Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Ċipru

L-aħħar aġġornament: 06-07-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Ċipru

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-ispejjeż tal-kawża u min għandu normalment iħallashom? 1.
2. Xi tkun l-għajnuna legali? 2.
3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? 3.
4. L-għajnuna legali tista’ tinkiseb fil-kwistjonijiet kollha? 4.
5. Teżisti proċedura speċifika fil-każ ta’ emerġenza? 5.
6. Minn fejn nista’ nikseb formola ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna legali? 6.
7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba tiegħi għall-għajnuna legali? 7.
8. Fejn għandi nirreġistra t-talba tiegħi għall-għajnuna legali? 8.
9. Kif insir naf jekk inkunx intitolat għall-għajnuna legali? 9.
10. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali, x’għandi nagħmel? 10.
11. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali, min jagħżel l-avukat tiegħi? 11.
12. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali, tkopri l-ispejjeż kollha tal-kawża? 12.
13. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħra? 13.
14. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali, tkopri xi reviżjonijiet li nista’ nagħmel wara li tinqata’ l-kawża? 14.
15. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali, tista’ titteħidli qabel ma tinqata’ l-kawża? 15.
16. Jekk ma nkunx intitolat għall-għajnuna legali, nista’ nappella din id-deċiżjoni? 16.

 

1. X’inhuma l-ispejjeż tal-kawża u min għandu normalment iħallashom?

L-ispejjeż tal-kawża jiddependu fuq in-natura tal-każ u jinkludu l-ispejjeż kollha tal-proċess ġudizzjali. Normalment, jinkludu l-ispejjeż tal-proċedura, l-ispejjeż tat-tħejjija tad-dokumenti legali u tar-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet provviżorji, l-ispejjeż tas-seduta u tad-dehra fil-qorti qabel u wara s-seduta, l-ispejjeż tax-xhieda, l-ispejjeż tat-tħejjija tal-kont ta’ l-ispejjeż u l-ispejjeż ta’ l-ittri qabel u wara l-proċedura. Fil-każijiet ċivili u fil-każijiet kriminali privati, il-qorti tiddeċidi min għandu jħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti fi tmiem il-kawża wara li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi u ċ-ċirkustanzi tal-każ.

Fil-każijiet ċivili u l-każijiet kriminali privati il-parti telliefa normalment tħallas l-ispejjeż kollha. Madankollu, hemm eċċezzjonijiet, u l-qorti tista’ tiddeċiedi li kull parti tħallas l-ispejjeż tagħha.

Fil-każijiet kriminali l-qorti tiddetermina l-ispejjeż tal-proċedimenti fuq il-bażi tal-kumplessità tal-każ.

2. Xi tkun l-għajnuna legali?

L-għajnuna legali hija benifiċċju li normalment jinkludi l-għoti tal-pariri u ta’ l-assistenza bit-teħid talpassi legali marbuta mal-proċedimenti, kif ukoll ir-rappreżentazzjoni bl-avukat fil-qorti. Ir-rappreżentazzjoni tinkludi kull forma ta’ assistenza li normalment jipprovdi avukat f’rabta mal-proċedimenti fl-istadji kollha sa’ l-għoti tas-sentenza, fl-istadju ta’ l-appell, u, fil-proċedimenti kriminali, f’kull stadju preliminari qabel ma l-proċedimenti proprji jibdew.

FuqFuq

3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali?

Kull persuna naturali (ċittadini Ċiprijotti jew barranin) li tista’ tagħti prova tan-nuqqas tal-kapaċità tagħha li tħallas l-ispejjeż legali tagħha għar-raġuni li l-ħlas ta’ l-ispejjeż jillimita l-kapaċità tagħha li tissodisfa l-ħtiġiet bażiċi u l-obbligi familjari hija intitolata għall-għajnuna legali.

4. L-għajnuna legali tista’ tinkiseb fil-kwistjonijiet kollha?

L-għajnuna legali tingħata fil-proċedimenti quddiem il-qrati Ċiprijotti kif ġej:

  1. fil-każ tal-proċedimenti kriminali f’qorti distrettwali, qorti tas-sisa, qorti militari u l-Qorti Suprema;
  2. fil-każ tal-proċedimenti ċivili u kriminali li jinvolvu il-ksur speċifiku tad-drittijiet tal-bniedem;
  3. fil-każ tal-proċedimenti quddiem il-qorti tal-familja dwar ir-relazzjonijiet familjari, il-kustodja tal-ġenituri, il-manteniment, il-leġittimazjoni tat-tfal, l-adozzjoni, ir-relazzjonijiet dwar proprjetà bejn il-miżżewġin jew kwistjonijiet oħra fiż-żwieġ jew fil-familja;
  4. fil-każ ta’ kwistjonijiet li jinvolvu pajjiżi differenti.

5. Teżisti proċedura speċifika fil-każ ta’ emerġenza?

F’emerġenza l-avukat jista’ jitlob lill-qorti li tkun qiegħda tisma’ l-każ biex toħroġ ċertifikat għall-għajnuna legali. F’dik iċ-ċirkustanza il-qorti tagħti l-prijorità meħtieġa biex tifli t-talba.

6. Minn fejn nista’ nikseb formola ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna legali?

Tista’ tinkiseb il-formola speċjali mir-reġsitru tal-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni li teżamina l-applikazzjoni għall-għajnuna legali, skond iċ-ċirkustanzi. L-applikant jew l-avukat tiegħu għandhom jimlew il-formola u jippreżentawha lill-qorti li tkun sejra tisma’ l-każ, sabiex tkun tista’ tidħol fir-reġistru speċjali ta’ l-istess reġistru.

FuqFuq

7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba tiegħi għall-għajnuna legali?

Dikjarazzjoni bil-miktub li tagħti t-tagħrif meħtieġ dwar il-partikularitajiet personali, x-xogħol, il-qliegħ u d-dħul, il-beni u s-sitwazzjoni tal-familja, eċċ.

(Il-Formola 2 ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna legali).

8. Fejn għandi nirreġistra t-talba tiegħi għall-għajnuna legali?

It-talba għandha tiġi rreġistrata fil-qorti li tkun sejra tisma’ l-każ tiegħek.

9. Kif insir naf jekk inkunx intitolat għall-għajnuna legali?

Permezz ta’ xi servizz legali (il-qrati, is-servizz legali, ir-reġsitratur ewlieni tal-Qorti Suprema, ir-reġistratur tal-qorti disstrettwali, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubblika, l-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati ta’ Ċipru, assoċjazzjoni lokali ta’ l-avukati).

10. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali, x’għandi nagħmel?

Għandek tibgħat talba bil-miktub lill-qorti li tkun sejra tisma’ l-każ tiegħek, fejn titlobha toħroġ ċertifikat għall-għajnuna legali.

11. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali, min jagħżel l-avukat tiegħi?

Il-benefiċċjarju ta’ l-għajnuna legali jagħżel l-avukat minn daw li huma lesti li joffru s-servizzi tagħhom. Jekk il-persuna ma tinnominax avukat ta’ l-għażla tagħha, il-qorti li toħroġ iċ-ċertifikat għall-għajnuna legali tistieden lill-benefiċċjaru biex jagħżel avukat li jippreferi minn lista ta’ avukati li jkunu lesti li jagħti s-servizzi ta’ l-għajnuna legali mħejjija mill-Assoċjazzjoni ta’ l-Avukati ta’ Ċipru.

FuqFuq

12. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali, tkopri l-ispejjeż kollha tal-kawża?

Jekk il-qorti toħroġ ċertifikat għall-għajnuna legali, l-ispejjeż kollha tiegħek jitħallsu.

13. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħra?

Ma hemmx provvediment għall-għajnuna legali parzjali fil-liġi Ċiprijotta. Ara t-tweġiba 12.

14. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali, tkopri xi reviżjonijiet li nista’ nagħmel wara li tinqata’ l-kawża?

L-għajnuna legali hija disponibbli f’kull livell tal-ġuriżdizzjoni (primarja mu sekondarja). Dan ifisser li jekk inti tkun irċevejt l-għajnuna legali fil-proċedimenti fil-prim’istanza, inti intitolat li titlob l-għajnuna legali wkoll fil-proċeduri l-oħra ta’ wara li jkunu marbuta mal-każ tiegħek. Ikun jenħtieġ li jinħareġ ċertifikat ġdid, wara l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni ġdida bil-miktub, għall-proċedimenti f’qorti ogħla.

15. Jekk inkun intitolat għall-għajnuna legali, tista’ titteħidli qabel ma tinqata’ l-kawża?

Il-qorti tista’ tirtira ċ-ċertifikat għall-għajnuna legali, ex ufficio jew fuq talba ta’ l-Avukat tar-Repubblika, jekk ikun hemm bidla sostanzjali fiċ-ċirkustanzi personali u finanzjarji tiegħek. Jekk jiġi rtirat iċ-ċertifikat, dan ma jaffettwax id-dritt ta’ avukat għall-ħlas tas-servizzi li jkun ta sa meta tkun ġiet iritirata l-għajnuna.

16. Jekk ma nkunx intitolat għall-għajnuna legali, nista’ nappella din id-deċiżjoni?

Hemm id-dritt ta’ l-appell kontra d-deċiżjoni li ma jinħariġx iċ-ċertifikat għall-għajnuna legali għar-raġuni li r-regola ġenerali tgħid li kull deċiżjoni tal-qorti tista’ tiġi appellata.

Aktar tagħrif

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mir-reġistratur ewlieni tal-Qorti Suprema fuq in-numru tat-telefon 22865716 minn Ċipru jew fuq + 357 22865716 minn barra Ċipru, jew mill-Uffiċċju għall-Affarijeit Legali tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubblika fuq in-numri tat-telefon 22805922 jew 2285946 minn Ċipru jew fuq + 357 2280922 or + 357 22805946 minn barra Ċipru.

« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Ċipru - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-07-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit