

Meta applikazzjoni għall-għajnuna legali hija ġġustifikata, l-applikant ma jeħilx spejjeż oħra. L-ispejjeż kollha li jinqalgħu mill-proċeduri huma koperti mill-approvazzjoni ta’ l-għajnuna. Meta l-applikanti għandhom il-mezzi finanzjarji biex ikopru parti mill-ispejjeż b’parti mid-dħul tagħhom, huma meħtieġa iħallsu lura dik is-somma lill-fondi pubbliċi bin-nifs.

14. L-għajnuna legali tkopri l-appelli wkoll?

L-approvazzjoni ta’ l-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti ma tkoprix awtomatikament l-appelli. Il-kopertura tieqaf meta d-deċiżjoni finali tikkonkludi l-każ. Iżda, applikazzjoni ġdida tista’ ssir għall-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti biex tkopri l-proċeduri ta’ l-appell. Il-qorti ta’ l-appell teżamina jekk il-parti għadhiex fil-bżonn, jekk l-appell hux doluż jew malizzjuż u jekk hemmx il-possibilità ta’ suċċess. Jekk dawn il-kondizzjonijiet huma sodisfatti, il-parti hija intitolata għall-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti biex tkopri l-appell.

15. Tista’ tkun irtirata l-għajnuna legali qabel ma jkunu konklużi l-proċeduri (jew ukoll revokata qabel ma jintemmu l-proċeduri)?

L-assistenza skond l-Iskema ta’ Pariri Legali tista’ tkun irrevokata jekk tkun ingħatat fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz magħmula mill-applikant.

L-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti tista’ tkun irrevokata biss fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  1. meta dikjarazzjoni falza dwar it-tilwima tkun waslet għall-approvazzjoni ta’ l-għajnuna,
  2. meta tkun ingħatat informazzjoni falza dwar il-kondizzjonijiet personali għall-għoti ta’ l-għajnuna u ma tkunx saret dikjarazzjoni,
  3. meta ċirkostanzi personali jew finanzjarji ma jkunux ġew iddikjarati,
  4. meta l-ħlasijiet bin-nifs jaqgħu lura.

16. Nista’ nikkontesta rifjut għall-għoti ta’ l-għajnuna legali?

Jista’ jinstema appell speċjali kontra deċiżjoni meħuda minn qorti lokali li tirrifjuta l-assistenza skond l-Iskema għall-Pariri Legali.

Meta tkun ġiet irrifjutata applikazzjoni għall-assistenza għall-ispejjeż tal-qorti, l-applikant jista’ jappella kontra d-deċiżjoni fi żmien xahar, jekk il-valur fil-kwistjoni fil-proċeduri ewlenin jaqbeż €600. Meta l-valur fil-kwistjoni fil-proċeduri ewlenin ma jaqbiżx €600, l-appell huwa ammissibbli biss jekk il-qorti tkun ċaħdet l-applikazzjoni purament fuq il-bażi tas-sitwazzjoni personali u finanzjarja ta’ l-applikant.

Aktar tagħrif

Aktar informazzjoni dwar l-assistenza skond l-Iskema għall-Pariri Legali tinsab fil-ktejjeb Guter Rat ist nicht teuer (Parir tajjeb mhux għoli), li jista’ jinkiseb billi tmur fil-website Deutsch u tikklikkja fuq "Veröffentlichungen" (pubblikazzjonijiet).

« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Ġermanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 29-06-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit