L-aħħar aġġornament: 27-02-2008
Jurisdizzjoni tal-qrati - Latvja
| |
LISTA TAL- KONTENUT
|
| A. |
Għandi naġixxi quddiem qorti ċivili ordinarja jew waħda speċjalizzata?
|
| B. |
Kif nista’ nsib fejn eżattament għandi nissottometti t-talba tiegħi u liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-każ tiegħi?
|
|
I. |
Hemm distinzjoni bejn il-qrati ta’ l-ewwel istanza inferjuri u superjuri u jekk iva, liema hija kompetenti fil-każ tiegħi?
|
|
II. |
Il-ġuriżdizzjoni territorjali
|
|
|
1. |
Ir-regoli bażiċi dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali
|
|
|
2. |
L-eċċezzjonijiet għar-regoli bażiċi
|
|
|
|
a) |
Meta nista’ nagħżel bejn qorti fejn jgħix il-konvenut (qorti ddeterminata b’applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
|
|
|
|
b) |
Meta għandi nagħżel qorti li mhijiex il-qorti fejn jgħix il-konvenut (qorti ddeterminata b’applikazzjoni tar-regola bażika)?
|
|
|
|
c) |
Il-partijiet stess jistgħu jagħtu ġuriżdizzjoni lil qorti li ma tkunx kompetenti mod ieħor?
|
| C. |
Fejn qrati speċjalizzati jkollhom il-ġuriżdizzjoni, kif nista’ nsib liema waħda rrid nindirizza?
|
|
A. Għandi naġixxi quddiem qorti ċivili ordinarja jew waħda speċjalizzata?
L-Att dwar il-Proċeduri
Ċivili jiggarantixxi d-dritt ta’ kull persuna naturali u legali li tmur
il-qorti biex tiddefendi l-interessi leġittimi u d-drittijiet tagħha fejn
dawn id-drittijiet ġew miksura jew ikkontestati. Bħala regola ġenerali
t-tilwimiet kollha ċivili huma soġġetti għal azzjoni fil-qorti u għandhom
jinstemgħu taħt il-proċeduri tat-talbiet ġudizzjarji. F’każiijiet eċċezzjonali u
biss fejn speċifikat taħt il-leġiżlazzjoni, it-tilwimiet ċivili jistgħu
jkunu riżolti taħt proċeduri oħrajn ekstra-ġudizzjarji. Fejn provdut
fil-leġiżlazzjoni, il-qorti tisma’ wkoll talbiet imressqa minn persuni naturali u legali
li mhumiex ta’ natura ċivili. Iżda, fil-każijiet kollha l-kwistjoni ta’
arbitraġġ ta’ tilwima hija deċiża minn qorti jew imħallef. Jekk xi qorti jew imħallef tirrikonoxxi li tilwima mhijiex
soġġetta għal azzjoni fil-qorti, id-deċiżjoni f’dan is-sens tindika l-korp
responsabbli biex jaġġudika l-kwistjoni.
Il-partijiet f’tilwima
huma intitolati bi ftehim reċiproku li jieħdu l-każ tagħhom quddiem
qorti ta’ l-arbitraġġ. Il-partijiet jistgħu jiddeċiedu jidhru quddiem qorti
ta’ l-arbitraġġ biex isolvu tilwima li diġà qamet jew li tista’ tqum
fil-futur. Kwalunkwe tilwima ċivili tista’ titressaq quddiem qorti ta’
l-arbitraġġ ħlief xi tilwimiet speċifikati mil-liġi. Fejn il-partijiet qablu
li jressqu t-tilwima tagħhom quddiem qorti ta’ l-arbitraġġ, għandu jsir rikors
lill-qorti ta’ l-arbitraġġ kompetenti.
Fuq
B. Kif nista’ nsib fejn eżattament għandi nissottometti t-talba tiegħi u liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni fuq il-każ tiegħi?
Il-kawżi huma soġġetti għal eżami
sostantiv fil-qorti ta’ l-ewwel istanza, ħlief xi kawżi speċifikati
fil-leġiżlazzjoni li jinstemgħu fil-qrati reġjonali.
Il-kawżi ma jgħaddux
minn eżaminazzjoni sostantiva f'qorti ta’ istanza ogħla qabel ma jkunu nstemgħu
f’qorti inferjuri. Il-qorti ta’ l-ewwel istanza għal kawżi ċivili hija l-qorti
tad-distrett (muniċipali)
jew il-qorti reġjonali li l-każ jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni
tagħha. Il-ġuriżdizzjoni fil-proċeduri ċivili tfisser l-assenjar ta' l-kawżi
ċivili li huma soġġetti għal azzjoni quddiem qorti lill-qrati ta’ l-ewwel
istanza għall-eżaminazzjoni sostantiva tagħhom, fuq il-bażi tal-ġuriżdizzjoni
tagħhom għal raġunijiet sostantivi jew territorjali.
Il-kawżi li huma
soġġetti għal azzjoni
quddiem il-qrati jinstemgħu fil-qrati tad-distrett (muniċipali) ħlief f’xi
każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni li jinstemgħu mill-qrati reġjonali.
Dawn il-kawżi li huma soġġetti għal azzjoni quddiem il-qrati jinstemghu mill-qrati
reġjonali:
- tilwimiet dwar drittijiet reali li għandhom
x’jaqsmu ma’ proprjetà immobbli;
- każijiet li jirriżultaw mid-dritt kuntrattwali,
fejn l-ammont tat-talba huwa akbar minn LVL 150 000;
- każijiet dwar drittijiet ta' privattivi
u l-ħarsien tat-trademarks;
- każijiet dwar l-insolvenza u
l-likwidazzjoni ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu.
Jekk bosta talbiet ikunu qed
isiru f’kawża waħda fejn xi talbiet huma soġġetti għall-ġuriżdizzjoni
ta’ qrati tad-distrett (muniċipali) u oħrajn għandhom jinstemgħu minn qorti
reġjonali, jew fejn ġiet ippreżentata kontro-talba li taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni
ta’ qorti reġjonali ġiet ippreżentata quddiem qorti tad-distrett
(muniċipali), il-każ jinstema’ f’qorti reġjonali.
Fuq
Il-qrati jaġġudikaw
il-każijiet ċivili skond atti u leġiżlazzjoni oħra, ftehimiet
internazzjonali li jorbtu lil-Latvja, u l-leġiżlazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jekk ftehim internazzjonali approvat mis-Saeima (il-Parlament) jistabbilixxi
dispożizzjonijiet konfliġġenti ma’ dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni
Latvjana, jgħoddu d-dispożizzjonijiet tal-ftehim internazzjonali. Fejn kwistjoni
ġudizzjarja hija rregolata mil-leġiżlazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea li hija
direttament applikabbli fil-Latvja, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi
Latvjani jgħoddu sa fejn permess mil-leġiżlazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
I. Hemm distinzjoni bejn il-qrati ta’ l-ewwel istanza inferjuri u superjuri u jekk iva, liema hija kompetenti fil-każ tiegħi?
Fil-kawżi ċivili
l-assenjazzjoni tal-ġuriżdizzjoni għal-livelli differenti tal-qrati ta’ l-ewwel
istanza tissejjaħ ġuriżdizzjoni għal raġunijiet sostantivi għaliex il-kawżi
ċivili li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ dawn il-qrati huma kklassifikati
skond il-kategorija (tip) ta’ każ jew il-materjal (karattru jew ammont)
tat-talba. Fi kwalunkwe każ il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati ta’ l-istess
istanza għandha titqies ukoll.
Ara t-tagħrif mogħti
hawn fuq dwar id-distinzjoni bejn il-qrati ta’ l-ewwel istanza inferjuri u superjuri.
II. Il-ġuriżdizzjoni territorjali
1. Ir-regoli bażiċi dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali
Il-proċeduri ġenerali
dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali jistabbilixxu li talba kontra persuna
naturali titressaq quddiem qorti determinata skond il-post tar-residenza
tal-persuna (l-Artikolu 26 ta’ l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili). Talba kontra
persuna legali titressaq quddiem qorti determinata skond il-post tal-persuna legali
(l-indirizz legali). Dan ifisser li każ jitressaq quddiem qorti ta’ l-ewwel
istanza minħabba l-ġuriżdizzjoni kategorika jew materjali tagħha iżda wkoll billi jitqiesu
r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali.
Fuq
2. L-eċċezzjonijiet għar-regoli bażiċi
L-Att dwar il-Proċeduri Ċivili
jispeċifika wkoll l-eċċezzjonijiet għar-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali fil-kawżi
ċivili, li bihom attur jista’ jagħżel li jressaq kawża skond
id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali, jiġifieri jirrikorri quddiem il-qorti
fejn jgħix jew jinsab il-konvenut, jew l-attur jista’ jiddeċiedi li jressaq
talba f’qorti ta’ l-ewwel istanza differenti, li topera fuq l-istess livell u hija indikata taħt
il-leġiżlazzjoni bħala qorti alternattiva.
a) Meta nista’ nagħżel bejn qorti fejn jgħix il-konvenut (qorti ddeterminata b’applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Talba kontra konvenut li r-residenza tiegħu mhijiex magħrufa jew li m'għandux post ta' residenza permanenti fil-Latvja titressaq f'qorti ddeterminata skond il-post fejn tinsab kwalunkwe proprjetà immobbli tal-konvenut jew skond l-aħħar post ta' residenza magħruf tiegħu.
Ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni magħżula mill-attur huma stabbiliti fl-Artikolu 28 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili, li jagħti lista ddettaljata tat-tipi ta' każijiet u qrati alternattivi fejn tista' titressaq talba:
- Talba dwar l-azzjonijiet ta' sussidjarja jew uffiċċju rappreżentattiv ta' persuna legali jistgħu wkoll jitressqu f'qorti ddeterminata skond il-post tas-sussidjarja jew ta' l-uffiċċju rappreżentattiv.
- Talba dwar il-ġbir lura ta' manteniment jew determinazzjoni tal-paternità tista' wkoll titressaq quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza ta' l-attur.
- Talba dwar atti kriminali personali (L-Artikoli 2347-2353 ta' l-Att Ċivili
), li rriżultaw f'diżabilità, dannu ieħor għas-saħħa jew il-mewt tal-persuna kkonċernata jistgħu wkoll jitressqu quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza ta' l-attur jew il-post fejn saru l-atti kriminali. - Talba dwar danni magħmula fuq il-proprjetà ta' persuna naturali jew legali jistgħu wkoll jitressqu quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post fejn sar id-dannu.
- Talba dwar it-teħid lura ta' proprjetà jew kumpens għall-valur ta' din il-proprjetà jistgħu wkoll jitressqu quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza ta' l-attur.
- It-talbiet marittimi jistgħu wkoll jitressqu quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post fejn inqabad il-bastiment tal-konvenut.
- Azzjoni kontra bosta konvenuti li jirrisjedu jew jinsabu f'posta postijiet differenti tista' titressaq quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post ta' residenza ta' jew fejn jinsab wieħed mill-konvenuti.
- Azzjoni dwar divorzju jew annullament taż-żwieġ tista' titressaq quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza ta' l-attur fejn:
- hemm minorenni jirrisjedu ma' l-attur;
- waħda mill-partijiet li qed titlob divorzju ġiet rikonoxxuta b'mod formali bħala mentalment inkapaċitata jew qiegħda taħt tutela (l-Artikolu 365 ta' l-Att Ċivili);
- waħda mill-partijiet li qed titlob divorzju qed isservi piena ta' ħabs;
- il-post tar-residenza ta' waħda mill-partijiet li qed titlob divorzju mhuwiex magħruf jew huwa barra mill-pajjiż;
- il-konjuġi ssottomettew rikors f'dan is-sens meta ddeċidew li jitolbu d-divorzju.
- Talba dwar kuntratt ta' impjieg tista' wkoll titressaq quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza ta' l-attur jew il-post tax-xogħol tiegħu.
b) Meta għandi nagħżel qorti li mhijiex il-qorti fejn jgħix il-konvenut (qorti ddeterminata b’applikazzjoni tar-regola bażika)?
