Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Litwanja

L-aħħar aġġornament: 12-07-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Litwanja

Jekk trid tibda proċeduri legali f’kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, ikollok tidentifika l-qorti li hija kompetenti li tieħu ħsieb il-każ tiegħek jew, fi kliem ieħor, li għandha ġuriżdizzjoni. Jekk tuża l-qorti l-ħażina jew hemm tilwima fuq il-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni hemm ir-riskju ta’ dewmien konsiderevoli fil-proċeduri jekk mhux wkoll ċaħda tal-kawża tiegħek minħabba nuqqas ta' ġuriżdizzjoni.



 

LISTA TAL- KONTENUT

A. Għandi nirrikorri f'qorti ċivili ordinarja jew f'qorti speċjalizzata? A.
B. Meta l-qrati ċivili ordinarji għandhom ġuriżdizzjoni kif nista’ nkun naf f’liema waħda għandi nirrikorri? B.
I. Hemm distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri u jekk hemm liema waħda hija kompetenti għall-każ tiegħi? I.
II. Ġuriżdizzjoni territorjali (Għandha ġuriżdizzjoni l-qorti tal-belt A jew tal-belt B fil-każ tiegħi?) II.
1. Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali 1.
2. Eċċezzjonijiet għar-regola bażika 2.
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-qorti tal-post fejn joqgħod il-konvenut (il-qorti ddeterminata mill-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra? a)
b) Meta jkolli nagħżel qorti li mhix dik tal-post fejn joqgħod il-konvenut (il-qorti ddeterminata bl-applikazzjoni tar-regola bażika)? b)
C. Meta l-qrati għandhom ġuriżdizzjoni speċjali kif nista’ nkun naf liema waħda għandi nindirizza? C.

 

Kummenti preliminari:

  • Id-deskrizzjoni għandha tkun limitata għall-ġuriżdizzjoni tal-qrati ta’ l-ewwel istanza, ibbażata fuq l-assunzjoni, fost l-oħrajn, li l-informazzjoni fuq il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni f’appell tingħata s-soltu jew hija disponibbli fil-qorti ta’ l-ewwel istanza li tkun tat id-deċiżjoni
  • L-ispjegazzjoni tas-sistema ta’ regoli ġuriżdizzjonali m’għandhiex tidħol f’ħafna dettall imma għandha aktar tiffoka fuq dawk is-sitwazzjonijiet li huma l-aktar sinifikanti fir-rilevanza prattika tagħhom għall-utenti ta’ din il-websajt
  • Għandu jkun ikkjarifikat li, b’mod ġenerali, japplikaw ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni deskritti f’din il-folja
    1. f’każijiet purament interni;
    2. f’każijiet traskonfini li jinvolvu konvenut iddomiċiljat f’Istat Membru ta’ l-UE għad-determinazzjoni tal-qorti kompetenti speċifika fl-Istat Membru indikat mir-regoli tad-dritt Komunitarju;
    3. f’każijiet traskonfini li jinvolvu konvenut iddomiċiljat barra l-UE sakemm ma jkunx hemm ftehim internazzjonali (bħall-Konvenzjoni ta’ Lugano) li jipprovdi mod ieħor

A. Għandi nirrikorri f'qorti ċivili ordinarja jew f'qorti speċjalizzata?

Fl-Istati Membri fejn mhux il-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kollha huma ttrattati b’mod komprensiv mill-qrati ċivili ordinarji imma fejn hemm qrati indipendenti speċjalizzati li għandhom ġuriżdizzjoni f’ċerti oqsma tal-liġi (eż. qrati tax-xogħol) għandha tkun spjegata d-demarkazzjoni tal-kompetenza.

L-Artikolu 12 tal-Liġi dwar il-Qrati tar-Repubblika tal-Litwanja jipprovdi s-sistema li ġejja ta’ qrati: sistema integrali ta’ qrati tar-Repubblika tal-Litwanja tikkonsisti mill-qrati ta’ kompetenza ġenerali ta’ qrati speċjalizzati.

Il-qrati ta’ kompetenza ġenerali (il-qrati ta’ l-ewwel istanza – qrati tal-kontea u tad-distrett) jeżaminaw il-każijiet ċivili kollha, jiġifieri, tilwim fir-rigward ta’ jew li jinqala’ minn relazzjonijiet ċivili, tal-familja, tax-xogħol, tal-proprjetà intellettwali, tal-falliment, tar-ristrutturazzjoni u oħrajn privati; (l-Artikolu 22 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Qrati spejalizzati, jiġifieri amministrattivi (qrati tal-kontea amministrattivi) jisimgħu każijiet amministrattivi li jinqalgħu mir-relazzjonijiet legali amministrattivi.

B. Meta l-qrati ċivili ordinarji għandhom ġuriżdizzjoni kif nista’ nkun naf f’liema waħda għandi nirrikorri?

I. Hemm distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri u jekk hemm liema waħda hija kompetenti għall-każ tiegħi?

Il-kawżi ċivili jinstemgħu mill-qrati tad-distrett u tal-kontea bħala l-qrati ta’ l-ewwel istanza (l-Artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

FuqFuq

L-Artikolu 26 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jikkonsolida regola ġenerali li l-kawżi ċivili kollha jinstemgħu mill-qrati tad-distrett. L-Artikoli 27 u 28 jipprovdu eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali u jistabbilixxu l-ġuriżdizzjoni ta’ ċerti każijiet fil-qrati tal-kontea u l-ġuriżdizzjoni esklussiva tal-Qorti tal-Kontea ta’ Vilnius.

Il-maġġoranza ta’ l-IM jafu d-distinzjoni bejn qorti ċivili ordinarja inferjuri u superjuri ta’ l-ewwel istanza. Kull meta dan hu l-każ id-demarkazzjoni tal-ġuriżdizzjoni bi

  • Limitu relatat mal-valur tat-talba fil-kwistjoni u/jew qrati tal-Kontea, bħala l-qrati ta’ l-ewwel istanza, jisimgħu l-każijiet ċivili meta l-ammont tat-talba jaqbeż mitt elf Litas, ħlief għall-kawżi tar-relazzjonijiet legali tal-familja dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetà (taqsima 1 ta’ l-Artikolu 27 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)
  • Fatturi oħra li jiddeterminaw il-ġuriżdizzjoni irrispettivament mill-valur tat-talba fil-kwistjoni għandhom ikunu indikati.
  • Il-qrati tal-kontea, bħala qrati ta’ l-ewwel istanza, jisimgħu wkoll il-każijiet ċivili li ġejjin (l-Artikolu 27 tal-Kodiċi tal-Proċeduri Ċivili):
    • dwar ir-relazzjonijiet legali mhux tal-proprjetà tal-copyright ;
    • dwar ir-relazzjonijiet legali dwar is-sejħa għall-offerti pubbliċi ċivili;
    • dwar il-falliment u r-ristrutturazzjoni;
    • skond rikors ta’ amministratur tal-bank provviżorju fuq it-tnaqqis ta’ kapital awtorizzat tal-bank;
    • meta wieħed mill-partijiet huwa pajjiż barrani jew stat;
    • FuqFuq

    • skond talbiet dwar il-bejgħ obbligatorju ta’ ishma (dividendi, imgħax);
    • skond it-talbiet dwar l-investigazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ entità legali;
    • każijiet oħra ċivili, li jinstemgħu minn qrati tal-kontea bħala l-qrati ta’ l-ewwel istanza li jsegwu l-liġijiet.

Il-qorti tal-kontea ta’ Vilnius biss, bħala l-qorti ta’ l-ewwel istanza, tisma’ l-każijiet li ġejjin (l-Artikolu 28 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili):

  • rigward tilwim maħsub skond il-Liġi dwar il-Liċenzji tar-Repubblika tal-Litwanja;
  • rigward tilwim maħsub skond il-Liġi dwar it-Trademarks tar-Repubblika tal-Litwanja;
  • rigward l-adozzjoni skond rikorsi ta’ ċittadini barranin biex jadottaw ċittadin tar-Repubblika tal-Litwanja li joqgħod fir-Repubblika tal-Litwanja jew f’pajjiż barrani;
  • kawżi ċivili oħra, li jinstemgħu biss mill-qorti tal-kontea ta’ Vilnius bħala qorti ta’ l-ewwel istanza skond il-liġijiet fis-seħħ.

II. Ġuriżdizzjoni territorjali (Għandha ġuriżdizzjoni l-qorti tal-belt A jew tal-belt B fil-każ tiegħi?)

1. Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Presumibbilment id-domiċilju/fejn joqgħod abitwalment il-konvenut, li għandu jkun imfisser fil-qosor, inkluż ir-regola bażika li tapplika għall-persuni legali.

Talba ssir f’qorti skond il-post ta’ fejn joqgħod il-konvenut. Talba kontra entità legali ssir skond id-domiċilju ta’ entità legali, indikata fir-reġistru ta’ l-entitajiet legali. F’każijiet meta l-konvenut huwa stat jew muniċipalità, it-talba ssir skond id-domiċilju ta’ istituzzjoni li tirrappreżenta l-istat jew muniċipalità (l-Artikolu 29 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

FuqFuq

2. Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-qorti tal-post fejn joqgħod il-konvenut (il-qorti ddeterminata mill-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Din it-taqsima għandu jkollha spjegazzjoni tar-regoli speċjali mhux esklussivi tal-ġuriżdizzjoni territorjali, is-soltu li għandhom x’jaqsmu man-natura tal-kawża, il-kawżali tagħha.

Il-ġuriżdizzjoni tista’ tkun iddeterminata skond l-għażla ta’ l-attur fil-każijiet li ġejjin (l-Artikolu 30 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili):

  1. Tista’ ssir talba kontra l-konvenut, li ma jkunx magħruf fejn joqgħod, skond fejn tinsab il-proprjetà jew fejn kien joqgħod l-aħħar.
  2. Talba kontra konvenut, li m’għandux post fejn joqgħod fir-Repubblika tal-Litwanja, tista’ ssir skond fejn tinsab il-proprjetà tiegħu jew fejn kien joqgħod l-aħħar fir-Repubblika tal-Litwanja.
  3. Talba rigward l-attivitajiet ta’ fergħa ta’ entità legali tista’ ssir wkoll skond fejn tinsab il-fergħa.
  4. Talba għall-għoti tal-manteniment u l-affiljazzjoni tista’ ssir ukoll skond il-post fejn joqgħod l-attur.
  5. Talba għad-danni mġarrbin minħabba dannu lis-saħħa ta’ persuna naturali, il-qtil, tista’ ssir skond il-post fejn joqgħod l-attur jew il-post fejn iġġarrab id-dannu.
  6. Talba għall-ħsara magħmula lill-proprjetà ta' persuni tista' ssir skond fejn joqgħod l-attur (id-domiċilju) jew il-post fejn saret il-ħsara.
  7. Talba għad-dannu mġarrab minħabba s-sejba illegali ta’ ħtija, l-applikazzjoni illegali ta’ miżuri tal-kustodja, id-detenzjoni illegali, l-applikazzjoni illegali ta’ mezzi proċedurali ta’ ġegħil, piena amministrattiva illegali − l-arrest, kif ukoll minħabba d-dannu mġarrab minħabba azzjonijiet illegali ta’ mħallef jew qorti fis-smigħ ta’ kawża ċivili, tista’ ssir skond il-post fejn joqgħod l-attur.
  8. Talba għad-danni mġarrbin wara kolliżjoni ta’ bastimenti u għall-kumpens għall-għajnuna u s-salvataġġ mogħtijin fil-baħar kif ukoll f’każijiet l-oħra kollha meta tinqala’ tilwima minħabba r-relazzjonijiet tat-tbaħħir fl-ibħra, tista’ ssir ukoll skond fejn jinsab il-bastiment jew il-port ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment.
  9. Talba dwar ftehim u kuntratti li għandhom il-post ta’ eżekuzzjoni speċifikat tista’ ssir ukoll skond il-post ta’ l-eżekuzzjoni tal-ftehim jew il-kuntratt.
  10. Talba dwar li wieħed jaġixxi bħala kuratur jew amministratur tal-proprjetà, tista’ ssir ukoll skond fejn joqgħodu l-kuratur, il-kustodju jew fejn joqgħod, jew id-domiċilju ta', l-amministratur tal-proprjetà.
  11. Talba dwar ftehim tal-konsum tista’ ssir ukoll skond fejn joqgħod l-utent.

Barra minn hekk, talba kontra diversi konvenuti li joqgħodu jew jinsabu f’postijiet differenti għandha ssir skond fejn joqgħod jew id-domiċilju ta’ wieħed mill-konvenuti fid-diskrezzjoni ta’ l-attur (Parti 1 ta’ l-Artikolu 33 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

FuqFuq

Id-deskrizzjoni għandha tkopri ta’ l-anqas ir-regoli dwar

  • Kwistjonijiet kontrattwali (regoli speċifiċi għal ċerti tipi ta’ kuntratti bħal kuntratti ta’ impjieg?)

    Talba dwar ftehim, meta l-post ta’ implimentazzjoni huwa indikat, tista’ ssir skond fejn joqgħod jew id-domiċilju tal-konvenut jew skond il-post ta’ l-implimentazzjoni tat-trattat fid-diskrezzjoni ta’ l-attur. Talba dwar ftehim tal-konsum tista’ ssir skond fejn joqgħod jew id-domiċilju tal-konvenut jew il-konsumatur.

    • Kwistjonijiet dwar il-manteniment

      Talba dwar sentenzi fuq il-manteniment tista’ ssir skond fejn joqgħod jew id-domiċilju tal-konvenut jew l-attur fid-diskrezzjoni ta’ l-attur.

    • Kwistjonijiet dwar id-delitt ċivili
    • Li jsiru talbiet ċivili għad-danni fi proċeduri kriminali

      Talba ċivili għad-danni fi proċeduri kriminali tista’ ssir f’kawża skond ir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, jekk it-talba ma saritx jew ġiet deċiża waqt il-kawża kriminali.

      Eċċ.

b) Meta jkolli nagħżel qorti li mhix dik tal-post fejn joqgħod il-konvenut (il-qorti ddeterminata bl-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Din it-taqsima għandha tagħti spjegazzjoni tar-regoli esklussivi tal-ġuriżdizzjoni speċjali.

It-taqsimiet 1-2 ta’ l-Artikolu 31 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja jistabbilixxu l-eċċezzjonijiet li ġejjin għall-ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali, li huma obbligatorji għall-attur meta jibda proċeduri legali:

FuqFuq

  1. Talbiet għal drittijiet tanġibbli għall-proprjetà immobbli, rigward l-użu ta’ proprjetà immobbli, ħlief għar-rikorsi dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetà tal-konjuġi fil-każijiet ta’ taħlil taż-żwiġijiet, dwar ir-rikonoxximent tan-nullità tal-qbid ta’ proprjetà immobbli għandhom ikunu fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti fl-istess post tal-proprjetà immobbli jew l-parti ewlenija tagħha.
  2. Talbiet tal-kredituri tat-testatur li jsiru qabel ma l-werrieta jaċċettaw wirt għandhom ikunu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti fl-istess post tal-wirt jew il-parti ewlenija tiegħu.

Barra minn hekk, skond il-partijiet 2-4 ta’ l-Artikolu 33 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja:

  • Kontrotalba, irrispettivament mill-ġuriżdizzjoni tagħha, għandha tintbagħat lill-qorti fejn instemgħet l-ewwel talba. Jekk is-sottomissjoni ta’ kontrotalba tibdel il-ġuriżdizzjoni speċifika ta’ każ, il-qorti, li tkun qed tisma’ t-talba inizjali, għandha tittrasferixxi l-każ sħiħ biex jinstema’ skond il-ġuriżdizzjoni speċifika.
  • Jekk waħda mit-talbiet ta’ l-attur trid issir skond ir-regolament ta’ ġuriżdizzjoni straordinarja, it-talba għandha għalhekk tkun ippreżentata skond ir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni straordinarja.
  • Jekk waħda mit-talbiet ta’ l-attur hija fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti tal-kontea, it-talbiet kollha għandhom jinstemgħu f’qorti tal-kontea.

Ftehim fuq l-għażla tal-qorti (inkluż klawżoli kuntrattwali), kondizzjonijiet għall-validità tagħhom u l-effetti tagħhom

Il-partijiet jistgħu jibdlu l-ġuriżdizzjoni territorjali ta’ każ wara ftehim bil-miktub bejniethom jew fosthom. Iżda, il-ġuriżdizzjoni straordinarja jew speċifika ma tistax tinbidel bejniethom jew fosthom (l-Artikolu 32 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja).

Il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti bbażata esklussivament fuq id-dehra tal-konvenut

Qorti tittrasferixxi kawża għas-smigħ f’qorti oħra wara li tiddeċiedi jekk il-konvenut, li ma kienx magħruf qabel fejn joqgħod, jitlob li jittrasferixxi l-kawża tiegħu lil qorti ta’ fejn joqgħod (taqsima 2 tal-parti 2 ta’ l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja).

C. Meta l-qrati għandhom ġuriżdizzjoni speċjali kif nista’ nkun naf liema waħda għandi nindirizza?

Għall-fergħat tal-qorti speċjalizzata d-deskrizzjoni tar-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni għandha, kemm jista’ jkun xieraq, issegwi l-istess struttura bħat-taqsima B. Meta r-regoli ġuriżdizzjonali huma essenzjalment l-istess dan għandu jkun ċar u għandu jkun segwit bi spjegazzjoni ta’ l-eċċezzjonijiet għal dik ir-regola.

Qrati amministrattivi speċjalizzati li joperaw fir-Repubblika tal-Litwanja ma jisimgħux kawżi ċivili, għalhekk, fl-opinjoni tagħna, ir-regoli fuq il-ġuriżdizzjoni tagħhom u l-eċċezzjonijiet għal dawk ir-regoli m’humiex is-suġġett ta’ dan il-kwestjonarju.

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Litwanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 12-07-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit