Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 21-04-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Lussemburgu

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Qabel ma tibda proċedura legali, jaqbel li tkun taf dwar il-korp ġudizzjarju maħluq biex jeżamina l-każ tiegħek jew, fi kliem ieħor, dak li għandu l-kompetenza legali biex jeżaminah. Jekk issib ruħek quddiem l-organu ġudizzjarju l-ħażin jew jekk jinqala’ argument dwar il-kompetenza, hemm ir-riskju li l-proċedura tittawwal b’mod konsiderevoli, u saħansitra t-talba tiegħek tkun irrifjutata minħabba nuqqas ta’ kompetenza.



 

LISTA TAL- KONTENUT

A. Għandi niftaħ kawża fil-Qorti tal-liġi ordinarja jew f’Qorti speċjalizzata ? A.
B. Jekk il-Qrati tal-liġi ordinarja jkunu kompetenti, kif nista’ nidentifika dik li hija kompetenti għall-każ tiegħi ? B.
I. Teżisti distinzjoni bejn il-korpi ġudizzjarji “inferjuri” u dawk “superjuri” ta’ l-ewwel grad? I.
II. Il-kompetenza territorjali (liema qorti hija kompetenti għall-każ tiegħi, dik tal-Belt A jew tal-Belt B?) II.
1. Ir-regola ġenerali tal-kompetenza territorjali 1.
2. L-eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali 2.
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-Qorti ta’ fejn għandu d-domiċilju l-konvenut (Qorti determinata mir-regola ġenerali) jew korp ġudizzjarju ieħor? a)
b) Meta obbligat nagħżel Qorti oħra li mhix dik ta’ fejn għandu d-domiċilju l-konvenut (Qorti determinata mir-regola ġenerali)? b)
c) Huwa possibbli li l-partijiet jagħżlu Qorti li normalment ma tkunx kompetenti? c)
C. Jekk korp tal-ġustizzja speċjalizzat ikun kompetenti, kif nista’ nidentifika l-Qorti kompetenti għall-każ tiegħi? C.
I. Teżisti distinzjoni bejn il-korpi ġudizzjarji ċivili “inferjuri” u dawk “superjuri” ta’ l-ewwel grad? I.
II. Il-kompetenza territorjali (liema qorti hija kompetenti għall-każ tiegħi, dik tal-Belt A jew tal-Belt B?) II.
1. Ir-regola ġenerali tal-kompetenza territorjali 1.
2. L-eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali 2.

 

A. Għandi niftaħ kawża fil-Qorti tal-liġi ordinarja jew f’Qorti speċjalizzata ?

Fil-Lussemburgu, il-Qorti tad-Distrett huwa l-korp ġudizzjarju ordinarju fil-qasam ċivili u f’dak kummerċjali. Hemm żewġ distretti u għalhekk Qorti tad-Distrett li tinsab fil-Lussemburgu u Qorti tad-Distrett li tinsab f’Diekirch.

Il-Qorti tad-Distrett hija kompetenti għall-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kollha li dwarhom il-liġi ma tattribwixxix il-kompetenza lil korp ġudizzjarju ieħor.

Ta’ min jinnota li għall-kuntrarju tas-sitwazzjoni f’pajjiżi oħra, ma jeżistix korp ġudizzjarju speċifiku għall-kwistjonijiet kummerċjali li jitneħħew mill-kmamar speċjalizzati tal-Qorti tad-Distrett. Għaldaqstant il-kwistjonijiet kummerċjali jsegwu proċedura semplifikata.

Prinċipalment, il-korpi ġudizzjarji speċjali huma kompetenti għal: 

  • kwistjonijiet li ma jinvolvux flejjes kbar: Jekk il-kwistjoni tinvolvi ammont li ma jaqbiżx l-1.000 EUR, huwa l-Imħallef tat-Talbiet Żgħar li jkun kompetenti biex jiġġudikaha. Jeżistu tliet Imħallfin tat-Talbiet Żgħar fil-Lussemburgu, f’Esch-sur-Alzette u f‘Diekirch, b’kull wieħed ikun kompetenti għal territorju definit. Xi drabi ma jkunx faċli li jiġi ddeterminat l-ammont involut fi kwistjoni, kemm minħabba li l-każ ikun maqsum f’diversi partijiet, kif ukoll minħabba li huwa diffiċli li jiġi kkalkulat ammont xieraq. F’każ ta’ dubju, jaqbel li wieħed jirrikorri għall-parir ta’ avukat.
  • kwistjonijiet tal-liġi industrijali: Jekk każ inqala’ dwar kuntratt tax-xogħol, il-kompetenza tkun tat-Tribunal Industrijali. Jeżistu tliet Tribunali Industrijali fil-Lussemburgu, f’Esch-sur-Alzette u f’Diekirch, b’kull wieħed ikun kompetenti għal territorju definit. Barra minn hekk, kull Tribunal Industrijali jinkludi sezzjoni kompetenti għall-kwistjonijiet bejn il-ħaddiema u s-sidien u sezzjoni kompetenti għall-kwistjonijiet bejn l-impjegati u min iħaddem.
  • kwistjonijiet dwar il-kera: Il-liġi tattribwixxi lill-Imħallfin tat-Talbiet Żgħar il-kompetenza biex jisimgħu każijiet dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratti tal-kera, ikun xi jkun il-valur tal-każ. Ta’ min jinnota li jekk il-każ jikkonċerna l-iffissar tal-kondizzjonijiet tal-kiri, il-liġi tipprovdi li għandha tissejjaħ kummissjoni ta’ kerrejja organizzata fi ħdan kull distrett amministrattiv qabel ma l-każ jittieħed quddiem l-Imħallef.
  • kwistjonijiet tal-viċinat: Il-parti l-kbira tal-kwistjonijiet tal-viċinat li jkunu jinvolvu, per eżempju, servitujiet jew problemi ta' proprjetà komuni, jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Imħallfin tat-Talbiet Żgħar. Madankollu jekk il-kwistjoni tiddeġenera f’talba għal danni u ta’ interessi, huwa l-ammont tat-talba li jkun determinanti: f'każi ta' aktar minn 10.000 EUR, hija l-Qorti tad-Distrett li tkun kompetenti biex tisma’ l-każ.
  • kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali: Il-liġi tattribwixxi lill-Kunsill arbitrarju tas-sigurtà soċjali l-kompetenza biex jisma’ l-każijiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali. Dan il-Kunsill jinsab fil-Lussemburgu u l-kompetenza tiegħu tinfirex għat-territorju kollu tal-pajjiż.
  • kwistjonijiet dwar il-kustodja tal-minorenni: Jekk min għandu l-kustodja ta’ minorenni huwa l-litigant f’kawża ta' divorzju, hija l-Qorti tad-Distrett li tiddeċiedi dwar din il-kwistjoni, spiss permezz ta' deċiżjoni sommarja. Barra mill-proċedura tad-divorzju, jew wara d-divorzju, dik il-kompetenza taqa' f'idejn il-Qorti tal-kustodja u tal-minorenni, fil-Lussemburgu jew f’Diekirch.
  • problemi ta' dejn żejjed: Il-liġi tattribwixxi l-kompetenza lill-Imħallef tat-Talbiet Żgħar biex jiddeċiedi dwar l-inkartameti ta' dejn żejjed.

B. Jekk il-Qrati tal-liġi ordinarja jkunu kompetenti, kif nista’ nidentifika dik li hija kompetenti għall-każ tiegħi ?

FuqFuq

I. Teżisti distinzjoni bejn il-korpi ġudizzjarji “inferjuri” u dawk “superjuri” ta’ l-ewwel grad?

L-Imħallfin tat-Talbiet Żgħar huma kompetenti biex jisimgħu kwistjonijiet ċivili u kummerċjali li jinvolvu ammonti (minbarra l-interessi u l-ispejjeż) li ma jaqbżux l-10.000 EUR. Lil hinn minn dan l-ammont, il-kompetenza taqa' f'idejn il-Qorti tad-Distrett.

Il-Qorti tad-Distrett hija kompetenti f’kull każ li jinvolvi l-kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu stmati b’kejl monetarju bħal per eżempju l-kwistjonijiet familjari.

II. Il-kompetenza territorjali (liema qorti hija kompetenti għall-każ tiegħi, dik tal-Belt A jew tal-Belt B?)

1. Ir-regola ġenerali tal-kompetenza territorjali

Bħala regola ġenerali, il-Qorti kompetenti hija dik fejn jgħix il-konvenut. Dik ir-regola hija spjegata bħala x-xewqa li jitħares dan ta' l-aħħar, għaliex preżumibilment jista' jiddefendi ruħu aktar faċilment quddiem l-imħallef li huwa l-eqreb tal-post fejn għandu d-domiċilju tiegħu.

Jekk il-konvenut huwa persuna fiżika, il-kompetenza taqa' f'idejn il-Qorti tal-post fejn għandu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu. Għal entità legali (kumpanija, assoċjazzjoni), huwa l-post fejn hija stabbilita, b'mod ġenerali, il-post fejn għandha s-sede soċjali tagħha. Jiġri li l-istabbiliment prinċipali magħruf jista’ jkun distint mis-sede soċjali. F'dan il-każ, huwa possibbli li l-każ jitressaq quddiem il-Qorti tal-post fejn jinsab l-istabbiliment prinċipali. Għall-kumpaniji l-kbar, li għandhom diversi friegħi, il-każ jista' jitressaq quddiem il-Qorti tal-post fejn tinsab waħda mill-friegħi.

FuqFuq

2. L-eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-Qorti ta’ fejn għandu d-domiċilju l-konvenut (Qorti determinata mir-regola ġenerali) jew korp ġudizzjarju ieħor?

Fil-qasam tal-kuntratti: min jagħmel it-talba jista' jressaq il-każ, jew skond il-post ta’ fejn għandu d-domiċilju l-konvenut, jew skond in-natura tal-kuntratt, fil-post fejn jitwassal il-prodott jew fil-post fejn ingħata servizz.

Fil-qasam tar-responsabbiltà għal reat jew azzjoni ta' kwistjoni ċivili fil-qafas ta' proċedura penali: it-talba tista' titressaq quddiem il-korp ġudizzjarju fejn jgħix il-konvenut jew quddiem il-Qorti tal-post fejn saru d-danni jew fejn sar il-fatt li wassal għad-danni.

Fil-qasam tal-beni immobbli: min jagħmel it-talba jista' jressaq il-kwistjoni quddiem il-korp tal-ġustizzja fejn jinsabu l-beni.

b) Meta obbligat nagħżel Qorti oħra li mhix dik ta’ fejn għandu d-domiċilju l-konvenut (Qorti determinata mir-regola ġenerali)?

Fil-qasam tad-divorzju: il-Qorti kompetenti hija dik tal-post fejn tgħix il-familja. Jekk il-miżżewġin għandhom residenzi differenti, il-Qorti kompetenti tkun dik fejn kienet l-aħħar residenza komuni tagħhom. 

Fil-qasam tas-suċċessjoni, il-Qorti kompetenti hija dik fejn il-mejjet kellu l-aħħar domiċilju tiegħu.

Fil-qasam tal-kera, il-Qorti kompetenti hija dik fejn jinsab il-bini.

Fil-qasam tal-liġi industrijali, il-Qorti kompetenti hija dik fejn jinsab il-post tax-xogħol. Madankollu, f’ċerti każi fejn min iħaddem jiftaħ proċedura kontra ħaddiem li jgħix fi Stat Membru ieħor, il-kompetenza tingħata lill-Qorti fejn il-ħaddiem għandu r-residenza tiegħu.

FuqFuq

c) Huwa possibbli li l-partijiet jagħżlu Qorti li normalment ma tkunx kompetenti?

Il-liġi Lussemburgiża taċċetta l-validità ta’ “klawsola attributtiva ta’ korp ġudizzjarju” li permezz tagħha partijiet għal kuntratt jagħżlu Qorti partikolari biex tisma’ l-każ tagħhom.

Klawsoli bħal dawn għandhom interess partikolari jekk il-partijiet ikkonċernati fil-każ jkunu residenti fi Stati differenti. Fil-fatt jippermettu li jiġi ddeterminat minn qabel quddiem liema Qorti se jitressaq il-każ eventwali. Bejn il-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea, il-kondizzjonijiet ta’ validità ta’ klawsoli bħal dawn huma rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2001.

Ftehim bejn il-partijiet dwar il-korp ġudizzjarju huwa wkoll possibbli għall-każijiet purament interni. L-Artikolu 18 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili jippermetti li l-partijiet iressqu quddiem l-Imħallef tat-Talbiet Żgħar każ li normalment ma jkunx kompetenti għalih minħabba s-somma involuta jew minħabba regoli dwar il-kompetenza territorjali. Il-ftehim bejn il-partijiet jista’ jsir apposta jew jirriżulta mill-fatt li l-konvenut jidher fil-kawża mingħajr ma jagħmel dikjarazzjonijiet.

Klawsola attributtiva ta’ korp ġudizzjarju mhix valida ħlief jekk tkun tabilħaqq aċċettata miż-żewġ partijiet. Skond ir-regoli tal-liġi ordinarja għandha titressaq evidenza li turi li sar il-ftehim.

Il-libertà tal-partijiet fl-għażla ta’ korp ġudizzjarju xi drabi hija llimitata mil-liġi. Għaldaqstant, il-liġi dwar il-ħarsien legali tal-konsumatur tiddikjara bħala nulli l-klawsoli li jċaħħdu lill-konsumatur mid-dritt li jressaq kawża quddiem il-Qrati tal-liġi ordinarja.

FuqFuq

C. Jekk korp tal-ġustizzja speċjalizzat ikun kompetenti, kif nista’ nidentifika l-Qorti kompetenti għall-każ tiegħi?

I. Teżisti distinzjoni bejn il-korpi ġudizzjarji ċivili “inferjuri” u dawk “superjuri” ta’ l-ewwel grad?

Il-korpi ġudizzjarji speċjali organizzati skond il-liġi Lussemburgiża (it-Tribunal Industrijali, it-Tribunal tat-Talbiet Żgħar fejn ikunu deċiżi l-ammonti tal-kera, it-Tribunal Amministrattiv, il-Kunsill Arbitrarju tas-Sigurtà Soċjali) jisimgħu bħala Imħallfin tal-Prim‘Istanza l-kwistjonijiet kollha li jittellgħu quddiemhom, fejn il-liġi tagħmel distinzjoni minħabba l-ammont involut fil-każ.  

Għaldaqstant per eżempju, l-Imħallef tat-Talbiet Żgħar li normalment mhux kompetenti ħlief fi kwistjonijiet fejn l-ammont involut ma jaqbiżx l-10,000 EUR, mhux marbut b’dan il-limitu jekk jitressaq quddiemu każ li għandu x’jaqsam ma’ kera.

II. Il-kompetenza territorjali (liema qorti hija kompetenti għall-każ tiegħi, dik tal-Belt A jew tal-Belt B?)

1. Ir-regola ġenerali tal-kompetenza territorjali

Jekk fil-prinċipju l-Qorti kompetenti hija dik tal-post fejn jgħix l-konvenut, jeżistu xi eċċezzjonijiet fir-rigward tal-korpi tal-ġustizzja speċjali.

Għalhekk, per eżempju, it-Tribunal Industrijali kompetenti huwa, fil-prinċipju, dak fejn jinsab il-post tax-xogħol u mhux fejn għandha d-domiċilju waħda mill-partijiet. Bl-istess mod, każ li jinvolvi kera għandu jitressaq quddiem il-Qorti tal-post fejn jinsab il-bini kkonċernat.

Fir-rigward tat-Tribunal Amministrattiv u tal-Kunsill Arbitrarju tas-Sigurtà Soċjali, din id-domanda m’għandiex għalfejn issir peress li dawn il-korpi ġudizzjarji huma kompetenti għat-territorju kollu tal-Gran Dukat.

2. L-eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali

Il-kompetenzi tal-korpi ġudizzjarji speċjali huma attribwiti u b’regola ġenerali mhux possibbli li l-partijiet jagħżlu korp ġudizzjarju ieħor ħlief dak maħtur bil-liġi.   

Il-kompetenzi f’din il-kwistjoni spiss jitqiesu bħala ta’ ordni pubbliku (fil-qasam tal-liġi industrijali, per eżempju), li jfisser li anki f’każ ta’ silenzju min-naħa tal-partijiet, l-imħallef huwa obbligat li jqajjem il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ kompetenza tiegħu.

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Lussemburgu - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 21-04-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit