Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 12-07-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Dritt fundamentali madwar l-Unjoni

It-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-għajnuna legali għandha tkun disponibbli għal min m’għandux riżorsi biżżejjed sakemm dik l-għajnuna tkun neċessarja biex tassigura l-aċċess effettiv għall-ġustizzja.

F’Jannar 2003 kienet adottata direttiva dwar l-għajnuna legali f’tilwimiet li mhumiex limitati għal pajjiż wieħed.

Fis-27 ta’ Jannar 2003 il-Kunsill adotta Direttiva biex itejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet li mhumiex limitati għal pajjiż wieħed billi tistabbilixxi r-regoli komuni minimi dwar l-għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn.

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw għall-każijiet ċivili “li mhumiex limitati għal pajjiż wieħed”, jiġifieri fejn il-persuna li titlob l-għajnuna legali ma toqgħodx fl-Istat Membru fejn se jinstema’ l-każ jew fejn għandha tkun esegwita d-deċiżjoni.

Id-direttiva tistabbilixxi l-prinċipju li l-persuni li ma jkollhomx riżorsi biżżejjed biex jiddefendu d-drittijiet tagħhom skond il-liġi huma intitolati jirċievu għajnuna legali xierqa.

Id-direttiva tistabbilixxi s-servizzi li għandhom ikunu provduti biex l-għajnuna legali titqies li hija xierqa:

  • Aċċess għall-pariri ta’ qabel il-litigazzjoni
  • Għajnuna legali u rappreżentanza fil-qorti
  • Eżenzjoni minn, jew għajnuna fl-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż konnessi man-natura transkonfinali tal-każ.

Id-direttiva tispeċifika wkoll il-kundizzjonijiet relatati mar-riżorsi finanzjarji ta’ l-applikant jew is-sustanza tat-tilwima li l-Istati Membri jistabbilixxu sabiex tingħata l-għajnuna legali.

Barra minn dan, it-test jipprovdi li l-għajnuna legali għandha tingħata, taħt xi kundizzjonijiet, lil persuni li jirrikorru għal metodi alternattivi ta’ soluzzjoni ta’ tilwim.

Fl-aħħar, id-Direttiva tal-Kunsill torganizza xi mekkaniżmi għall-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri li huma maħsuba biex jiffaċilitaw it-trażmissjoni u l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali. B’mod partikolari, id-direttiva tipprovdi għall-possibbiltà li persuna tissottometti l-applikazzjoni tagħha fil-pajjiż fejn tgħix, li mbagħad għandu jibgħatha, malajr u mingħajr ħlas, lill-awtoritajiet tal-pajjiż li għandu jagħti l-għajnuna.

FuqFuq

Id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2004. F’dik id-data, l-Istati Membri kellhom ikunu kkomunikaw xi tagħrif utli għall-applikazzjoni tad-direttiva (l-awtoritajiet kompetenti, il-mezzi biex jintlaqgħu l-applikazzjonijiet u l-lingwi aċċettabbli għall-preżentata ta’ l-applikazzjonijiet). Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fl-2003 u fl-2004 stabbilew żewġ forom standard ta’ talbiet għall-għajnuna legali u t-trażmissjoni tagħhom bejn l-Istati Membri. Għal aktar tagħrif, tista’ tikkonsulta t-taqsima “Għajnuna Legali” ta’ l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fil-kwistjonijiet ċivili.

Dokumenti ta’ referenza

  • Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwimiet li mhumiex limitati għal pajjiż wieħed billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn
  • Green Paper tal-Kummissjoni - l-għajnuna legali fil-kwistjonijiet ċivili: il-problemi li jiffaċċja l-litigant minn pajjiż ieħor
  • It-Trattat ta’ Amsterdam (l-Artikoli 61 sa 67)
  • Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere (il-punt 30)
  • Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 47)
  • Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2003 li tistabbilixxi forma għall-għajnuna legali u t-trażmissjoni tat-talbiet għall-għajnuna legali C(2003) 1829, (dalwaqt ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
  • 2004/844/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2004 li tistabbilixxi formola ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna legali taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE sabiex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f'tilwim li mhux limitat għal pajjiż wieħed billi tistabbilixxi regoli komuni minimi li għandhom x'jaqsmu ma' l-għajnuna legali f'tilwim bħal dan

« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 12-07-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit