Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Għajnuna legali: li tiggarantixxi aċċess għall-ġustizzja

Jekk ma jkollox mezzi finanzjari biżżejjed biex tlaħħaq ma’ l-ispejjeż ta’ kawża fil-qorti inti tista’ tapplika għall-għajnuna legali.

Immaġina sitwazzjoni fejn inti jkollok xi tgħid ma’ xi kumapanija, professjonist, l-imgħallem tiegħek, membru tal-familja jew xi ħadd f’pajjiżek jew barra minn pajjiżek. Jekk inti ma tkunx tista’ ssolvi l-kwistjoni b’mod amikevoli, inti tista’ tiftaħ kawża l-qorti, jew tista’ tkun tinħtieġ li tiddefendi ruħek jekk il-parti l-oħra tiftaħ kawża kontrik.

X’aktarx tmur tieħu parir ta’ avukat li jfiehmek id-drittijiet tiegħek u jgħidlek jekk ikunx jaqbillek li tieħu l-passi bil-qorti jew le.

Is-sistemi ta’ l-għajnuna legali jeżistu f’kull Stat Membru ta’ l-UE.

Hemm differenzi bejniethom f’dak li għandu x’jaqsam man-natura u l-ambitu ta’ l-għajnuna disponibbli u l-kondizzjonijiet li jintitolawk għaliha, iżda l-għan tas-sistemi kollha huwa l-istess: biex jassigura l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd.

Taħt ċerti kondizzjonijiet dawn is-sistemi nazzjonali jipprovdu:

  • Eżenzjoni minn jew l-assistenza fl-ispejjeż tal-qorti jew parti minnhom.
  • L-assistenza ta’ avukat li jagħtik parir qabel ma tiftaħ il-kawża u li jirrappreżentak fil-qorti, jekk ikun meħtieġ, b’xejn jew bi ħlas minimu.

Jekk tikklikkja fuq il-bnadar ta’ l-Istati Membri tista’ tikseb l-informazzjoni meħtieġa biex tiffamiljarizza lilek innifsek mas-sistemi nazzjonali ta’ l-għajnuna legali u l-kondizzjonijiet biex tiksibha, bħal per eżempju, rigward:

  • Il-mezzi finanzjarji tiegħek;
  • It-tipi ta’ kawżi li għalihom tista’ tingħata l-għajnuna legali;
  • Il-kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sustanza tal-kwistjoni.

Jekk tkun tixtieq tapplika għall-għajnuna legali fi Stat Membru li ma toqgħodx fih jeżistu ftehim internazzjonali li jistgħu iħaffu l-affaritjiet. L-informazzjoni dwar dan is-suġġett tista tinkiseb billi tikklikkja fuq l-icon tal-“liġi internazzjonali”.

Il-Kummissjoni Europea ħarġet ukoll proposta għal Direttiva dwar l-għajnuna legali, li ġiet ippubblikata f’Jannar 2002. L-informazzjoni dwar din tista’ tinkiseb billi tikklikkja fuq l-icon tal-“liġi Komunitarja”.

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit