Kummissjoni Ewropea > NGE > Għajnuna legali > Belġju

L-aħħar aġġornament: 29-12-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Għajnuna legali - Belġju

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u normalment min għandu jħallashom? 1.
2. X’inhi l-għajnuna legali? 2.
3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali? 3.
4. L-għajnuna legali tista’ tingħata fit-tilwim kollu? 4.
5. Hemm xi proċedura speċifika għall-emerġenzi? 5.
6. Minn fejn nista’ nġib formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali? 6.
7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba għall-għajnuna legali? 7.
8. Fejn għandi nirreġistra t-talba tiegħi għall-għajnuna legali? 8.
9. Kif niġi mgħarraf inix eliġibbli jew le għall-għajnuna legali? 9.
10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x'għandi nagħmel? 10.
11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżilli l-avukat? 11.
12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-proċess tiegħi? 12.
13. Jekk nikkwalifika għal għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħra? 13.
14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tkopri xi reviżjoni li nista' nagħmel wara l-proċess? 14.
15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tista’ tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-proċess (jew anki wara l-proċess)? 15.
16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella minn din id-deċiżjoni? 16.

 

1. X’inhuma l-ispejjeż ta’ kawża u normalment min għandu jħallashom?

Kawża fil-qorti normalment tinvolvi firxa wiesgħa ta’ spejjeż: it-taxxi tal-boll u d-drittijiet tar-reġistrazzjoni, id-drittijiet fuq id-dokumenti legali, id-dritt għar-reġistrazzjoni tas-sentenza, l-ispejjeż tal-miżuri għall-istħarriġ, inklużi l-ispejjeż tax-xhieda u l-esperti, id-drittijiet ta’ l-avukati eċċ.

Bħala regola, is-sentenza finali tiddeċiedi l-ispejjeż kontra l-parti telliefa (l-artikli 1017 sa 1024 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

2. X’inhi l-għajnuna legali?

L-għajnuna legali tista’ tiġi definita bħala kwalunka mezz li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ persuna biex din ikollha aċċess effettiv għal qorti meta din il-persuna ma jkollhiex ir-riżorsi meħtieġa biex tkopri l-ispejjeż tal-proċedura.

Il-Kodiċi Ġudizzjarju jaħseb għal żewġ sistemi ta’ assistenza legali li japplikaw kemm fi kwistjonijiet ta’ għajnuna ċivili u dawk kriminali – assistenza legali primarja u sekondarja (l-artikli 446(b) u 508/1 sa 508/23 tal-Kodiċi Ġudizzjarju u d-Digrieti Irjali għall-implimentazzjoni tagħhom) u l-għajnuna legali (l-artikli 664 sa 699 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Assistenza legali primarja” tfisser assistenza legali fis-sura ta’ tagħrif prattiku, tagħrif legali, opinjoni legali inizjali jew riferiment għand entità jew organizzazzjoni speċjalizzati. L-assistenza legali primarja hija disponibbli kemm għall-individwi kif ukoll għall-entijiet morali.

FuqFuq

Assistenza legali sekondarja” tfisser assistenza legali lil individwu fis-sura ta’ opinjoni legali dettaljata jew assistenza legali, kemm jekk fil-kuntest ta’ proċeduri formali jew le, u assistenza f’kawża tal-qorti, inkluża r-rappreżentazzjoni legali.

Għajnuna legali”, mill-banda l-oħra, tikkonsisti f’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mit-taxxi tal-boll u d-drittijiet tar-reġistrazzjoni u spejjeż oħra tal-proċeduri u hija disponibbli għal litiganti li ma jkollhomx dħul adegwat biex ikopru l-ispiża ta’ proċeduri ġudizzjarja jew estraġudizzjarji.

3. Nista’ nibbenefika mill-għajnuna legali?

L-assistenza legali primarja hija disponibbli għal-litiganti kollha, kemm jekk inhuma individwi kif ukoll jekk entijiet morali. Litiganti b’riżorsi baxxi jgawdu minnha bla ħlas. L-oħrajn iħallsu kontribuzzjoni b’rata fissa ta’ €12.39.

L-assistenza legali sekondarja hija disponibbli għal-litiganti kollha (individwi imma mhux entijiet morali) b’riżorsi baxxi li jieħdu sehem fi proċeduri fil-Belġju.

L-Għajnuna legali hija disponibbli għal dawn li ġejjin, sakemm ikollhom talba li tidher li tkun fondata u jkunu jistgħu jippruvaw li d-dħul tagħhom huwa inadegwat (l-artikli 667 u 668 tal-Kodiċi Ġudizzjarju):
  • persuni ta’ nazzjonalità Belġjana;
  • ċittadini barranin b’osservanza tat-trattati internazzjonali;
  • iċ-ċittadini kollha ta’ l-Istati Membri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa;
  • ċittadini barranin li jkunu jgħixu leġittimament fil-Belġju;
  • ċittadini barranin fi proċeduri li jesemmi l-Att dwar l-aċċess għat-territorju, ir-residenza, l-issetiljar u t-tkeċċija tal-barranin.

Id-disponibbiltà ta’ assistenza legali primarja bla ħlas u assistenza legali sekondarja għal kollox jew parzjalment bla ħlas u għal għajnuna legali jiddependu mill-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet.

FuqFuq

Kulmin ir-riżorsi tiegħu jitqiesu insuffiċjenti huwa eliġibbli għal assistenza legali primarja bla ħlas u assistenza legali sekondarja għal kollox jew parzjalment bla ħlas u għal għajnuna legali.

L-assistenza legali primarja bla ħlas u l-assistenza legali sekondarja għal kollox jew parzjalment bla ħlas u l-għajnuna legali huma għalhekk disponibbli għal dawn li ġejjin:

  • Bil-kundizzjoni li tinġieb prova tar-riżorsi:
    1. Persuna waħedha li tista’ tipprovdi evidenza dokumentarja, f’sura aċċettabbli għall-avukat, l-uffiċċju ta’ l-għajnuna legali, jew il-qorti, li d-dħul nett ta’ kull xahar tagħha huwa ta’ inqas minn €642.84 (validu fl-1.9.2001, adattat ta’ kull sena ġudizzjarja fid-dawl tal-minimu eżentat mill-qbid);
    2. Persuna waħedha b’persuna dipendenti jew persuna, li tkun tgħix mas-sieħeb/sieħba tagħha fiż-żwieġ jew kwalunkwa persuna oħra bħala persuna li tgħix fl-istess dar, li tista’ tipprovdi evidenza dokumentarja, f’sura aċċettabbli għall-avukat, l-uffiċċju għall-għajnuna legali jew il-qorti, li d-dħul nett ta’ kull xahar ta’ dik id-dar huwa ta’ inqas mill-minimu eżentat mill-qbid, bħalissa €849 (validu fl-1.1.2002, aġġustat ma’ l-indiċi ta’ kull-sena).
  • Awtomatikament:
    1. Dawk li jirċievu dħul ta’ għajnuna minimu (“minimex”) jew assistenza ta’ għajnuna;
    2. Dawk li jirċievu d-dħul minimu garantit għall-persuni anzjani;
    3. Dawk li jirċievu benefiċċji ta’ sostituzzjoni għall-persuni b’diżabilità li ma jkunux jirċievu l-benefiċċju għall-integrazzjoni;
    4. Dawk bi tfal dipendenti li jkunu jirċievu benefiċċji tal-familja;
    5. Kerrejja ta’ akkomodazzjani soċjali li fir-Reġjuni Kapitali tal-Fjandri u Brussell iħallsu kera b’nofs ir-rata bażika jew li fir-Reġjun ta’ Wallonia jħallsu kera minima;
    6. Persuni minorenni;
    7. Ċittadini barranin li jippreżentaw talba għar-regolarizzazzjoni ta’ l-istatus tar-residenza jew li jappellaw minn ordni ta’ tkeċċija;
    8. Persuni li jkunu qed ifittxu ażilju u applikanti għal status ta’ persuni spustjata.

Biex jiġu ddeterminati l-ammonti speċifikati fil-b), titnaqqas 10% mid-dħul ta’ għajnuna minimu għal kull persuna dipendenti.

FuqFuq

L-assistenza legali sekondarja għal kollox jew parzjalment bla ħlas u l-għajnuna legali jistgħu jingħataw lil dawn li ġejjin:

  1. Persuna waħedha li tista’ tipprovdi evidenza dokumentarja, f’sura aċċettabbli għall-avukat, l-uffiċċju għall-għajnuna legali jew il-qorti, li d-dħul nett tagħha ta’ kull xahar huwa ta’ bejn €642.84 (validu fl-1.9.2001) u dak l-ammont b’żieda ta’ 18%;
  2. Persuna waħedha b’persuna dipendenti jew persuna li tgħix mas-sieħeb/sieħba tagħha fiż-żwieġ jew kwalunkwa persuna oħra bħala persuna li tgħix fl-istess dar who can provide evidenza dokumentarja, f’sura aċċettabbli għall-avukat, l-uffiċċju għall-għajnuna legali jew il-qorti, li d-dħul nett ta’ kull xahar ta’ dik id-dar huwa ta’ bejn il-minimu eżentat mill-qbid, bħalissa €849 (validu fl-1.1.2002 ), u dak l-ammont b’żieda ta’ 18%.

Biex jiġu ddeterminati l-ammonti speċifikati fil-b), titnaqqas 10% mill-miminmu ta’ l-għajnuna għad-dħul għal kull persuna dipendenti.

4. L-għajnuna legali tista’ tingħata fit-tilwim kollu?

L-assistenza legali tista’ tingħata fit-tilwim kollu. 

L-għajnuna legali tista’ tingħata fi:

  1. il-passi proċedurali kollha marbuta mat-talbiet imsemmija jew pendenti f’qorti ordinarja jew amministrattiva jew bord ta’ l-arbitri;
  2. il-passi proċedurali marbuta ma’ l-eżekuzzjoni tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet;
  3. il-proċeduri dwar it-talbiet;
  4. il-proċeduri ta’ l-appell;
  5. il-passi proċedurali li huma f’idejn membru tal-ġudikatura jew li jinvolvu azzjoni minn persuna professjonista jew uffiċjal;
  6. il-proċeduri tal-medjazzjoni tal-familja.

5. Hemm xi proċedura speċifika għall-emerġenzi?

Dwar il-ħatra ta’ avukat (fil-kuntest ta’ l-assistenza legali sekondarja), f’emerġenza, persuna bla avukat tista tmur direttament għand l-avukat li jipprovdi/tipprovdi kopertura barra mill-ħinijet regolari organizzata mill-uffiċċju għall-għajnuna legali, li jipprovdu assistenza u mbagħad jitolbu lill-uffiċċju jikkonferma l-ħatra.

FuqFuq

Dwar l-għajnuna legali, f’każijiet urġenti u f’kull tip ta’ kwistjoni, il-President tal-Qorti u, matul il-proċeduri, l-imħallef li jkun/tkun qed jisimgħu l-każ, jistgħu fuq talba, anki jekk issir bil-fomm, jagħtu għajnuna legali fl-atti li jiddeterminaw (l-artiklu

673 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

6. Minn fejn nista’ nġib formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna legali?

Il-liġi ma timponi l-ebda formola speċifika għat-talba ta’ għajnuna legali. Trid tmur direttament għand l-awtoritajiet rilevanti għad-distrett tal-qorti (ara l-punt 8).

7. Liema dokumenti għandi nehmeż mat-talba għall-għajnuna legali?

Biex jirċievu assistenza legali primarja bla ħlas jew assistenza legali sekondarja għal kollox jew parzjalment bla ħlas jew għajnuna legali, dawk li għamlu t-talba u li jkunu meħtieġa jipprovdu evidenza tad-dħul tagħhom (ara l-punt 3) iridu jehmżu d-dokument kollha rilevanti mat-talba tagħhom (eż. l-aħħar stima tat-taxxa fuq id-dħul, ċertifikat dwar il-persuni li joqogħdu fid-dar, …).

Dawk li jagħmlu t-talba u li jkunu intitolati awtomatikament iridu jehmżu liema mid-dokumenti li ġejjin ikunu rilevanti:

  • id-deċiżjoni valida taċ-ċentru għall-assistenza għall-assistenza pubblika (CPAS/OCMW) għal dawk li jirċievu dħul ta’ għajnuna minimu (“minimex”) jew assistenza ta’ għajnuna;
  • iċ-ċertifikat annwali mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Penzjonijiet għal dawk li jirċievu id-dħul garantit għall-persuni anzjani;
  • id-deċiżjoni tal-Ministru tas-Sigurtà Soċjali jew l-uffiċjal li jaġixxi f’ismu għal dawk li jirċievu benefiċċji ta’ sostituzzjoni tad-dħul għall-persuni b’diżabilità;
  • iċ-ċertifikat mill-Uffiċju Nazzjonali għall-Benifiċċji tal-Familja għall-Persuni Impjegati (ONAFTS) għal dawk bi tfal dipendenti li jirċievu l-benefiċċji tal-familja;
  • l-aħħar kont tal-kera għall-kerrejja ta’ l-akkomodazzjoni soċjali;
  • il-karta ta’ l-identità għall-persuni minorenni;
  • dokumenti ta’ min joqgħod fuhom għaċ-ċittadini barranin li jippreżentaw talba għar-regolarizzazzjoni ta’ l-istatus tar-residenza jew li jappellaw minn ordni ta’ tkeċċija.

8. Fejn għandi nirreġistra t-talba tiegħi għall-għajnuna legali?

L-assistenza legali primarja hija organizzata minn kummissjoni għall-għajnuna legali mwaqqfa f’kull distrett tal-qorti u li tikkomprendi rappreżentanti ta’ l-avukatura, ċentri għall-assistenza pubblika u organizzazzjonijiet approvati għall-għajnuna legali. Il-kummissjoni torganizza ċentri ta’ konsulenza dwar l-assistenza legali primarja li jħaddmu avukati. It-talbiet jistgħu jiġu ppreżentati hawn.

FuqFuq

L-assistenza legali sekondarja hija organizzata minn uffiċċju għall-għajnuna legali mwaqqaf f’kull Uffiċċju tal-Qorti lokali mill-Kunsill ta’ l-Avukatura. It-talbiet jistgħu jiġu ppreżentati hawn.

It-talbiet għall-għajnuna legali ġeneralment jiġu indirizzati lill-Uffiċċju tal-Qorti ta’ dik il-q orti fejn għandha tinġieb il-kawża jew isir l-att (l-artiklu 670, l-ewwel paragrafu, tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Hemm uffiċċju għall-għajnuna legali f’kull Qorti ta’ Prima Istanza, Qorti tar-Relazzjonijiet Industrijali, Qorti Kummerċjali u Qorti ta’ l-Appell u fil-Qorti tal-Kassazzjoni.

L-uffiċċju għall-għajnuna legali f’kull każ jikkonsisti minn imħallef li jippresiedi/tippresiedi waħedhom.

9. Kif niġi mgħarraf inix eliġibbli jew le għall-għajnuna legali?

It-talbiet għall-assistenza legali sekondarja għal kollox jew parzjalment bla ħlas jiġu indirizzatt lill-uffiċċju għall-għajnuna legali, bil-fomm jew bil-miktub, minn min jagħmel it-talba jew mill-avukat tiegħu. L-uffiċċju għall-għajnuna legali jagħti d-deċiżjonijiet tiegħu fuq il-bażi tad-dokumenti li jinġiebu quddiemu. Min jagħmel it-talba jew l-avukat tiegħu jistgħu jidhru personalment, fuq talba jew jekk l-uffiċċju jitlob dan. Għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjonijiet li jirrifjutaw li jagħtu għajnuna legali. Min jagħmel it-talba jiġi mgħarraf bid-deċiżjoni ta’ l-uffiċċju.

Wara li jingħata assistenza legali sekondarja għal kollox jew parzjalment bla ħlas, min jagħmel it-talba jista’ jagħmel talba għall-għajnuna legali. L-avukat tiegħu jgħaddi/tgħaddi d-dokumenti għall-għajnuna legali lill-uffiċċju għall-għajnuna legali.

FuqFuq

Id-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna legali meħuda mill-uffiċċju għall-għajnuna legali jew il-qorti jingħataw wara li jkunu nstemgħu jew ġew inġunti l-partijiet. Dawn huma eżekwibbli għal kollox bla preġudizzju għall-appelli. L-ordnijiet għall-eżekuzzjoni isiru bla ħlas.

10. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, x'għandi nagħmel?

Jekk ingħatat assistenza legali primarja, min jagħmel it-talba jingħata tagħrif prattiku, tagħrif legali, opinjoni legali inizjali jew jiġi referut għand entità speċjalizzata jew organizzazzjoni. Jekk ikun il-każ, min jagħmel it-talba jista’ jiġi referut għand l-uffiċċju għall-assistenza legali sekondarja bureau.

Jekk min jagħmel it-talba jingħata assistenza legali sekondarja jew għajnuna legali, dan imbagħad jipproċedi bil-kawża.

11. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, min jagħżilli l-avukat?

Il-Kunsill ta’ l-Avukatura jipproduċi elenku annwali ta’ avukati li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ għajnuna legali. L-elenku jagħti l-ispeċjalizzazzjonijiet li fihom huma kkwalifikati jew qed jitħarrġu mill-Kunsill ta’ l-Avukatura.

Min jagħmel talba għall-assistenza legali sekondarja jista’ mbagħad jagħżel avukat mill-elenku, li mbagħad jinħatar mill-uffiċċju għall-għajnuna legali biex jieħu/tieħu ħsieb il-każ tiegħu. L-uffiċċju jgħarraf lill-avukat li jkun/tkun inħatru.

12. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-proċess tiegħi?

L-assistenza legali u l-għajnuna legali jistgħu jkunu għal kollox jew parzjalment bla ħlas (ara l-punt 3).

FuqFuq

Bażikament, imbagħad, iva (dan ikopri l-ispejjeż kollha tal-proċess ta’ min jagħmel it-talba) – jekk min jagħmel it-talba jkun eliġibbli għal assistenza legali sekondarja u għajnuna legali għal kollox bla ħlas, bla ħsara għall-irkupru mill-Istat (ara l-punt 15).

13. Jekk nikkwalifika għal għajnuna legali parzjali, min iħallas l-ispejjeż l-oħra?

L-ispejjeż mhux koperti bl-assistenza legali sekondarja jew bl-għajnuna legali jitħallsu mill-parti jew partijiet ikkonċernati.

14. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tkopri xi reviżjoni li nista' nagħmel wara l-proċess?

Iva, jekk tingħata l-għajnuna legali, din testendi għall-appelli kollha.

Trid issir talba mill-ġdid għall-għajnuna legali, lill-qorti li tkun qed tisma’ l-appell.

15. Jekk nikkwalifika għall-għajnuna legali, din tista’ tiġi rtirata qabel it-tmiem tal-proċess (jew anki wara l-proċess)?

L-uffiċċju għall-għajnuna legali jista’ jittermina assistenza legali sekondarja qabel it-tmiem tal-każ fejn ir-reċipjent/a ma tkunx għadha tosserva l-kundizzjonijiet dwar ir-riżorsi jew ma jkunux qed jieħdu parti attiva biex jiddefendu l-interessi tagħhom.

Wara t-tmiem tal-każ, l-Istat jista’ jirkupra l-ammonti mħallsa lill-avukat minn reċipjent/a ta’ assistenza legali sekondarja f’każ ta’ tibdil fil-beni jew fid-dħul jew il-ħruġ tagħhom jew jekk l-assistenza ngħatat fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew ta’ kwalunkwa mezz qarrieqi ieħor jew jekk ukun involut xi qligħ mill-involviment ta’ l-avukat maħtur fil-każ tagħhom minn dakinhar u l-għajnuna legali ma kinitx tingħata li kieku dak il-qligħ eżista fi żmien it-talba għall-għajnuna.

Dwar l-għajnuna legali, l-Istat jista’ jirkupra kwalunkwa ħlasijiet magħmula fil-każ ta’ tibdil fil-beni jew id-dħul jew il-ħruġ tar-reċipjent/a minn meta ssir id-deċiżjoni dwar l-għajnuna legali u issa jistgħu jħallsu.

16. Jekk ma nikkwalifikax għall-għajnuna legali, nista’ nappella minn din id-deċiżjoni?

Deċiżjoni mogħtija minn uffiċċju għall-għajnuna legali li tirrifjuta assistenza legali sekondarja fil-Qorti tar-Relazzjonijiet Industrijali fi żmien xahar min-notifika tad-deċiżjoni tista’ tiġi appellata.

Deċiżjonijiet tal-judges of the peace, il-qrati tal-pulizija u uffiċċji għall-għajnuna legali dwar l-għajnuna legali jistgħu jiġu appellati. L-appell irid isir fi żmien xahar mid-deċeżjoni b’talba li tagħti r-raġunijiet għall-appell li tiġi ppreżentata lir-reġistru tal-qorti ta’ l-appell (ara l-paġna dwar “l-organizzazzjoni tal-qrati”).

Aktar tagħrif

Iktar tagħrif dwar dispożizzjonijiet statutorji u regolamenti dwar l-għajnuna legali ċċitati f’din il-paġna jinsabu fis-sit tas-“Servizz Pubbliku Federali Ġustizzja” Deutsch - français - Nederlands (SPF Ġustizzja).

Agħżel il-lingwa tiegħek (FR/NL/DE), imbagħad iklikkja fuq “leġiżlazzjoni kkonsolidata” (leġiżlazzjoni fis-seħħ) li hija subkategorija taħt “Għejun tad-Dritt”. Din ittella’ tieqa għat-tiftix: daħħal l-istraterġija tiegħek għat-tiftix, imbagħad iklikkja fuq “fittex” u wara fuq “lista”. Hekk tidher lista ta’ liġijiet u regolamenti. Ikklikkja fuq “dettall” fuq il-liġi/regolament li jinteressawk u t-test jitla’ fuq l-iskrin tiegħek.

Ngħidu aħna, biex issib l-artiklu 664 tal-Kodiċi Ġudizzjarju: meta tkun fl-iskrin tat-tiftix, daħħal “Kodiċi ġudizzjarju” ħdejn “natura ġuridika” (tista’ tagħżilha minn lista alfabetika billi tikklikkja fuq il-vleġġa fuq il-lemin tal-kaxxa). Imbagħad daħħal in-numru ta’ l-artiklu (artiklu) numru (664) fil-kaxxa “kliem”. Ikklikkja fuq “fittex” u mbagħad fuq “lista” biex ittella’ r-riżultat tat-tiftix. Meta jidher dan, ikklikkja fuq “dettall” (fuq ix-xellug ta’ l-iskrin) biex taqra t-test li kont qed tfittex.

Tagħrif ieħor (organizzazzjoni tal-qrati, deċiżjonijiet tal-qorti, eċċ.) jinsab fuq l-istess sit.

Barra mis-sit dwar l-SPF Ġustizzja, tista’ wkoll issib tagħrif u għajnuna legali fuq is-siti ta’ għadd ta’ organizzazzjonijiet professjonali legali bħalma huma l-Vereniging van Vlaamse Balies Nederlands: (ikklikkja fuq “Juridische bijstand”), l’Ordre des barreaux francophones et germanophones français: (ikklikkja fuq “Spejjeż” taħt “Avocat”, imbagħad ikklikkja fuq “Għajnuna ġuridika”) u l-Federazzjoni Irjali tan-Nutara Belġjani bl-Olandiż Nederlands jew bil-Franċiż français.

« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Belġju - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 29-12-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit