Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Polonja

L-aħħar aġġornament: 06-03-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Polonja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

A. Għandi napplika lil qorti ċivili ordinarja jew waħda speċjalizzata? A.
B. Meta l-qrati ċivili ordinarji għandhom il-ġuriżdizzjoni, kif nista’ nsib fejn għandi nissottometti t-talba tiegħi? B.
I. Hemm distinzjoni bejn il-qrati tal-prim’istanza inferjuri u superjuri u jekk iva, liema hija kompetenti fil-każ tiegħi? I.
II. Il-ġuriżdizzjoni territorjali (il-qorti tal-belt A jew tal-belt B għandha l-ġuriżdizzjoni fil-każ tiegħi?) II.
1. Ir-regola bażika dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali 1.
2. L-eċċezzjonijiet għar-regola bażika 2.
a) Meta nista’ nagħżel bejn qorti fejn jgħix il-konvenut (qorti ddeterminata b’applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra? a)
b) Meta għandi nagħżel qorti li mhijiex il-qorti fejn jgħix il-konvenut (qorti ddeterminata b’applikazzjoni tar-regola bażika)? b)
c) Il-partijiet stess jistgħu jagħtu ġuriżdizzjoni lil qorti li ma tkunx kompetenti mod ieħor? c)
C. Fejn għandhom il-ġuriżdizzjoni qrati speċjalizzati, kif nista’ nsib liema waħda rrid nindirizza? C.

 

A. Għandi napplika lil qorti ċivili ordinarja jew waħda speċjalizzata?

Fil-Polonja, il-każijiet ċivili jinstemgħu mill-qrati ordinarji u mill-Qorti Suprema (ara: l-Organizzazzjoni tal-Ġudikatura fil-Polonja) kemm-il darba ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati speċjalizzati.

Ir-regoli li jirregolaw il-ġuriżdizzjoni tal-qrati huma stabbiliti fl-Artikoli 16-18 u 27-37 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Fil-qrati tad-distrett, il-każijiet ċivili jinstemgħu minn dawn id-Diviżjonijiet li ġejjin:

  • Id-Diviżjoni Ċivili;
  • Id-Diviżjoni tal-Familja u l-Minorenni (it-tribunali tal-familja) - kwistjonijiet dwar il-liġi tal-familja u t-tutelaġġ u dwar l-isfrattar tat-tfal u atti kriminali mwettqa minn minorenni, trattament għall-alkoħoliċi u dawk li jabbużaw mid-droga u kwistjonijiet oħrajn li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tat-tutelaġġ taħt leġiżlazzjoni separata;
  • Id-Diviżjoni ta' l-Impjiegi u l-Assikurazzjoni Soċjali (it-tribunali ta' l-impjiegi) - każijiet li jinvolvu l-liġi dwar l-impjiegi jew l-assikurazzjoni soċjali;
  • Id-Diviżjoni tan-Negozju (it-tribunali tan-negozju) għall-każijiet taħt il-liġi ekonomika u ċivili, bħal tilwimiet bejn kumpaniji li joperaw f'qasam partikolari, tilwimiet ġewwa l-kumpaniji, azzjonijiet għal danni kontra membri tal-bord tad-diretturi li jimmaniġġjaw talli għamlu dikjarazzjonijiet foloz lir-Reġistru tal-Qorti ta' l-Istat u azzjonijiet kontra kumpaniji talli jikkawżaw dannu ambjentali;
  • Id-Diviżjoni tar-Reġistru ta' l-Artijiet - għar-rekords tar-reġistru ta' l-artijiet u proċeduri oħrajn ċivili li jinvolvu r-reġistru ta' l-artijiet;
  • Id-Diviżjoni Muniċipali (it-tribunali muniċipali) għall-każijiet mismugħa fi proċeduri ssemplifikati jew dwar depożiti escrow u qbid ta' proprjetà.

Fil-Qorti tad-Distrett ta' Varsava, joperaw ukoll dawn id-Diviżjonijiet li ġejjin:

FuqFuq

  • It-Tribunal tal-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur, li huwa kompetenti li jisma' każijiet li jinvolvu regoli ta' l-anti-trust u r-regolamenti dwar l-enerġija;
  • It-Tribunal tat-Trade Marks Komunitarji u d-Drittijiet tad-Disinni, li jisma' każijiet li jinvolvu ksur ta' trade marks, theddid ta' ksur ta' disinni jew dikjarazzjonijiet fis-sens li d-disinni u t-trade marks ma ġewx miksura, tħassir ta' dritt ta' disinn Komunitarju, ir-revoka jew tħassir ta' trade mark u l-konsegwenzi tal-ksur ta' trade marks.

B. Meta l-qrati ċivili ordinarji għandhom il-ġuriżdizzjoni, kif nista’ nsib fejn għandi nissottometti t-talba tiegħi?

I. Hemm distinzjoni bejn il-qrati tal-prim’istanza inferjuri u superjuri u jekk iva, liema hija kompetenti fil-każ tiegħi?

Bħala regola ġenerali, il-qrati tad-distrett għandhom ġuriżdizzjoni fir-rigward ta' każijiet ċivili u jagħtu s-sentenzi fil-prim'istanza. Il-qrati tad-distrett għandhom ġuriżdizzjoni fir-rigward tal-każijiet kollha ħlief għall-każijiet irriżervati għall-qrati reġjonali taħt l-Artikoli 16 u 507 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Il-qrati reġjonali tal-prim'istanza għandhom ġuriżdizzjoni fuq il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, jiġifieri dwar:

  • drittijiet mhux materjali (bħad-divorzju) u pretensjonijiet relatati minbarra dawn li ġejjin: l-istabbiliment jew kontestazzjoni tan-nisel ta' tifel, rinunzja ta' dak kollu li għandu x'jaqsam mad-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri jew ix-xoljiment ta' l-adozzjoni;
  • protezzjoni ta' copyright u drittijiet relatati u drittijiet fir-rigward ta' invenzjonijiet, mudelli ta' utilità, disinni, trade marks, indikazzjonijiet ġeografiċi u topografiji ta' ċirkwiti integrati, protezzjoni ta' drittijiet oħrajn li jinvolvu beni tanġibbli;
  • pretensjonijiet taħt l-Att dwar l-Istampa;
  • drittijiet ta' proprjetà fejn il-valur ta' l-oġġet tat-tilwima huwa aktar minn PLN 75 000, u PLN 100 000 fil-proċeduri tan-negozji, ħlief fil-każijiet li jikkonċernaw: manteniment, tilwimiet dwar proprjetà, likwidazzjoni tal-proprjetà matrimonjali bejn il-konjuġi, l-allinjament tal-kontenut tar-reġistru ta' l-artijiet mal-liġi kif inhi;
  • il-ħruġ ta' ordni li tissostitwixxi riżoluzzjoni fuq id-diviżjoni ta' kooperattiva;
  • it-tħassir, dikjarazzjoni ta' invalidità jew stabbiliment ta' l-istat null u mingħajr effett ta' riżoluzzjonijiet maħruġa minn persuni legali jew minn organizzazzjonijiet li mhumiex persuni legali iżda li ngħataw personalità legali mil-liġi;
  • il-prevenzjoni ta', u l-miżuri biex titħassar, il-kompetizzjoni inġusta.

Dawn l-oqsma li ġejjin ukoll jaqgħu fl-ambitu tal-qrati reġjonali:

FuqFuq

  • il-każijiet li jinvolvu l-inkapaċità legali;
  • is-soluzzjoni tat-tilwimiet f'każijiet li jinvolvu l-operat ta' kumpaniji nazzjonalizzati: bejn il-bord ta' kumpanija u d-direttur, bejn il-korpijiet interni ta' kumpanija u l-awtoritajiet li waqqfuha u bejn il-korpijiet interni ta' kumpanija u l-korp tal-monitoraġġ;
  • il-każijiet li jinvolvu r-rikonoxximent u l-konferma ta' l-infurzabbiltà tas-sentenzi mogħtija minn qrati barranin (l-Artikoli 1148 u 1151 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Fil-każijiet li jinvolvu d-drittijiet ta' proprjetà, l-attur huwa meħtieġ li jindika l-valur ta' l-oġġett tat-tilwima fil-petizzjoni, kemm-il darba s-suġġett tat-tilwima hija somma partikolari ta' flus.

Fil-każijiet li jinvolvu pretensjonijiet finanzjarji, ukoll dawk iddikjarati bħala alternattiva għal pretensjoni oħra, l-ammont indikat jikkostitwixxi l-valur tas-suġġett tat-tilwima.

F'każijiet oħrajn li jinvolvu l-proprjetà l-attur huwa meħtieġ li jindika l-ammont ta' l-oġġett tat-tilwima fil-petizzjoni skond l-Artikoli 20-24 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

II. Il-ġuriżdizzjoni territorjali (il-qorti tal-belt A jew tal-belt B għandha l-ġuriżdizzjoni fil-każ tiegħi?)

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Pollakk jirreferi għal erba’ tipi ta’ ġuriżdizzjoni tal-qorti: ġenerali (l-Artikoli 27-30 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), konkorrenti (l-Artikoli 31-37 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), esklussiva (l-Artikoli 38-42 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) u speċjali (l-Artikoli 43-46 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

1. Ir-regola bażika dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali
Il-ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali.

Il-proċeduri għandhom jitressqu fil-qorti tal-prim’istanza li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-konvenut.

FuqFuq

Skond l-Artikolu 25 tal-Kodiċi Ċivili, id-domiċilju ta’ persuna naturali huwa l-post fejn tirrisjedi normalment. Jekk il-konvenut mhuwiex domiċiljat fil-Polonja, il-ġuriżdizzjoni ġenerali hija ddeterminata skond fejn tgħix attwalment, u fejn dan mhuwiex magħruf jew mhuwiex fil-Polonja, il-proċeduri għandhom jitressqu fl-aħħar domiċilju tal-konvenut proċeduri għandhom jitressqu.

Il-proċeduri kontra t-Teżor għandhom jitressqu fil-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn jinsab l-istabbiliment ikkonċernat mit-tilwima. fil-każijiet fejn it-Teżor huwa rrappreżentat mill-Uffiċċju ta’ l-Avukat ta’ l-Istat għat-Teżor (Prokuratoria Generalna Skarbu Państwa), il-proċeduri għandhom jitressqu fil-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tinsab il-fergħa responsabbli għall-istabbiliment ikkonċernat mit-tilwima.

Il-proċeduri kontra persuni legali jew persuni mhux legali oħrajn għandhom jitressqu fil-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn għandhom l-uffiċċju tagħhom (l-Artikolu 30 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

2. L-eċċezzjonijiet għar-regola bażika
a) Meta nista’ nagħżel bejn qorti fejn jgħix il-konvenut (qorti ddeterminata b’applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Il-ġuriżdizzjoni territorjali konkorrenti tfisser li f'xi każijiet l-atturi jistgħu jagħżlu l-qorti fejn iressqu l-proċeduri. F'dawk l-istanzi l-attur jista' jressaq il-proċeduri fil-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni ġenerali jew f'waħda mill-qrati l-oħrajn indikati fl-Artikoli 32-37 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

FuqFuq

Il-ġuriżdizzjoni territorjali konkorrenti hija kkontemplata f'dawn il-każijiet li ġejjin:

  • pretensjonijiet ta' manteniment, l-istabbiliment tal-paternità u pretensjonijiet relatati - il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju ta' l-attur;
  • pretensjonijiet dwar proprjetà konnessi ma' l-attivitajiet kummerċjali tal-konvenut - il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn jinsab l-istabbiliment jew in-negozju tal-konvenut, jekk il-pretensjoni hija marbuta ma' l-attivitajiet imwettqa minn dak l-istabbiliment jew negozju. Iżda, dan ma jgħoddx għall-każijiet li fihom, skond il-liġi, it-Teżor huwa rrappreżentat mill-Uffiċċju ta' l-Avukat ta' l-Istat għat-Teżor (Prokuratoria Generalna Skarbu Państwa);
  • azzjonijiet biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' kuntratt jew biex dan jiġi mwettaq, imħassar jew iddikjarat null u mingħajr effett u azzjonijiet għal danni għal inadempjenza jew twettiq mhux tajjeb ta' kuntratt - il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tat-twettiq tal-kuntratt li hu s-suġġett tat-tilwima; fil-każ li jqum xi dubju, għandhom jitressqu provi dokumentarji dwar il-post tat-twettiq tal-kuntratt;
  • pretensjonijiet li jirriżultaw minn tort/delitt - il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn seħħet l-okkorrenza li għamlet il-ħsara;
  • pretensjonijiet għall-ħlas ta' l-ispejjeż ta' kawża - il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn ir-rappreżentant legali ttratta l-kawża in kwistjoni;
  • pretensjonijiet dwar il-kera jew lokazzjoni ta' proprjetà immobbli - il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli;
  • azzjonijiet kontra min ħareġ kambjala jew ċekk - il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-ħlas. Bosta persuni li joħorġu kambjala jew ċekk jistgħu jiġu mħarrka b'mod konġunt quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-ħlas jew quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni ġenerali għal dak li għandu jħallas jew il-ħruġ ta' promissory notes jew ċekkijiet;
  • azzjonijiet biex jiġi konkluż, biex jiġi stabblit il-kontenut ta' jew biex jiġi emendat kuntratt, mismugħa fi proċeduri separati fil-każijiet li jinvolvu l-liġi dwar in-negozju - il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tat-twettiq tal-kuntratt (l-Artikolu 479, moqri flimkien ma' l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili);
  • azzjonijiet tal-liġi dwar l-impjiegi - il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn ix-xogħol qiegħed isir, sar jew ser isir, jew quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn jinsab il-post tax-xogħol in kwistjoni (l-Artikolu 461(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
b) Meta għandi nagħżel qorti li mhijiex il-qorti fejn jgħix il-konvenut (qorti ddeterminata b’applikazzjoni tar-regola bażika)?

Il-ġuriżdizzjoni esklussiva tfisser li l-każ għandu jinstema' mill-qorti indikata fil-Kodiċi. Il-ġuriżdizzjoni esklussiva hija kkontemplata fil-każijiet li jinvolvu:

FuqFuq

  • il-proprjetà jew drittijiet oħrajn in rem għall-proprjetà immobbli jew pussess tal-proprjetà immobbli - il-proċeduri għandhom jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli; jekk servitu' huwa s-suġġett tat-tilwima, il-ġuriżdizzjoni hija ddeterminata skond il-post fejn tinsab il-proprjetà ingumbrata;
  • eredità jew konservazzjoni permezz ta' ittra, istruzzjoni jew forma oħra ta' testament - il-proċeduri għandhom jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post ta' l-aħħar domiċilju tat-testatur u, fejn mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat id-domiċilju tagħhom fil-Polonja, quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tinsab l-eredità jew parti minnha;
  • l-isħubija f'kooperattiva, kumpanija jew assoċjazzjoni - il-proċeduri għandhom jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-korp;
  • ż-żwieġ - il-proċeduri għandhom jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn jinsab l-aħħar domiċilju konġunt tal-koppja jekk wieħed jew it-tnejn huwa residenti hemm b'mod permanenti. Fejn dan mhuwiex il-każ, il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-konvenut għandha l-ġuriżdizzjoni esklussiva; fejn lanqas dan ma jgħodd, il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju ta' l-attur għandha l-ġuriżdizzjoni esklussiva;
  • ir-relazzjoni tal-ġenituri jew relazzjoni bejn min jadotta u l-adottat - il-proċeduri għandhom jitressqu quddiem il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju ta' l-attur, sa fejn ma hemm ebda bażi fuq liema jitressqu l-proċeduri taħt ir-regoli li jirregolaw il-ġuriżdizzjoni ġenerali.
c) Il-partijiet stess jistgħu jagħtu ġuriżdizzjoni lil qorti li ma tkunx kompetenti mod ieħor?

Il-ġuriżdizzjoni speċjali tfisser li, fil-każijiet indikati fir-regoli speċjali jista' jkun hemm definizzjoni differenti tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti:

FuqFuq

  1. L-attur ġie awtorizzat jagħżel il-qorti.

    Jekk hemm raġunijiet biex qorti waħda jkollha l-ġuriżdizzjoni, jew jekk il-proċeduri jitressqu kontra bosta persuni fir-rigward ta' liem qrati differenti għandhom il-ġuriżdizzjoni skond ir-regoli li jiggvernaw il-ġuriżdizzjoni regolari. L-istess jgħodd għall-każijiet fejn il-proprjetà immobbli li l-post fejn tinsab jiddetermina l-ġuriżdizzjoni tinsab f'distretti ġudizzjarji differenti.

  2. Iż-żewġ partijiet ġew awtorizzati jagħżlu l-qorti skond ftehim jew applikazzjoni konġunta.

    Il-partijiet jistgħu jaqblu bil-miktub biex jissottomettu tilwima eżistenti li qamet minn relazzjoni legali partikolari jew tilwimiet potenzjali futuri lil qorti tal-prim'istanza li m'għandhiex ġuriżdizzjoni lokali fil-liġi. Din il-qorti mbagħad ikollha ġuriżdizzjoni esklussiva, kemm-il darba l-partijiet ma jiddeċidux mod ieħor. Il-partijiet jistgħu wkoll, bi ftehim bil-miktub, jirrestrinġu d-dritt ta' l-applikant li jagħżel bejn il-qrati li għandhom il-ġuriżdizzjoni fir-rigward ta' dawn it-tilwimiet.

    Madankollu, il-partijiet ma jistgħux jibdlu l-ġuriżdizzjoni esklussiva.

    Il-ftehimiet fuq il-ġuriżdizzjoni tal-qorti għandhom ikunu bil-miktub u jistgħu jiffurmaw parti ta' ftehim legali (klawsola ta' proroga) jew jitfasslu bħala ftehim separat.

    Fil-każijiet li jinvolvu l-liġi dwar l-impjiegi u l-assikurazzjoni soċjali, il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni tista' tirrimetti l-każ għas-smigħ minn qorti oħra ekwivalenti li hija kompetenti fir-rigward ta' każijiet li jinvolvu l-liġi dwar l-impjiegi u l-assikurazzjoni soċjali wara applikazzjoni konġunta mill-partijiet, sa fejn dan jidher espedjenti.

    FuqFuq

  3. Il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni hija nnominata mill-qorti ogħla jew mill-Qorti Suprema.

    Jekk il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni hija prekluża milli tisma' jew tieħu azzjoni oħra, l-ogħla qorti tinnomina qorti oħra. Qorti oħra tiġi nnominata biss fejn il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni hija prekluża milli tisma' l-każ, eż., għaliex l-imħallef ġie prekluż jew għal raġunijiet ta' force majeure.

    Il-Qorti Suprema hija meħtieġa tinnomina l-qorti li quddiemha għandhom jitressqu l-proċeduri jekk, fis-sens tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, mhuwiex possibbli li tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni lokali b'riferenza għall-fatti tal-każ (l-Artikolu 45 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

C. Fejn għandhom il-ġuriżdizzjoni qrati speċjalizzati, kif nista’ nsib liema waħda rrid nindirizza?

Il-qrati speċjlizzati jikkonsistu fi qrati amministrattivi u tribunali militari.

Ix-xogħol tat-tribunali militari huwa rregolat mill-Att dwar it-Tribunali Militari (Struttura) tal-21 ta' Awissu 1997. Essenzjalment, dawn it-tribunali jisimgħu l-każijiet kriminali li jinvolvu l-forzi armati Pollakki. Jistgħu jingħataw is-setgħa li jisimgħu każijiet oħrajn biss permezz ta' Att.

Ix-xogħol tal-qrati amministrattivi huwa rregolat mill-Att dwar il-Qrati Amministrattivi (Struttura) tal-25 ta' Lulju 2002. Il-qrati amministrattivi jwettqu l-ġustizzja billi jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-korpijiet pubbliċi u jiddeċiedu dwar tilwimiet dwar kwistjonijiet ta' kompetenza jew ġuriżdizzjoni bejn il-gvern lokali u l-gvern ċentrali. Ma jistax jiġi eskluż li f'każijiet eċċezzjonali qorti amministrattiva tista' tiddeċiedi dwar każ ċivili bħala parti mill-monitoraġġ imwettaq fuq l-attivitajiet tal-korpijiet pubbliċi.

Aktar tagħrif

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

http://www.ms.gov.pl/ polski

Lista tal-qrati ordinarji fil-Polonja (indirizzi)

http://www.ms.gov.pl/organizacja/sady.php polski

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Polonja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 06-03-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit