Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Italja

L-aħħar aġġornament: 15-02-2008
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Italja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

A. Għandi nirrikorri f’qorti ċivili ordinarja jew f’qorti speċjalizzata? A.
B. Fejn il-qrati ordinarji għandhom il-ġuriżdizzjoni, kif nista’ nsib f’liema għandi nirrikorri? B.
I. Hemm distinzjoni bejn qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri, u jekk iva liema waħda hija kompetenti biex tiddeċiedi l-każ tiegħi? I.
II. Il-ġuriżdizzjoni territorjali II.
1. Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali. 1.
2. L-eċċezzjonijiet għar-regola bażika 2.
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-qorti tal-post fejn jgħix il-konvenut u qorti oħra? a)
b) Meta għandi nagħżel qorti oħra barra dik tal-post fejn jgħix il-konvenut? b)
c) Jistgħu l-partijiet jinnominaw qorti li normalment ma tkunx kompetenti? c)
C. Meta qrati speċjalizzati jkollhom il-ġuriżdizzjoni kif nista’ nsib liema għandi nindirizza? C.

 

A. Għandi nirrikorri f’qorti ċivili ordinarja jew f’qorti speċjalizzata?

Fil-livell ta' l-ewwel istanza l-qrati huma ppreseduti mill-imħallfin tat-talbiet żgħar u mill-imħallfin ordinarji tal-qorti li jiddeċiedu fuq il-mertu. Ir-rwol ta' mħallef tat-talbiet żgħar ġie stabbilit bil-Liġi Nru 374/1991; l-imħallfin tat-talbiet żgħar huma mħallfin onorarji, mhux imħallfin tal-karriera. Huma jiġu maħtura għal perjodu ta' żmien limitat imma huma membri tal-ġudikatura (ara "l-Organizzazzjoni tal-Ġustizzja").

Hemm qrati speċjalizzati biex jittrattaw xi kwistjonijiet, inklużi:

Qrati tal-minorenni, diviżjonijiet speċjali biex jittrattaw kwistjonijiet ta' l-agrikoltura magħquda ma' qrati li jiddeċiedu fuq il-mertu u ma' qrati ta' l-appelli, u l-qorti reġjonali għall-kawżi li jikkonċernaw l-ilmijiet pubbliċi. Dawn il-korpi huma magħmula minn imħallfin tal-karriera u esperti.

Reċentement (taħt id-Digriet Leġiżlattiv Nru 168/2003), ġew stabbiliti diviżjonijiet speċjali biex jittrattaw tilwim dwar il-proprjetà industrijali u intelletwali fi tnax-il qorti li jiddeċiedu dwar il-mertu u ta' l-appelli (Bari, Bolonja, Katanja, Firenze, Ġenova, Milan, Napli, Palermo, Ruma, Turin, Trieste u Venezja). Is-sezzjonijiet huma komposti minn imħallfin tal-karriera.

B. Fejn il-qrati ordinarji għandhom il-ġuriżdizzjoni, kif nista’ nsib f’liema għandi nirrikorri?

Il-kompetenza tirreferi għall-isfera tal-ġuriżdizzjoni attribwita għal kull parti tal-ġudikatura. Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi diversi kriterji biex tiġi identifikata l-qorti kompetenti. Meħuda flimkien, dawn il-kriterji jiddeterminaw liema qorti għandha ġuriżdizzjoni fuq il-każ ikkonċernat.

FuqFuq

L-ewwel, għandu jiġi stabbilit jekk għandux/għandhiex ġuriżdizzjoni mħallef tat-talbiet żgħar jew qorti ordinarja; dan jiddependi fuq in-natura tal-każ u l-ammont involut.

Ladarba l-qorti kompetenti tiġi stabbilita, il-post tal-qorti għandu jiġi deċiż fuq il-bażi tal-ġuriżdizzjoni territorjali.

I. Hemm distinzjoni bejn qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri, u jekk iva liema waħda hija kompetenti biex tiddeċiedi l-każ tiegħi?

Id-diviżjoni tal-ġuriżdizzjoni bejn l-imħallfin tat-talbiet żgħar u l-qrati ordinarji hija - kif deskritt aktar 'il fuq - ibbażata fuq in-natura tal-każ u l-ammont involut. Hu x'inhu l-valur, l-imħallfin tat-talbiet żgħar huma kompetenti fil-każijiet li ġejjin:

  1. tilwim li jikkonċerna l-istabbiliment tal-fruntieri u l-osservanza tad-distanza legali għat-tħawwil tas-siġar u sisien tal-ħaxix;
  2. użu ta' servizzi tal-kondominju;
  3. duħħan, sħana, u ħsejjes li jaqbżu l-livelli normali.

L-imħallfin tat-talbiet żgħar jisimgħu wkoll appelli kontra deċiżjonijiet jew ordnijiet biex jitħallsu multi, imma multi ta' aktar minn €15 493.71 huma ttrattati mill-qrati ordinarji, kif huma ċerti reati gravi (il-Liġi Nru 689/1981).

Imħallef tat-talbiet żgħar huwa kompetenti f'kawżi li jinvolvu l-ammonti li ġejjin:

  1. kawżi li jinvolvu assi mobbli b'valur ta' mhux aktar minn €2 582.28, sakemm il-liġi ma tassenjax il-ġuriżdizzjoni lil qorti oħra;
  2. kawżi ta' kumpens għad-dannu kkawżat biċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi u d-dgħajjes sa ammont ta' €15 493.71.

Il-qrati ordinarji huma kompetenti li jiġġudikaw il-kawżi kollha li ma jaqgħux fi ħdan il-ġuriżdizzjoni ta' qorti oħra. Huma għandhom kompetenza esklussiva għat-taxxi, l-istatus u l-kapaċità legali tal-persuni, id-drittijiet onorarji, il-falsifikazzjoni, l-infurzar, u b'mod ġenerali kull kawża li tinvolvi ammont li mhuwiex stabbilit.

FuqFuq

Il-qrati ordinarji għandhom ukoll poteri ta' esproprjazzjoni u b'mod ġenerali jittrattaw il-proċeduri ta' inġunzjoni, anke f'kawżi li min-natura tagħhom jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta' l-imħallfin tat-talbiet żgħar (l-Artikolu 669ter u l-Artikolu 669quater tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili - CCP).

II. Il-ġuriżdizzjoni territorjali

1. Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali.

Il-kriterju ġenerali huwa l-post ta' ġuriżdizzjoni tal-persuna naturali jew legali kkonċernata (l-Artikoli 18 u 19 CCP).

B'mod partikolari, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor, il-qorti kompetenti hija dik tal-post fejn il-konvenut huwa residenti jew domiċiljat jew, jekk dak il-post ma jkunx magħruf, il-qorti tal-post fejn il-konvenut ikun jgħix.

Jekk il-konvenut ma jkollux residenza, domiċilju jew post fejn jgħix fil-pajjiż, jew jekk il-post fejn jgħix ma jkunx magħruf, il-qorti kompetenti hija dik tal-post ta' residenza ta' l-attur.

Għall-persuni legali l-post ta' ġuriżdizzjoni huwa fejn ikollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom jew (għażla tal-parti) stabbiliment jew rappreżentant awtorizzat li jibda proċeduri legali. Il-kumpaniji mingħajr personalità legali, l-assoċjazzjonijiet u l-kumitati għandhom il-kwartieri ġenerali fil-post fejn huma jwettqu abitwalment l-attività tagħhom.

2. L-eċċezzjonijiet għar-regola bażika
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-qorti tal-post fejn jgħix il-konvenut u qorti oħra?

Flimkien mal-forum ġenerali tal-persuna naturali jew legali, huwa possibbli li tibda proċedimenti quddiem qrati speċjali li jeżistu għall-kawżi li jikkonċernaw drittijiet in personam. F'dawn it-tip ta' kawżi il-parti tista', għalhekk, tagħżel il-forum ġenerali jew tirrikorri quddiem il-qorti tal-post fejn it-talba kkonċernata nħolqot (l-avveniment li minnu oriġinat jista' jkun kuntrattwali jew mhux kuntrattwali), jiġifieri fejn it-talba għandha tiġi eżegwita (l-Artikolu 20 CCP). Iż-żewġ qrati speċjali fakultattivi pprovduti fl-Artikolu 20 CCP u l-forums ġenerali huma konkorrenti.

FuqFuq

F'kawżi ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali l-qrati ddeċidew b'mod konsistenti li "l-post fejn l-obbligazzjoni tinħoloq" huwa l-post fejn l-avveniment ta' dannu jkun seħħ. F'kawżi ta' ksur ta' kuntratt l-obbligazzjoni fil-bażi tal-proċediment għandha tkun l-obbligazzjoni oriġinali u mhux obbligazzjoni ta' sostituzzjoni bħala kumpens.

Il-qorti miftiehma, jiġifieri dik stabbilita b'mod kuntrattwali mill-partijiet, hija l-istess, fejn ma jkunx iddikjarat b'mod espliċitu li hija esklussiva, bħall-forum ġenerali u l-forum fakultattiv msemmi fl-Artikolu 20 CCP.

Il-bidu ta' kawża bħala parti ċivili fi proċeduri kriminali. Huwa possibbli għal vittma ta' delitt jew l-eredi u s-suċċessuri tagħhom li jibdew kawża bħala parti ċivili fi proċeduri kriminali kontra l-akkużat jew il-parti responsabbli taħt il-liġi ċivili (l-Artikoli 74 et seq. CCP). Il-proċeduri ċivili mibdija quddiem qorti ċivili jistgħu jiġu ttrasferiti għal qorti kriminali.

b) Meta għandi nagħżel qorti oħra barra dik tal-post fejn jgħix il-konvenut?
  • Ir-rikorrenti huwa obbligat li jagħżel qorti oħra barra l-forums ġenerali fejn jew il-liġi jew il-partijiet ipprovdew post esklussiv ta' ġuriżdizzjoni.

    Il-ġuriżdizzjoni esklussiva tirbaħ fuq ġuriżdizzjonijiet oħra pprovduti fil-liġi; madankollu, il-kompetenza ddeterminata mill-ġuriżdizzjoni esklussiva mhijiex obbligatorja u tista' tinbidel fejn il-kawżi jkunu relatati.

    Il-ġuriżdizzjonijiet esklussivi huma: il-ġuriżdizzjoni stabbilita bil-liġi għall-kawżi li jinvolvu drittijiet in rem u proċedimenti possessorji (il-liġi tal-post fejn il-proprjetà immobbli tkun tinsab, l-Artikolu 21 CCP); dik tal-kawżi ta' suċċessjoni (il-post fejn tinfetaħ is-suċċessjoni, l-Artikolu 22 CCP); dik tal-kawżi li jinvolvu l-imsieħba kummerċjali jew koproprjetarji ta' proprjetà (il-post fejn il-kumpanija jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew il-post fejn il-proprjetà li tkun tappartjeni lill-koproprjetarji tkun tinsab, l-Artikolu 23 CCP); dik ta' kawżi li jinvolvu l-amministrazzjoni ta' l-assi (il-post fejn l-assi jiġu amministrati, l-Artikolu 24 CCP).

    FuqFuq

  • Hemm ukoll ġuriżdizzjonijiet speċjali obbligatorji li għalihom m'hemm l-ebda eżenzjoni, għar-raġunijiet ta' interess pubbliku. Din it-tip ta' ġuriżdizzjoni ma tistax tiġi trasferita fejn il-kawżi jkunu relatati minħabba r-regoli fuq il-prevenzjoni u l-assimilazzjoni jew il-proċedimenti li jingħaqdu. (l-Artikoli et seq. CCP).

    Il-ġuriżdizzjoni hija obbligatorja f'kawżi li jinvolvu d-dħul finanzjarju ta' l-istat fejn dipartiment tal-gvern ikun parti, l-qorti kompetenti tkun dik tal-post fejn l-uffiċċju prinċipali tad-dipartiment tal-gvern jinsab, l-Artikolu 25 CCP); l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni (l-Artikolu 27 CCP); l-inġunzjonijiet interim (l-Artikoli 669ter u 669quater CCP); il-proċedimenti possessorji u l-inġunzjonijiet quia timet.

    Il-kompetenza wkoll ma tinbidilx f'kawżi li jinvolvu l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (kawżi mibdija mis-servizz tal-prosekuzzjoni nnifsu, kwistjonijiet matrimonjali, kawżi li jinvolvu l-istat u l-kapaċità legali tal-persuni u kawżi oħra stabbiliti bil-liġi, l-Artikolu 70 CCP) u każijiet ipprovduti b'mod espliċitu mil-liġi (l-Artikolu 28 CCP) bħat-tilwim dwar ix-xogħol (l-Artikolu 413 CCP) u l-validazzjoni ta' l-iżgumbramenti (l-Artikolu 661 CCP).

  • Il-qrati speċjali obbligatorji ta' interess partikolari

    Il-qrati ordinarji li jaġixxu bħala tribunali dwar ix-xogħol għandhom ġuriżdizzjoni fuq it-tilwim li jikkonċerna l-kuntratti tax-xogħol individwali. Il-kompetenza territorjali hija tal-qorti tal-post fejn tkun ġiet iffurmata r-relazzjoni tax-xogħol, jiġifieri fejn il-ħaddiem ikun impjegat, jew kien impjegat meta r-relazzjoni spiċċat (l-Artikolu 413 CCP). Kwalunkwe klawżoli li jidderogaw mill-kompetenza msemmija aktar 'il fuq huma nulli u bla effett. Il-konvenut jista' jargumenta fuq in-nuqqas ta' kompetenza biss fin-nota ta' l-eċċezzjonijiet ipprovduta fl-Artikolu 416 CCP jew tista' tiġi deċiża mill-qorti nnifisha, imma mhux wara s-smigħ (l-Artikolu 428 CCP).

    FuqFuq

    Ir-relazzjonijiet ta' aġenzija u forom oħra ta' kollaborazzjoni permanenti jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-post fejn l-aġent jew ir-rappreżentant kummerċjali jkun domiċiljat (l-Artikolu 413 CCP).

    Għad-divorzju l-qorti kompetenti hija l-post ta' residenza jew id-domiċilju tal-konjuġi konvenut jew, fejn il-konvenut ma jkunx jista' jinstab jew ikun joqgħod barra 'l pajjiż, fil-post ta' residenza jew domiċilju tar-rikorrent. Fejn iż-żewġ partijiet ikunu joqogħdu barra 'l pajjiż, kwalunkwe qorti fil-pajjiż tista' tisma' l-każ. Fejn id-divorzju jkun bil-kunsens ta' xulxin, il-konjuġi jistgħu jagħżlu l-post ta' residenza jew ta' domiċilju ta' wieħed jew l-oħra.

    Fil-proċeduri ta' separazzjoni legali r-rikors isir fil-qorti tal-post ta' residenza jew ta' domiċilju tal-konvenut (l-Artikolu 706 CCP). Il-partijiet ma jistgħux jagħżlu bil-kunsens ta' xulxin ġuriżdizzjoni differenti minn dik tar-residenza jew tad-domiċilju tal-konvenut. Madankollu, dan ma jeskludix il-possibbiltà li jsir rikors għall-ġuriżdizzjoni ta' l-applikant fejn ikun impossibbli li jiġu identifikati r-residenza jew id-domiċilju tal-konvenut.

    Fil-każ ta' appelli kontra l-ġuriżdizzjoni għall-infurzar fuq il-bażi tan-natura u l-valur tal-kawżi, dawn huma regolati mir-regoli ġenerali filwaqt li l-kompetenza territorjali hija attribwita b'mod invarjabbli lill-qorti tal-post ta' l-eżekuzzjoni, jiġifieri l-post fejn l-eżekuzzjoni hija pendenti.

  • X'inhuma l-konsegwenzi tan-nuqqas ta' osservazzjoni tar-regoli dwar l-istabbiliment tal-kompetenza skond in-natura tal-każ, l-valur u t-territorju?

    Bir-riforma ta' l-1990 ir-regoli ġew simplifikati sabiex sempliċi inkompetenza minħabba t-territorju (esklużi, għalhekk, każijiet ta' kompetenza obbligatorja) tista' tiġi mressqa biss mill-konvenut fin-nota ta' l-eċċezzjonijiet. Fil-każijiet l-oħra kollha (inkompetenza minħabba n-natura tal-każ jew il-valur, inkompetenza fejn il-ġuriżdizzjoni territorjali hija obbligatorja) l-inkompetenza tista' tiġi deċiża ukoll mill-imħallef, imma mhux wara l-ewwel seduta. Fil-qosor, jekk ma ssirx l-eċċezzjoni jew l-eċċezzjoni ssir tard, il-kwistjoni tal-kompetenza hija prekluża u l-kompetenza tibqa' tal-qorti li quddiemha tiġi l-kawża (l-Artikolu 38 CCP).

    FuqFuq

c) Jistgħu l-partijiet jinnominaw qorti li normalment ma tkunx kompetenti?
  • Barra f'każijiet fejn il-liġi tipprovdi għal kompetenza territorjali obbligatorja, il-partijiet jistgħu jimmodifikaw ir-regoli dwar il-kompetenza. Il-ftehim irid isir bil-kitba u jrid ikun jikkonċerna tranżazzjonijiet speċifiċi.

    Il-ġuriżdizzjoni miftiehma għandha tkun konkorrenti ma' ġuriżdizzjonijiet oħra sakemm ma jkunx speċifikat b'mod espress li hija esklussiva. Peress li mhijiex kompetenza obbligatorja, il-kompetenza miftiehma (anke jekk tkun esklussiva) tista' min-naħa tagħha tinbidel fejn il-każijiet jiġu magħquda.

    Klawżola li tidderoga mill-kompetenza territorjali fil-kuntratti li jsiru bi ftehim jew bl-iffirmar ta' formoli trid tiġi approvata b'mod espliċitu bil-kitba. Din it-tip ta' approvazzjoni espliċita mhijiex neċessarja meta l-kuntratt jiġi negozjat b'mod liberu bejn il-partijiet.

    Fil-kuntratti bejn il-konsumaturi u l-professjonisti klawżola li tistabbilixxi post ieħor li mhuwiex ir-residenza jew id-domiċilju tal-konsumatur bħala l-ġuriżdizzjoni kompetenti titqies bħala mhux ġusta (l-Artikolu 1469bis CC).

  • Il-ftehim jista' wkoll ikun impliċitu fl-indirizz tan-notifika (il-ġuriżdizzjoni ta' l-indirizz għan-notifika).

C. Meta qrati speċjalizzati jkollhom il-ġuriżdizzjoni kif nista’ nsib liema għandi nindirizza?

In-natura tat-tilwima huwa l-kriterju li jiddetermina l-kompetenza; konkorrenti miegħu huwa l-kriterju stabbilit fil-liġi sabiex tiġi stabbilita l-kompetenza territorjali.

FuqFuq

  • It-tilwim kollu fuq kuntratti ta' l-agrikoltura jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tas-sezzjoni speċjali ta' l-agrikoltura tal-qrati ordinarji. Din il-kompetenza hija esklussiva u obbligatorja, parzjalment għal raġunijiet ta' territorju, minħabba li l-kompetenza għandha l-għeruq tagħha fil-post fejn tinsab il-proprjetà (l-Att Nru 1990/29).
  • F'kawżi li jinvolvu l-awtorità tal-ġenituri, fejn wieħed jew iż-żewġ ġenituri jaġixxu b'mod li hu ta' ħsara għall-wild (l-Artikoli 330 et seq. CC), il-kompetenza li tieħu l-passi xierqa hija tal-qorti tal-minorenni. Biex tiġi identifikata l-qorti permezz tal-kriterju tat-territorju, għandha titqies ir-residenza de facto tal-wild u għalhekk ir-residenza abitwali tagħhom fid-data tar-rikors jew, jekk il-proċeduri jinbdew mill-qorti, fid-data li l-proċeduri jkunu bdew. Din hija kompetenza funzjonali obbligatorja.
  • Għat-tilwim fuq proprjetà industrijali u intelletwali (it-trademarks, liċenzji għall-invenzjonijiet u l-varjetajiet tal-pjanti, id-disinni reġistrati, id-disinni, mudelli u drittijiet ta' l-awtur nazzjonali, internazzjonali u tal-Komunità, u każijiet ta' kompetizzjoni inġusta li jinterferixxi mal-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u intellettwali) il-kompetenza hija tad-diviżjonijiet speċjalizzati stabbiliti mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 2003/168. Magħquda ma' tnax-il qorti (u qrati ta' l-appelli) huma d-diviżjonijiet speċjalizzati kompetenti għat-tilwim li skond il-kriterji ordinarji jkollhom jiġu ttrattati mill-qrati msemmija fl-Artikolu tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 2003/168. Per eżempju, it-tilwim li kien jiġi ttrattat minn waħda mill-qrati fid-distretti tal-qorti ta' l-appell ta' Milan u ta' Brescia jaqa' taħt id-diviżjonijiet speċjalizzati f'Milan.

Referenza utli: www.giustizia.it English - français - italiano

Aġġornat fit-30.4.2007

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Italja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 15-02-2008

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit