Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
L-ispejjeż ta’ kawża ċivili huma l-ħlasijiet tal-qorti u, jekk ikunu meħtieġa, il-ħlasijiet għall-esperti, għall-interpreti, għax-xhieda u għall-kuraturi maħtura mill-qorti (bħala rappreżentanti ta’ partijiet assenti jew ta’ partijiet li jeħtieġu kuratur), l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-partijiet u l-ispejjeż ta’ l-avviżi u tar-rappreżentanza minn avukat. Kull parti trid tħallas l-ispejjeż tagħha; il-parti li ma tirbaħx kawża ċivili trid tirrimborża l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ.
Kulħadd jista’ jfittex parir legali mingħajr ħlas (minn qorti distrettwali jew mill-kamra ta’ l-avukati lokali) dwar kwistjonijiet ta’ dritt u sabiex ikunu eżaminati l-possibbiltajiet ta’ suċċess meta wieħed jiftaħ kawża.
Parti li ma jkollhiex mezzi finanzjarji biżżejjed tista’ tapplika għall-għajnuna legali meta tiftaħ kawża jew aktar tard, ikun meta jkun, sakemm il-kawża ċivili għadha għaddejja. Safejn ikun meħtieġ, il-qorti tista’ tagħti għajnuna legali (b’mod sħiħ jew parzjali) billi teħles lill-parti bla flus mill-ħlasijiet tal-qorti u mill-ħlasijiet l-oħra msemmija fid-domanda 1 u billi tipprovdi rappreżentanza legali mingħajr ħlas.
Fejn tkun provduta rappreżentanza legali, l-għajnuna legali tkopri wkoll il-parir ta’ qabel ma tinfetaħ il-kawża mogħti mill-avukat.
L-għajnuna legali tingħata biss fejn l-applikant - skond id-dħul, l-assi u l-obbligi ta' manteniment li jkollu - ma jkunx jista' jbati l-ispejjeż (kollha jew parti minnhom) imsemmija fid-domanda 1 mingħajr ma jipperikola l-livell minimu ta' għajxien meħtieġ sabiex ikun hemm livell ta' għajxien sempliċi.
L-għajnuna legali tiġi rrifjutata jekk it-talba jew id-difiża ta' l-applikant tkun manifestament infondata jew manifestament mhux in bona fede.
L-għajnuna legali tingħata fil-kawżi kollha ta’ qorti ċivili u ta’ qorti kummerċjali irrispettivament min-nazzjonalità ta’ l-applikant jew mill-post ta’ residenza tiegħu.
L-għajnuna legali mhix disponibbli għal talbiet ċivili fi proċeduri penali quddiem qrati kriminali (peress li mhu meħtieġ l-ebda ħlas jew rappreżentanza legali, u l-ġbir ta’ l-evidenza rigward it-talbiet ċivili mhux permess) imma dawn it-talbiet jistgħu jitressqu b’mod parallel – bl-għajnuna legali – quddiem qorti ċivili.
Jekk fil-kawża prinċipali tingħata l-għajnuna legali, l-istess japplika wkoll għall-proċeduri ta’ eżekuzzjoni. Parti li ngħatat l-għajnuna legali għal kawża partikolari fi Stat Membru ta’ l-UE ieħor għandha d-dritt ukoll għall-għajnuna legali fl-Awstrija għal kawża li tikkonċerna r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni mogħtija f’dik il-kawża.
Le, imma jekk titressaq applikazzjoni għall-għajnuna legali dwar każ urġenti (eż. rappreżentanza legali fil-każ ta’ miżuri interim), il-qorti trid tiddeċiedi malajr. Jekk il-qorti tagħti l-għajnuna legali billi tipprovdi avukat, il-kamra ta’ l-avukati lokali ġeneralment taħtar avukat biex jirrappreżenta lill-applikant fi ftit jiem.
Tista' tikseb il-formola rilevanta (imsejħa “ZPForm 1”) personalment jew permezz ta' ittra fi kwalunkwe Qorti tal-Prim'Istanza (Bezirksgericht jew Landesgericht jew Arbeits- und Sozialgericht) fl-Awstrija u anki permezz ta' l-internet
(PDF File 67 KB) jew f'ċerti konsolati Awstrijaċi. L-użu ta' din il-formola huwa mandatorju. Ma jridux ikunu għaddew aktar minn 4 ġimgħat minn fuq il-formola (id-data tal-firma ta' l-applikant); inkella ma tibqax valida.
Il-formola ta’ applikazzjoni fiha sommarju ta’ l-assi (dħul, proprjetà bħal beni immobbli, flus f’kontijiet bankarji, polizi ta’ assigurazzjoni, eċċ) u piżijiet (manteniment, eċċ),data personali u informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ għajxien ta’ l-applikant. Kemm jista’ jkun għandhom jitressqu d-dokumenti ta’ appoġġ. Informazzjoni falza jew malizzjożament inkompluta tista’ twassal għal multi konsiderevoli u tista’ twassal ukoll għal responsabbiltà ċivili jew prosekuzzjoni kriminali fuq frodi.
L-applikazzjoni għall-għajnuna legali (ZPForm 1) tista’ tiġi ppreżentata (mibgħuta f’forma miktuba bil-posta jew irreġistrata oralment) fil-Qorti tal-Prim’Istanza li jkollha kompetenza biex tagħti jew tirrifjuta l-għajnuna legali. Tista’ tiġi rreġistrata oralment fil-qorti distrettwali tal-post ta’ residenza fl-Awstrija ta’ l-applikant, anki jekk din il-qorti ma jkollha l-ebda kompetenza li tiddeċiedi dwar il-kawża. F’dan il-każ, l-applikazzjoni mbagħad tgħaddi għand il-qorti kompetenti.
Fl-Awstrija, id-deċiżjoni tal-qorti tiġi notifikata permezz ta' posta speċjali (“Rückscheinbrief”) lilek personalment jew lil xiħadd li joqogħod fid-dar jew jaħdem miegħek (fir-residenza tiegħek jew fi-post tan-negozju/ta' l-impjieg). Jekk ma jkun hemm ħadd preżenti jew ma jkun hemm ħadd li jkun lest li jaċċetta u jiffirma l-irċevuta, inti tiġi infurmat b'avviż fil-kaxxa ta' l-ittri tiegħek li inti tista' tiġbor l-ittra tal-qorti fl-uffiċċju postali tiegħek. Il-perjodu ta' 14-il jum għal appell minn deċiżjoni negattiva jibda mill-ewwel jum wara li l-ittra tiġi notifikata (b'konsenja personali jew billi tkun iddepożitata fl-uffiċċju postali). Fi Stat Membru ieħor, id-deċiżjoni tiġi notifikata skond ir-regoli ta' dak l-Istat.
Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-għajnuna legali tkopri l-għajnuna ta' avukat, u jekk l-avukat ikun diġà nħatar (ara d-domanda 11), ikun aħjar jekk tuża dan l-avukat.
Sabiex tiddeċiedi jekk tiftaħx kawża f'qorti ċivili tista' anki tikseb parir legali bla ħlas personalment jew bit-telefon fil-qorti distrettwali kompetenti (tista' tikseb informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni taħt “Gerichtsdatenbank”
-
-
billi ssemmi d-distrett jew il-belt jew ir-raħal fl-Awstrija fejn jgħix il-konvenut possibbli jew li huwa l-aktar marbut mal-każ), il-kamra lokali ta' l-avukati
jew il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja
-
-
.
Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-għajnuna legali tinkludi l-għajnuna ta’ avukat, il-kamra lokali ta’ l-avukati tagħżel avukat minn fost il-membri tagħha, f’ordni alfabetiku. Madankollu, l-applikant jista’ jipproponi avukat huwa stess. Għalkemm din il-proposta ma torbotx lill-kamra lokali ta’ l-avukati, ġeneralment din se taċċetta proposta fondata (eż. jekk l-avukat ikun lest li jaċċetta u jkun diġà familjari mal-każ).
Fid-diskrezzjoni tagħhom, il-qrati jistgħu jagħtu għajnuna legali sħiħa jew – jiddependi miċ-ċirkostanzi ta’ l-applikant u billi jitqiesu l-ispejjeż mistennija – għajnuna legali parzjali, li tkopri biss ċerti ħlasijiet. Għajnuna bħal din tista’ tkopri:
Imma jekk titlef il-kawża, ikollhom tirrimborża l-ispejjeż proċedurali tal-parti li tirbaħ.
Jekk ikun hemm spejjeż meħtieġa oħra – fejn il-qrati rifjutaw li dawn ikunu koperti mill-għajnuna legali – se jkollok tħallashom inti, għall-inqas provviżorjament. Jekk jirnexxielek tiraħ kawża ċivili, għandek id-dritt li tiġi rimborżat mill-parti opposta jew mill-partijiet opposti (eż. jekk jirnexxielek f’żewġ terzi mit-talba tiegħek u l-konvenut jirnexxielu f’terz mit-talba tiegħek, il-konvenut ġeneralment ikollu jbati l-ispejjeż tiegħek u jirrimborża terz mill-ispejjeż meħtieġa tiegħek).
L-għajnuna legali tkopri l-istadji kollha tal-proċeduri. Sakemm ma tkunx ġiet irtirata minħabba bidla fiċ-ċirkostanzi ta’ l-applikant jew ġiet annullata mill-qorti, jekk jiġi estabbilit li l-kundizzjonijiet li fihom ngħatat l-għajnuna ma kienux japplikaw (tista’ tappella minn kwalunkwe deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza bħal din), l-għajnuna legali tkopri kwalunkwe appell (jew proċedura ta’ appell) li tista’ tippreżenta.
Il-qorti trid tirtira l-għajnuna legali jekk jiġi stabiliti li l-kundizzjonijiet inizjali li fihom ngħatat l-għajnuna legali m’għadhomx japplikaw (jiġifieri, ikun hemm bidliet fiċ-ċirkonstanzi tal-parti jew jintwera li t-talba kienet manifestament infondata jew ma tressqitx in bona fede) jew hemm prova li l-kundizzjonijiet biex ingħatat l-għajnuna legali ma kienux sodisfatti lanqas fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna legali. Fil-każa ta’ l-aħħar, il-parti trid trodd l-ammonti riċevuti.
Matul perjodu ta’ tliet snin minn tmiem il-proċeduri, parti li tirkupra biżżejjed flus trid tirrimborża l-benefiċċji ta’ l-għajnuna legali, sakemm dan ma jipperikolax il-livell minimu ta’ għajxien. Sabiex ikunu eżaminati ċ-ċirkostanzi ta’ l-applikant, il-qorti tordna sommarju aġġornat ta’ l-attiv u tal-passiv (ġeneralment bi trażmissjoni taż-ZPForm 1 f’xi ħin wara tmiem il-proċeduri). Jekk il-forma ma titressaqx fi żmien xieraq u ma tkunx akkumpanjata mid-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa, l-għajnuna legali tista’ tiġi rtirata u l-benefiċċji riċevuti jridu jiġu rimborżati.
Iva, tista’ tappella quddiem il-Qorti tat-Tieni Istanza, bid-deċiżjoni tagħha tkun finali. Mhux permess appell quddiem il-Qorti Suprema.
« Għajnuna legali - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 23-10-2007