Il-ġuriżdizzjoni esklussiva fil-każijiet ċivili għandha wkoll x'taqsam ma' eċċezzjonijiet mhux biss mill-ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali fil-każijiet ċivili iżda wkoll mit-tipi l-oħrajn kollha tal-ġuriżdizzjoni territorjali. Il-ġuriżdizzjoni ta' din it-tip tgħodd għal xi kawżi:
Fuq
- talbiet dwar drittijiet ta' proprjetà u kwalunkwe dritt ieħor dwar proprjetà immobbli jew l-effetti tiegħu, u talbiet dwar ir-reġistrazzjoni ta' dawn id-drittijiet fir-reġistru ta' l-artijiet jew it-tħassir mir-reġistru u l-esklużjoni ta' dawn id-drittijiet mill-att ta' deskrizzjoni jitressqu quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tal-proprjetà in kwistjoni;
- talba ta' kreditur fir-rigward ta' eredità sħiħa, fejn l-eredi kkonfermati jew il-legatarji mhumiex magħrufa, taqa' taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza tat-testatur. Fejn dan il-post tar-residenza ma kienx fil-Latvja jew mhuwiex magħruf, it-talba tiġi mressqa quddiem il-qorti li tikkorrispondi għall-post fejn tinsab l-eredità jew parti minnha;
- il-ġuriżdizzjoni esklussiva tista' tgħodd ukoll taħt atti leġiżlattivi oħrajn.
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt jgħoddu wkoll għall-każijiet soġġetti għal proċeduri ġudizzjarji speċjali:
- rikors għall-approvazzjoni ta' adozzjoni għandu jiġi ppreżentat quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza tal-persuna li se tadotta, iżda rikors għall-annullament ta' adozzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza ta' rikorrent wieħed. Rikors minn barrani jew minn persuna li tgħix fi stat ieħor dwar approvazzjoni ta' adozzjoni għandu jiġi ppreżentat quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza tal-persuna li se tiġi adottata (l-Artikolu 259 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- rikors biex persuna tiġi ddikjarata inkapaċi li taġixxi minħabba mard mentali jew defiċjenza mentali għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza tal-persuna jew, jekk il-persuna tkun tqiegħdet taħt kura, li tikkorrispondi għall-post ta' l-istituzzjoni medika (l-Artikolu 264 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- rikors biex tiġi imposta t-tutela fuq persuna li l-ħajja dissoluta jew ħalja tagħha, jew ta' l-użu eċċessiv ta' alkoħol jew ta' narkotiċi, thedded li ġġib privazzjoni jew faqar għaliha nfisha jew għall-familja tagħha, għandu jiġi ppreżentat quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza tal-persuna (l-Artikolu 271 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- kawża dwar trusteeship ta' proprjetà ta' persuna li hija assenti jew nieqsa għandha tiġi aġġudikata minn qorti li tikkorrispondi għall-aħħar post tar-residenza tal-persuna li hija nieqsa jew assenti (l-Artikolu 278 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- rikors biex persuna nieqsa tiġi ddikjarata mejta għandu jiġi sottomess quddiem qorti li tikkorrispondi għall-aħħar post tar-residenza ta' din il-persuna (l-Artikolu 282 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- rikors sabiex jiġu ddeterminati fatti legali għandu jiġi ppreżentat quddiem qorti li tikkorrispondi għar-residenza ta' l-applikant (l-Artikolu 290 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- rikors għall-annullament tad-drittijiet dwar proprjetà immobbli għandu jiġi ppreżentat quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tal-proprjetà; fejn l-applikazzjoni tirrelata għal drittijiet oħrajn, ir-rikors jiġi sotomess quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post fejn jinsab ir-rikorrent, li huwa l-post tar-residenza ta' persuna naturali jew il-post (indirizz legali) tal-persuna legali, kemm-il darba ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-leġiżlazzjoni (l-Artikolu 294(2) ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- rikors għall-annullament ta' dokumenti mitlufa, misruqa jew meqruda u tiġdid tad-drittijiet relatati ma' dawn id-dokumenti għandu jiġi ppreżentat quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post tal-ħlas indikat fid-dokument, iżda jekk il-post tal-ħlas mhuwiex magħruf, allura l-qorti li tikkorrispondi għall-post tar-residenza tad-debitur jekk id-debitur huwa persuna naturali, jew il-post (indirizz legali) jekk id-debitur huwa persuna legali; jekk il-post fejn jinsab id-debitur huwa wkoll mhux magħruf, allura l-qorti li tikkorrispondi għall-post fejn inħareġ id-dokument (l-Artikolu 299 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- rikorsi dwar fidi ta' proprjetà immobbli għandhom jitressqu quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli soġġetta għall-fidi (l-Artikolu 336 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- kawżi li għandhom x'jaqsmu ma' l-insolvenza ta' intrapriża jew kumpannija għandhom jiġu aġġudikati minn qorti li tikkorrispondi għall-post (indirizz legali) ta' l-intrapriża jew kumpannija. Il-każijiet li għandhom x'jaqsmu mal-bidu tal-proċeduri ta' l-insolvenza taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 għandhom jiġu aġġudikati minn qorti li tikkorrispondi għall-post fejn jinsab iċ-ċentru ta' l-interessi ewlenin tad-debitur; il-każijiet li għandhom x'jaqsmu mal-bidu tal-proċeduri ta' l-insolvenza taħt l-Artikolu 3(2) taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu aġġudikati mill-qorti li tikkorrispondi għall-post fejn tinsab l-intrapriża tad-debitur (fis-sens ta' l-Artikolu 2(h) tar-Regolament imsemmi hawn fuq (l-Artikolu 342 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- kawżi li għandhom x'jaqsmu ma' l-insolvenza jew l-istralċ ta' istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jiġu aġġudikati minn qorti li tikkorrispondi għall-post fejn tinsab (l-indirizz legali) l-istituzzjoni ta' kreditu (l-Artikolu 364 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- persuna li timpjega tista' tissottometti rikors biex strajk jew talba biex isir strajk jiġi dikjarat illegali skond ir-raġunijiet imsemmija fl-Att dwar l-Istrajks
u l-proċedura stabbilita fih. Rikors biex tiddikjara strajk jew talba biex isir strajk illegali għandu jiġi ppreżentat quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post fejn għandu jsir l-istrajk (l-Artikolu 390 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili); - ir-rappreżentanti ta' l-impjegati jistgħu jissottomettu rikors biex lock-out jew talba biex isir lock-out jiġi ddikjarat illegali taħt ir-raġunijiet imsemmija u l-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar it-Tilwimiet tax-Xogħol
. Rikors biex lock-out jew talba biex isir lock-out jiġi ddikjarat illegali għandu jiġi ppreżentat quddiem qorti li tikkorrispondi għall-post fejn għandu jsir il-lock-out (l-Artikolu 3941 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili).
Każijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-eżekuzzjoni mhux ikkontestata tar-responsabbiltajiet:
Fuq
- Ir-rikorsi għall-bejgħ volontarju ta' proprjetà immobbli li qed tiġi subbastata għandhom jitressqu quddiem il-qorti tad-distrett (muniċipali) li tikkorrespondi għall-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli (l-Artikolu 395 ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- Ir-rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux kontestata tar-responsabbiltajiet li jinvolvu ħlasijiet f'kontanti jew ir-radd ta' proprjetà mobbli għandhom jitressqu quddiem il-qorti tad-distrett (muniċipali) li tikkorrespondi għall-post tar-residenza tad-debitur (l-Artikolu 403(1) ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- Ir-rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux kontestata taħt dokumenti ta' pleġġ ta' proprjetà immobbli jew taħt obbligu ta' żgumbrament jew ta' radd ta' proprjetà lokata jew mikrija, għandhom jitressqu quddiem il-qorti tad-distrett (muniċipali) li tikkorrespondi għall-post tar-residenza tad-debitur (l-Artikolu 403(2) ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili);
- Ir-rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux kontestata taħt garanzija ta' ipoteka għal vapur għandhom jitressqu quddiem il-qorti tad-distrett (muniċipali) li tikkorrespondi għall-post fejn hija reġistrata l-garanzija ta' l-ipoteka (l-Artikolu 403(3) ta' l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili).
Il-ġuriżdizzjoni esklussiva ma tgħoddx għall-eżekuzzjoni obbligatorja tar-responsabbiltajiet taħt proċeduri ta' kawtela fejn titressaq talba quddiem qorti li tikkorrispondi għall-aħħar post tar-residenza tad-debitur jew il-post fejn ikun jinsab, u l-ebda eċċezzjoni ma tgħodd għal dawn il-każijiet fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni ta' qorti reġjonali: kawtela tista' tiġi nnotifikata lil debitur ukoll jekk l-ammont jeċċedi LVL 150 000, peress li l-qorti mhijiex tenuta tiddeċiedi t-tilwimiet fil-proċeduri ta' kawtela. Id-debitur jingħata avviż fir-rigward tat-talba li tippermetti lid-debitur jagħżel bejn ħlas jew azzjoni quddiem il-qorti. Jekk id-debitur ma jaċċettax it-talba t-tilwima tinstema' taħt proċeduri tat-talbiet skond ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni fil-proċeduri tal-qorti.
Fuq
c) Il-partijiet stess jistgħu jagħtu ġuriżdizzjoni lil qorti li ma tkunx kompetenti mod ieħor?
Iva, teżisti din
il-possibbiltà: il-leġiżlazzjoni nazzjonali Latvjana tipprovdi għall-ġuriżdizzjoni
bi ftehim fejn il-partijiet jingħataw id-dritt li jattribwixxu l-ġuriżdizzjoni
territorjali tal-każ tagħhom bi ftehim. Meta jikkonkludu kuntratt
il-partijiet jistgħu jispeċifikaw il-qorti ta’ l-ewwel istanza fejn kwalunkwe
tilwima dwar il-kuntratt jew il-ħarsien tat-termini tiegħu għandhom jiġu
riżolti. Iżda, il-partijiet ma jistgħux jibdlu l-ġuriżdizzjoni sostantiva taħt
liema jaqa’ każ (l-Artikolu 25 ta’ l-Att dwar il-Proċeduri
Ċivili), li hija l-attribuzzjoni ta’ każ ċivili għal stadji differenti
tal-qorti ta’ l-ewwel
istanza; ukoll il-partijiet ma jistgħux jibdlu l-ġuriżdizzjoni esklussiva (l-Artikolu 29 ta’ l-Att dwar il-Proċeduri Ċivili). Il-ġuriżdizzjoni
bi ftehim hija soġġetta għal żewġ restrizzjonijiet:
- din il-forma ta’ attribuzzjoni ta’ ġuriżdizzjoni
tista’ tintuża biss fir-rigward ta’ tilwimiet kuntrattwali;
- ftehim biex tinbidel il-ġuriżdizzjoni territorjali
għandu jintlaħaq fil-ħin li huwa konkluż kuntratt u l-qorti speċifika
ta’ l-ewwel istanza li tisma’ tilwima potenzjali għandha tiġi indikata.
Ladarba, meta jiġi konkluż kuntratt, mhuwiex possibbli li l-partijiet
jantiċipaw l-ammont tat-talba relatata mat-tilwima potenzjali, il-qorti
għandha tippermetti għażla alternattiva ta’ qorti ta’ l-ewwel istanza,
jiġifieri kemm qorti speċifika tad-distrett (muniċipali), kif ukoll qorti reġjonali,
quddiem liema l-partijiet iressqu t-tilwimiet, skond l-ammont tat-talba.
C. Fejn qrati speċjalizzati jkollhom il-ġuriżdizzjoni, kif nista’ nsib liema waħda rrid nindirizza?
Taħt
il-leġiżazzjoni Latvjana, il-qrati ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali fil-Latvja
jisimgħu każijiet kemm ċivili kif ukoll kriminali. Il-Latvja m’għandhiex
qrati speċjalizzati, per eżempju qrati tal-familja, jew imħallfin li
jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet legali speċjali, bħalma huwa l-każ f’pajjiżi
oħrajn.
Kif imsemmi hawn fuq, il-każijiet
ċivili huma soġġetti għal
eżaminazzjoni sostantiva quddiem qorti ta’ l-ewwel istanza u ma jgħaddux minn
eżaminazzjoni sostantiva f’qorti ta’ istanza ogħla qabel ma jkunu nstemgħu f’qorti
inferjuri. Il-qorti ta’ l-ewwel istanza għal kawża ċivili hija l-qorti
tad-distrett (muniċipali)
jew il-qorti reġjonali taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ liema jaqa’ l-każ. Taħt
id-dispożizzjonijiet ġenerali t-tilwimiet kollha ċivili huma soġġetti għal
azzjoni quddiem il-qrati u għandhom jinstemgħu taħt il-proċeduri tat-talbiet
ġudizzjarji.
« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Latvja - Informazzjoni Ġenerali »
Fuq
L-aħħar aġġornament: 27-02-2008