Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Spanja

L-aħħar aġġornament: 01-02-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Spanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Qabel ma tinbeda azzjoni legali fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, trid tkun identifikata l-qorti kompetenti biex teżaminata l-kawża, jiġifieri, liema qorti għandha l-kompetenza ġudizzjarja. Jekk il-każ jitressaq quddiem qorti żbaljata jew jinqala’ xi nuqqas ta’ ftehim marbut mal-kwistjoni tal-kompetenza tal-qorti, ikun hemm ir-riskju li l-proċess jieħu ħafna iktar żmien u anki li t-talba tiġi miċħuda fuq il-bażi ta’ inkompetenza.



 

LISTA TAL- KONTENUT

A. Għandna nirrikorru quddiem qorti ordinarja jew qorti speċjalizzata? A.
B. Jekk il-qrati kompetenti jkunu dawk ordinarji, kif nista’ nidentifika liema waħda minnhom tkun kompetenti għall-kawża tiegħi? B.
I. Teżisti xi differenza bejn il-qorti ċivili “inferjuri” u “superjuri” ta’ l-ewwel grad? Jekk iva, liema qorti hija kompetenti għall-kawża tiegħi? I.
II. Kompetenza territorjali (Hija kompetenti dwar il-każ tiegħi, il-qorti tal-post A jew tal-post B?) II.
1. Ir-regola ġenerali tal-kompetenza territorjali 1.
2. Eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali 2.
a) Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti tad-domiċilju tal-persuna mħarrka (qorti determinata skond ir-regola ġenerali) u l-ġurisdizzjoni ta’ qorti oħra? a)
b) Meta nkun obbligat li nagħżel qorti oħra differenti minn dik tad-domiċilju tal-persuna mħarrka (qorti determinata skond ir-regola ġenerali)? b)
c) Huwa possibbli li l-partijiet jagħżlu qorti li, normalment, mhix kompetenti? c)
C. Jekk tkun kompetenti qorti speċjalizzata, kif nista’ nidentifika il-qorti kompetenti għall-kawża tiegħi? C.

 

A. Għandna nirrikorru quddiem qorti ordinarja jew qorti speċjalizzata?

  • Il-prinċipju li jirregola l-organizzazzjoni ġudizzjarja fi Spanja huwa dak ta’ ġurisdizzjoni magħquda, mingħajr eċċezzjoni oħra għajr dik tal-qorti militari fi żmien ta’ gwerra jew stat ta’ assedju, u tal-Qorti Kostituzzjonali bħala l-aħħar garanti tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-pubbliku permezz ta’ azzjoni għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
  • Mingħajr preġudizzju għal dan, il-ġurisdizzjoni hija magħmula minn erba’ taqsimiet ġurisdizzjonali, dik ċivili, dik penali, dik tal-kontenzjuż amministrattiv u dik soċjali.
    • L-organu ewlieni tat-taqsima ġurisidizzjonali ċivili hija “il-Qorti ta’ Prim’Istanza”, li flimkien mal-Qorti tat-Talbiet Żgħar, tieħu konjizzjoni fl-ewwel grad tal-kawżi li jittrattaw materji ċivili u kummerċjali,

      It-taqsima ċivili tieħu wkoll dawk il-kawżi li s-smigħ tagħhom mhux espressament attribwit lil xi taqsima ġurisdizzjonali oħra. Għalhekk din it-taqsima tista’ tissejjaħ bħala “ordinarja” jew “komuni”.

      Fi ħdan it-taqsima ċivili hemm “il-Qrati tal-Familja”, li huma Qrati ta’ Prim’Istanza li fil-postijiet li jkunu stabbiliti, b’mod ġenerali f’postijiet bl-ikbar popolazzjoni, jieħdu konjizzjoni b’mod esklussiv u eskludenti l-kwistjonijiet ta’ dan it-tip bħal separazzjoni, annullament, divorzju, filjazzjoni u dawk relatati ma’ l-eżerċizzju tal-poter tal-ġenituri fuq it-tfal minuri.

      Fi ħdan it-taqsima ċivili hemm ukoll “il-Qrati tal-Kummerċ” u “l-Qrati tal-Marka tal-Fabbrika Komunitarja”, li huma organi ġudizzjarji speċjalizzati fil-kwistjonijiet li jinqalgħu f’dawk l-oqsma tad-dritt.

      FuqFuq

    • It-taqsima ġurisdizzjonali soċjali tinkludi “il-Qrati Soċjali”, li jieħdu konjizzjoni t-talbiet li jkunu eżerċitati fil-fergħa soċjali tal-liġijiet, kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-kunflitti individwali bejn il-ħaddiem u min iħaddem fir-rigward tal-kuntratt tax-xogħol, kemm fi kwistjonijiet ta’ negozjati kollettivi, kif ukoll fir-rigward ta’ talbiet fi kwistjonijiet relatati mas-Sigurtà Soċjali jew kontra l-Istat meta dan ikollu responsabbiltà taħt il-liġi tax-xogħol
    • Is-smigħ tal-kawżi u l-ġudizzji kriminali jaqa’ taħt it-Taqsima Penali.

      Hija karatteristika tal-Liġi Spanjola, li l-azzjoni ċivili mnissla minn offiża kriminali tista’ ssir flimkien ma’ l-azzjoni penali. F’dan il-każ il-qorti penali tiddeċiedi l-indenizz li għandu jitħallas biex tissewwa l-ħsara kaġunata mid-delitt jew offiża. Anke jekk il-parti danneġjata ma tiftaħx kawża, jekk hi ma tirrinunzjax espressament għall-azzjoni ċivili waqt il-kawża penali, l-Avukat Ġenerali jiftaħha f’ismu.

    • Finalment, l-Istħarriġ Amministrattiv għandu x’jaqsam mal-kontroll tal-legalità fit-twettiq ta’ l-Amministrazzjoni Pubblika u tat-talbiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ċivili istitwiti kontra l-istess Amministrazzjoni Pubblika.

B. Jekk il-qrati kompetenti jkunu dawk ordinarji, kif nista’ nidentifika liema waħda minnhom tkun kompetenti għall-kawża tiegħi?

I. Teżisti xi differenza bejn il-qorti ċivili “inferjuri” u “superjuri” ta’ l-ewwel grad? Jekk iva, liema qorti hija kompetenti għall-kawża tiegħi?

  • Fi Spanja ma teżistix differenza bejn il-Qrati ta’ Prim’Istanza. Kollha jinsabu fl-istess livell.

    L-unika eċċezzjoni hija l-Qrati tat-Talbiet Żgħar, li jieħdu konjizzjoni fil-prim’istanza tal-kwistjonijiet ċivili ta’ natura zgħira – preżentement ta’ inqas minn € 90 u li huma presjeduti minn persuna li m’għandiex kwalifiċi formali legali.

    FuqFuq

  • Il-kompetenza territorjali ta’ dawn il-qrati hija limitata għall-Muniċipji li fihom il-“Qrati ta’ Prim’Istanza” m’għandhomx is-sede tagħhom.

II. Kompetenza territorjali (Hija kompetenti dwar il-każ tiegħi, il-qorti tal-post A jew tal-post B?)

Għall-għanijiet ġudizzjarji, l-Istat Spanjol huwa organizzat b’mod territorjali, f’“Muniċipju”, “Distretti”, “Provinċji” u “Komunitajiet Awtonomi”. Id-Distrett huwa l-unità territorjali magħmula minn Muniċipju wieħed jew aktar li jkunu fih, li jagħmlu parti mill-istess Provinċja, u huwa d-diviżjoni territorjali l-iktar importanti, u għalhekk jikkostitwixxi l-ambitu li fih “il-Qrati ta’ Prim’Istanza” jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom. (Ara “il-Mappa tad-Distretti Ġudizzjarji” fis-sit ta’ l-internet tal-Ministeru tal-Ġustizzja) español.

Fil-lokalitajiet fejn l-ammont ta’ xogħol jissuġġerixxi dan, preżentement kważi f’kollha, jeżistu diversi organi ġudizzjarji ta’ l-istess klassi, li huma magħmula b’numerazzjoni korrelata ma’ l-ordni tat-twaqqif tagħhom.

Dawn l-organi kollha għandhom, fil-prinċipju, l-istess kompetenza, u jqassmu x-xogħol bejniethom skond in-normi governattivi interni ta’ distribuzzjoni. Madankollu, f’xi każi dawn in-normi ta’ distribuzzjoni jistgħu jqassmu t-tipi differenti ta’ kwistjonijiet bejn l-organi ġudizzjarji differenti ta’ l-istess kostitwenza.

1. Ir-regola ġenerali tal-kompetenza territorjali
  • Fin-nuqqas ta’ ftehim u ta’ regoli mandatorji, u bħala “Forum Ġenerali”, il-kompetenza tkun f’idejn il-Qorti ta’ Prim’Istanza tad-Distrett tad-domiċilju, u fin-nuqqas ta’ dan, f’dik tar-residenza tal-persuna mħarrka. Jekk din ma jkolliex domiċilju jew residenza fi Spanja, tkun kompetenti l-Qorti ta’ Prim’Istanza tad-distrett li fih tinstab il-persuna mħarrka jew li fih kellha l-aħħar residenza. Meta l-ebda wieħed minn dawn il-kriterji ma jkun jista’ jintuża, l-attur jista’ jippreżenta t-talba tiegħu quddiem il-Qorti ta’ Prim’Istanza tad-distrett li fih ikollu r-residenza hu.
  • Minħabba f’hekk:
    • Min iħaddem u l-professjonisti jistgħu wkoll jitressqu l-qorti fil-kawżi li jirriżultaw mill-attività ta’ xogħol jew professjoni tagħhom, fi kwalunkwe post li fih jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom, fuq talba ta’ l-attur.
    • Il-persuni legali jistgħu wkoll jitressqu l-qorti f’post fejn is-sitwazzjoni jew ir-relazzjoni legali li għaliha jkun jirreferi l-każ tkun inħolqot jew fejn ikun se jkollha l-effett tagħha, dejjem jekk fil-post imsemmi jkollhom stabbiliment miftuħ jew rappreżentant tiegħu.
2. Eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali
a) Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti tad-domiċilju tal-persuna mħarrka (qorti determinata skond ir-regola ġenerali) u l-ġurisdizzjoni ta’ qorti oħra?

Fil-preżent is-sistema proċedurali Spanjola ma tantx hi disposta li tħalli l-għażla tal-foru territorjali f’idejn l-attur. Dan jiġri biss fil-każijiet li ġejjin:

FuqFuq

  1. Azzjonijiet dwar dritt reali fuq beni immobbli, meta dawn ikunu eżerċitati fuq diversi beni jew fuq wieħed biss li jkun jinsab f’kostitwenzi differenti. F’dan il-każ l-attur ikun jista’ jagħżel il-foru ta’ kwalunkwe wieħed minnhom.
  2. Azzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-approvazzjoni ta’ kontijiet li jridu jipprovdu l-amministraturi ta’ beni ta’ xi ħaddieħor meta ma jkunx determinat il-post li fih iridu jkunu ppreżentati. F’dan il-każ l-attur jista’ jagħżel bejn id-domiċilju tal-persuna mħarrka jew il-post fejn titwettaq l-amministrazzjoni.
  3. Kawżi dwar kwistjonijiet fuq wirt, li fihom l-attur ikun jista’ jagħżel bejn il-qrati ta’ l-aħħar domiċilju tal-mejjet fi Spanja u dawk tal-post fejn ikun hemm il-parti l-kbira tal-beni ereditarji.
  4. Azzjonijiet dwar proprjetà intellettwali, li fihom l-attur ikun jista’ jagħżel bejn il-post li fih ikun sar il-ksur tal-liġi jew fejn ikun hemm evidenza ta’ dan il-ksur jew inkella fejn jinstabu xi eżemplari illeċiti.
  5. Kawżi dwar kompetizzjoni żleali meta l-akkużat ma jkollux stabbiliment, domiċilju jew residenza tiegħu fi Spanja. F’dawn il-każijiet l-attur jista’ jagħżel bejn il-post fejn ikun twettaq l-att ta’ kompetizzjoni żleali jew fejn dan ikun qed jipproduċi l-effetti tiegħu.
  6. Pretensjonijiet li jitrattaw b’mod esklussiv il-kura u l-kustodja tat-tfal minuri jew dwar il-manteniment mitlub minn xi ġenitur kontra l-ieħor f’isem it-tfal taħt l-età meta t-tnejn ikunu jgħixu f’distretti ġudizzjarji differenti. F’dawn il-każijiet l-attur jista’ jagħżel bejn il-qorti tad-domiċilju tal-persuna mħarrka jew il-qorti tar-residenza tal-minuri.
b) Meta nkun obbligat li nagħżel qorti oħra differenti minn dik tad-domiċilju tal-persuna mħarrka (qorti determinata skond ir-regola ġenerali)?

Jeżistu dawn ir-regoli mandatorji li jobbligaw l-attur li jirrikorri quddiem qorti differenti minn dik tad-domiċilju tal-persuna mħarrka. F’dawn il-każijiet mhix permessa s-sottomissjoni għall-ġuriżdizzjoni, la espliċitament u lanqas taċitament:

FuqFuq

  1. drittijiet reali jew lokatizji dwar beni immobbli u kwistjonijiet li jirriżultaw minn reġim ta’ proprjetà orizzontali, li fihom il-kompetenza tkun attribwita lill-organi ġudizzjarji tad-distrett fejn tkun tinsab il-proprjetà.
  2. kwistjonijiet fuq wirt, li fihom il-kompetenza tkun determinata skond il-post li fih il-mejjet kellu l-aħħar domiċilju fi Spanja, jew skond fejn jinsabu l-parti l-kbira tal-beni ereditarji, fuq għażla ta’ l-attur.
  3. kwistjonijiet marbuta ma’ l-assistenza jew ir-rappreżentazzjoni ta’ persuni inkapaċi, li jaqgħu fil-kompetenza mill-qorti tal-post li fih jgħixu
  4. il-ħarsien ġurisdizzjonali ċivili tad-drittjiet fundamentali, li tieħu konjizzjoni tagħhom il-qorti tad-domiċilju ta’ l-attur, u jekk dan ma jkunx fi Spanja, minn dik tal-post li fih ikun sar il-fatt li kiser id-dritt konċernat
  5. talba għal danni u ħsarat li jirriżultaw mis-sewqan fit-triq, li għalihom tkun kompetenti l-qorti tal-post li fih ġew ikkawżati d-danni.
  6. l-impunjazzjoni ta’ ftehimiet soċjetarji, li fihom il-kompetenza territorjali tkun determinata mill-post fejn qiegħed l-uffiċju ċentrali tas-soċjetà
  7. azzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ inklużjoni f’kuntratt jew l-invalidità ta’ klawżola f’kondizzjonijiet kuntrattwali ġenerali, li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti tad-domiċilju ta’ l-attur.
  8. azzjonijiet dikjaratorji, dwar terminazzjoni jew rexxissjoni ta’ kondizzjonijiet kuntrattwali ġenerali, meta l-persuna mħarrka ma jkolliex residenza jew domiċilju fi Spanja. F’dan il-każ tkun kompetenti l-qorti tal-post li fih tkun seħħet l-adeżjoni kuntrattwali.  
  9. azzjonijiet għal terminazzjoni biex ikunu difiżi l-interessi kollettivi jew mifruxa tal-konsumaturi jew utenti meta l-persuna mħarrka ma jkollux residenza jew domiċilju fi Spanja. F’dan il-każ hija kompetenti l-qorti tal-post fejn l-attur ikollu r-residenza tiegħu.
  10. azzjonijiet biex jintalab it-twettiq ta’ l-obbligi ta’ xi entità ta’ assigurazzjoni, kontra min ibiegħ bin-nifs (hire-purchase) xi beni immobbli jew min jiffinanzja l-akkwist tagħhom jew għamel offerta pubblika ta’ beni immobbli jew ta’ servizzi aċċettati mill-attur. F’dawn il-każi jkunu kompetenti l-organi ġudizzjarji tad-domiċilju ta’ l-attur.
  11. fil-proċeduri istitwiti minn terzi persuni li għar-rikonoxximent tagħhom tkun kompetenti l-qorti tad-domiċilju ta’ l-organu li jkun ottjena l-qbid.
  12. it-talbiet għas-separazzjoni, annullament jew divorzju, li hija kompetenti dwarhom il-Qorti tal-Prim’Istanza tad-domiċilju konjugali. Fin-nuqqas ta’ dan, it-talba għandha ssir quddiem il-Qorti tal-post fejn kien hemm l-aħħar residenza konjugali jew fil-post fejn il-konjuġi l-ieħor ikollu d-domiċilju tiegħu. Jekk ma jkun jeżisti l-ebda wieħed minn dawn il-postijiet il-kompetenza taq’ f’idejn il-Qorti tad-domiċilju ta’ l-attur. Jekk it-talba ssir bi ftehim komuni, tkun kompetenti l-Qorti ta’ l-aħħar domiċilju komuni jew dik ta’ xi wieħed miż-żewġ konjuġi. (Ara “Id-Divorzju – Spanja”).
  13. pretensjonijiet li jitrattaw b’mod esklussiv il-kura u l-kustodja tat-tfal minuri jew dwar il-manteniment mitlub minn xi ġenitur kontra l-ieħor f’isem it-tfal minuri. F’dan il-każ tkun kompetenti l-qorti ta’ l-aħħar residenza komuni tal-ġenituri. F’każ li dawn ikunu jgħixu f’distretti ġudizzjarji differenti, l-attur ikun jista’ jagħżel bejn il-qorti tar-residenza ta’ min jagħmel it-talba jew dik tar-residenza tal-minuri.
c) Huwa possibbli li l-partijiet jagħżlu qorti li, normalment, mhix kompetenti?

Bħala regola ġenerali, fi Spanja l-foru territorjali jista’ jintgħażel, jiġifieri li l-partijiet jistgħu jissottomettu, b’mod espliċitu jew taċitu, għall-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ kostitwenza determinata dejjem jekk dawn ikunu oġġettivament kompetenti.

FuqFuq

  • Is-sottomissjoni espliċita hija ftehim espliċitu bejn il-partijiet illi tinnomina b’mod preċiż il-kostitwenza li quddiem il-Qrati tagħha l-partijiet iridu jersqu.
  • Is-sottomissjoni taċita ssir:
  1. minn min jagħmel it-talba (jew l-attur), bis-sempliċi fatt illi jersaq quddiem il-qrati ta’ kostitwenza partikolari biex jippreżenta t-talba jew billi jifformula t-talba jew l-applikazzjoni li għandu jippreżenta quddiem il-qorti kompetenti biex tieħu konjizzjoni tat-talba. 
  2. mill-persuna mħarrka (jew konvenut) li jitqies li ssottometta taċitament meta, wara li jidher fil-qorti, iwettaq kwalunkwe att bl-eċċezzjoni ta’ dehra biex joġġezzjona għall-ġurisdizzjoni.

Madankollu:

  • fil-kuntratti mhux negozjati jew f’dawk li jkun fihom kondizzjonijiet ġenerali imposti minn waħda mill-partijiet jew fil-kuntratti li jseħħu mal-konsumaturi jew ma’ l-utenti, is-sottomissjoni espliċita ma tgħoddx, iżda hija possibbli s-sottomissjoni taċita.
  • fl-ipotesi li fiha l-liġi tistabbilixxi r-regoli ta’ kompetenza territorjali b’mod mandatorju, l-ebda tip ta’ sottomissjoni m’hi permessa.
  • anqas m’hi permessa l-ebda tip ta’ sottomissjoni fil-kawżi li jkunu jridu jiġu deċiżi b’Sentenza Verbali.

C. Jekk tkun kompetenti qorti speċjalizzata, kif nista’ nidentifika il-qorti kompetenti għall-kawża tiegħi?

Bhala qrati specjalizzati fi Spanja jistghu jissemmew:

  • Il-“Qrati tal-Familja”, li huma Qrati ta’ Prim’Istanza li fil-lokalitajiet li fihom ikunu mwaqqfa, generalment dawk bl-akbar popolazzjoni, jittrattaw b’mod esklussiv u eskludenti l-kawzi ta’ dan it-tip u b’mod konkret jiehdu konjizzjoni ta’ kawzi dwar:
    • separazzjoni, annullament, divorzju u
    • relatati ma’ l-ezercizzju tal-poter tal-genituri fuq it-tfal minuri.

    Ir-regoli tal-kompetenza territorjali taghhom huma l-istess bhal dawk li japplikaw fil-Qrati ta’ Prim’Istanza meta jiehdu konjizzjoni ta’ xi kwistjonijiet proprja kien jaqghu taht il-Qrati tal-Familja izda organu specjalizzat bhal dak ma jezistix f’dak id-distrett.

    FuqFuq

  • Il-“Qrati Socjali”, li jiehdu konjizzjoni ta’ pretensjonijiet fil-fergha socjali tad-dritt, kemm f’dak li ghandu x’jaqsam mal-kunflitti individwali bejn il-haddiem u min ihaddem fir-rigward tal-kuntratt tax-xoghol, kemm fi kwistjonijiet dwar ftehimiet kollettivi, kif ukoll fir-rigward ta’ talbiet fi kwistjonijiet relatati mas-Sigurtà Socjali jew kontra l-Istat meta dan ikollu responsabbiltà taht il-legizlazzjoni tax-xoghol.

    Ir-regola generali tattribwixxi l-kompetenza territorjali lill-qorti tal-post tat-twettiq tas-servizzi jew f’dak tad-domicilju tal-persuna li kontriha ssir it-talba, fuq ghazla ta’ l-attur.

  • Il-“Qrati tal-Kummerc”, li bdew jahdmu fl-1 ta’ Settembru 2004, u li huma organi gudizzjarji specjalizzati fil-kawzi li jinqalghu fi hdan dak il-kamp tad-dritt.

    • Dawn il-qrati jiehdu konjizzjoni:
      • Ta’ kwistjonijiet li jinqalghu f’materja ta’ falliment, b’attenzjoni specjali fir-rigward ta’:
        1. l-azzjonijiet civili ta’ natura patrimonjali li jkunu diretti kontra l-patrimonju tal-fallut ghajr dawk il-kawzi li jigu ezercitati fil-processi dwar il-kapacità, l-filjazzjoni, iz-zwieg u l-minuri
        2. Il-kawzi socjali li bhala ghan ikollhom it-twaqqif, l-emendar jew is-sospensjoni kollettiva tal-kuntratti ta’ xoghol li fihom il-fallut ikun il-persuna li thaddem in-nies, kif ukoll is-sospensjoni jew it-twaqqif tal-kuntratti ta’ l-oghla amministraturi.
        3. Kull ezekuzzjoni jew mizura kawtelatorja fuq il-beni u d-drittijiet patrimonjali tal-fallut, ikun x’ikun l-organu li jkun ottjeniha.
        4. Il-kawzi li jikkoncernaw ir-responsabbiltà civili ta’ l-amministraturi socjetarji, ta’ l-awdituri jew, skond il-kaz, ta’ l-istralcjarji ghad-danni kagunati lill-fallut matul il-process.
      • Ta’ talbiet li fihom jigu ezercitati azzjonijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’:
        1. il-kompetizzjoni zleali
        2. il-proprjetà intellettwali u l-pubblikazzjoni
        3. id-dritt socjetarju u tal-kooperattivi
        4. it-trasport, nazzjonali jew internazzjonali
        5. il-ligi marittima
        6. il-kondizzjonijiet kuntrattwali generali
        7. l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-arbitragg ta’ kwistjonijiet precedent
    • Il-kompetenza territorjali ta’ dawn il-qrati se tkun ta’ ambitu Provincjali, u l-kompetenza ghad-dikjarazzjoni u l-innegozjar tal-falliment se tkun vestita fl-Imhallef tal-qorti tal-kummerc li fit-territorju taghha d-debitur ikollu c-centru ta’ l-interessi principali tieghu. Jekk id-debitur ikun ghad ghandu r-residenza tieghu fi Spanja u l-post ta’ din ir-residenza ma jkunx jikkoincidi mac-centru ta’ l-interessi principali tieghu, tkun ukoll kompetenti, fuq ghazla tal-kreditur li jibda l-kawza, il-qorti tal-kummerc li fit-territorju taghha dan ta’ l-ahhar ikollu r-residenza tieghu.

      F’kaz li d-debitur tkun persuna legali, ikun meqjus li c-centru ta’ l-interessi principali taghha jkun fil-post tad-domicilju socjali. Ghal dan il-ghan ma jitqiesx bdil tad-domicilju imwettaq fis-sitt xhur precedenti ghat-talba biex jigi ddikjarat falliment

  • Il-“Qrati tal-Marka tal-Fabbrika Komunitarja”, li ghandhom it-titolu “il-Qrati tal-Kummerc” fil-lokalità ta’ Alicante, huma kompetenti biex jiehdu konjizzjoni, fi prim’istanza u b’mod eskluziv, tal-kawzi kollha li jinqalghu fil-harsien previst mir-Regolamenti Nru 40/94 tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-20 ta’ Dicembru 1993 dwar il-marka tal-fabbrika komunitarja, u r-Regolament Nru 6/2002 tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Dicembru 2001 dwar id-disinji komunitarji.

  • Fit-twettiq ta’ din il-kompetenza, il-Qrati msemmija se jestendu l-gursidizzjoni taghhom ghat-territorju nazzjonali kollu. Sakemm jibdew jahdmu l-“Qrati tal-Kummerc”, il-kompetenza dwar kawzi li ser jaqghu tahthom se tibqa tigi attribwita lill-“Qrati ta’ Prim’Istanza”, skond it-temrini vigenti llum

  • Ghajr dawn il-qrati specjalizzati, il-ligi tippermetti li fejn ikun hemm diversi “Qrati ta’ l-istess klassi”, il-Kunsill Generali tal-Poter Gudizzjarju jista’ jiddeciedi li wiehed jew uhud minnhom jiehdu konjizzjoni esklussiva ta’ tipi partikolari ta’ kawzi, jew dawk tat-twettiq ta’ l-ordni gudizzjarju kkoncernat.

    Din il-fakultà digà giet implimentata f’diversi bliet, b’mod specjali f’dawk il-kawzi li fihom isir riferiment ghal inkapacità jew internament forzat minhabba mard mentali.

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Spanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 01-02-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit