Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Irlanda

L-aħħar aġġornament: 23-03-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Irlanda

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Jekk trid tiftaħ kawża ta’ natura ċivili jew kummerċjali, trid tidentifika l-qorti li għandha kompetenza biex tittratta l-każ tiegħek jew, fi kliem ieħor, has jurisdiction. Jekk tuża qorti bi żvista jew jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil dwar il-kwistjoni tal-kompetenza, dan jaf joħloqlok dawmien konsiderevoli fil-kawża jew ukoll il-kawża tiegħek tinċaħad minħabba nuqqas ta’ kompetenza.



 

LISTA TAL- KONTENUT

A. Irrid napplika f’qorti ċivili ordinarja jew f’qorti speċjalizzata? A.
B. Meta jkollhom kompetenza l-qrati ċivili ordinarji, kif se nsib f’liema għandi napplika? B.
I. Hemm xi distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji minuri u qrati ċivili ordinarji ogħla u, jekk hemm, and liema hija kompetenti fil-każ tiegħi? I.
II. Il-kompetenza territorjali (Liema mill-qorti tal-belt (city/town) A jew dik tal-belt (city/town) B għandha kompetenza fil-każ tiegħi ?) II.
1. Ir-regola bażika tal-kompetenza territorjali 1.
2. Eċċezzjoni għar-regola bażika 2.
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-qorti tal-post fejn tgħix il-persuna konvenuta (il-qorti ddeterminata bl-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra? a)
b) Meta rrid nagħżel qorti li ma tkunx dik tal-post fejn tgħix il-persuna konvenuta (il-qorti ddeterminata bl-applikazzjoni tar-regola bażika)? b)
c) Jistgħu l-partijiet infushom jattribwixxu kompetenza lil qorti li ma tkunx kompetenti mod ieħor? c)
C. Meta jkollhom kompetenza l-qrati ċivili speċjalizzati, kif se nsib lil liema? C.

 

A. Irrid napplika f’qorti ċivili ordinarja jew f’qorti speċjalizzata?

Il-qrati ċivili ta’ l-Irlanda għandhom kompetenza biex jisimgħu kawżi li jinvolvu tilwimiet bejn individwi, organizzazzjonijiet jew l-Istat. It-tilwimiet jistgħu jkunu jikkonċernaw kull ħaġa minn danni kkawżati f’inċident mobilisitku sa kontestazzjonijiet fir-rigward ta’ kumpanija li tgħaddi f’idejn ħaddieħor. Fil-kawżi ċivili, il-persuna attriċi tfittex lill-persuna konvenuta għall-kumpens għad-dannu kkawżat. Il-kumpens normalment ikun fil-forma ta’ somma għad-danni.

Il-Qorti tad-Distrett, is-Circuit Court u l-Qorti Għolja huma lkoll qrati ta’ prima istanza. Il-Qorti Suprema għandha kompetenza sabiex tisma’ appelli biss, ħlief f’ċerti kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Kostituzzjoni.

Il-Qorti tad-Distrett u s-Circuit Courts huma qrati ta’ kompetenza lokali u limitata i.e. dawn jistgħu jittrattaw biss kawżi li l-valur tagħhom ma jaqbiżx ċertu limituu meta l-partijiet ikollhom ir-residenza tagħhom jew il-post irreġistrat tan-negozju f’ċertu post ġeografiku, jew meta l-kuntratt ikun sar f’ċertu post ġeografiku. L-appelli mill-Qorti tad-Distrett jinstemgħu fis-Circuit Court, u l-appelli mis-Circuit Court jinstemgħu fil-Qorti Għolja.

Il-Qorti tat-Talbiet iż-Żgħar hija parti mill-Qorti tad-Distrett li tittratta l-kawżi li għandhom x’jaqsmu mal-konsumaturi fejn l-ammont mitlub ma jaqbiżx l-€1 269.74.  Din il-proċedura ma tistax tintuża minn persuna fin-negizju kontra oħra fin-negozju.

Il-Qorti tad-Distrett tisma’ kawżi li jinvolvu talbiet li ma jaqbżux is-€6 348.69 fil-valur. Is-Circuit Court tittratta talbiet li ma jaqbżux it-€38 092.14. Din għandha wkoll kompetenza fir-rigward tal-kawżi tal-familja, inkluż id-divorzju, il-firda bil-qorti, u l-annullament. Il-Qorti Għolja tittratta talbiet ta’ aktar minn €38 092.14.

FuqFuq

Talbiet fir-rigward tal-liġi tax-xogħol huma ttrattati mit-Tribunal ta’ l-Appelli dwar l-Impjiegi, li huwa entità indipendenti. Dan jisma’ għadd kbir ta’ tilwimiet fir-rigward tad-drittijiet tax-xogħol. F’ċerti kawżi, kull parti fil-kawża tista’ tappella fis-Circuit Court fi żmien 6 ġimgħat mid-deċiżjoni tat-Tribunal. Jekk isir appell fis-Circuit Court u min iħaddem ma jimplimentax id-deċiżjoni, il-Ministru ta’ l-Intrapriża, in-Negozju u l-Impjiegi Employment jista’ jiftaħ kawża fis-Circuit Court f’isem il-persuna impjegata. Kull parti fil-kawża tista’ tappella fil-Qorti Għolja minn deċiżjoni tat-Tribunal imma fuq punt ta’ dritt biss.

B. Meta jkollhom kompetenza l-qrati ċivili ordinarji, kif se nsib f’liema għandi napplika?

I. Hemm xi distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji minuri u qrati ċivili ordinarji ogħla u, jekk hemm, and liema hija kompetenti fil-każ tiegħi?

Il-qorti li fiha għandha tinfetaħ kawża fil-prima istanza hija ddeterminata min-natura (kuntrart, tort, eċċ.) u l-valur (ara aktar ’il fuq).

Għall-għanijiet tal-Qorti tad-Distrett, il-pajjiż jinqasam fi 23 distrett u hemm imħallef wieħed/waħda maħtura b’mod permanenti għal kull distrett, ħlief fil-każ tal-l-akbar żewġt ibliet, Dublin u Cork, fejn il-volum tan-negozju jitlob ħatra permanenti ta’ għadd ta’ mħallfin. Għall-għanijet tas-Circuit Court, l-pajjiż jinqasam fi tmien Circuits. Jinħatar Imħallef tas-Circuit għal kull Circuit, ħlief fil-każ tas-Circuits ta’ Dublin u Cork, fejn hemm għadd akbar ta’ mħallfin minħabba l-volum tan-negozju. Hemm Qorti Għolja waħda High Court, ibbażata f’Dublin.

FuqFuq

Il-Qrati tad-Distrett għandhom kompetenza jisimgħu kawżi marbuta ma’ kuntratti, ċerti kawżi ta’ tort u ta’ xiri bin-nifs u kawżi dwar arranġamenti ta’ bejgħ bid-dejn, kawżi marbuta mal-kera bħal f’każ ta’ żgumbrament wara li ma tkunx tħallset il-kera, u azzjonijiet għall-qbid mux iġġustifikat ta’ oġġetti.

Il-Qorti tad-Distrett għandha wkoll għadd ta’ setgħat fir-rigward ta’ l-infurzar ta’ sentenzi ta’ kull qorti fir-rigward tad-dejn, l-għoti ta’ liċenzji bħalma huma  liċenzji għall-bejgħ ta’ xorb li jsakkar, u l-kustodja u l-manteniment tat-tfal.

Is-Circuit Court għandha kompetenza fir-rigward tal-kuntratti u t-tort, fi kwistjonijiet ta’ awtentikazzjoni ta’ testmenti u kawżi għall-amministrazzjoni tal-ġid, f’kawżi ta’ ekwità, f’kawżi ta’ żgumbrament jew applikazzjonijiet għal kirjiet ġodda f’kawżi msejsa fuq ix-xiri bin-nifs u arranġamenti ta’ bejgħ bid-dejn, fejn il-valur tat-talba jaqa’ fil-limitu ta’ €38 092.14.

Is-Circuit Court għandha kompetenza f’kawżi fir-rigward tal-liġi tal-familja, (inklużi firda bil-qorti, divorzju, annulament u appelli mill-Qorti tad-Distrett) u għandha kompetenza tisma’ appelli minn deżjonijiet ta’ l-arbitri f’tilwimiet li għandhom x’jaqsmu mal-Kera u li huma rregolati bil-leġiżlazzjoni is-Sidien tal-Kera u l-Inkwilini.

Il-kawżi ċivili fis-Circuit Court jinstemgħu minn imħallef f’seduta bla ġurija. L-appelli mill-Qorti tad-Distrett jieħdu l-forma ta’ smigħ mill-ġdid u d-deċiżjoni tas-Circuit Court hija finali u ma’ tistax terġa’ tkun appellata.

FuqFuq

Taħt il-Kostituzzjoni, il-Qorti Għolja għandha kompetenza oriġinali sħiħa fil-kwistjonijiet kollha matters ta’ fatt jew ta’ dritt. Dan ifisser li din għandha kompetenza tittratta l-każijiet kollha ċivili fejn il-persuna konvenuta tkun tgħix fil-pajjiż, fejn il-kuntratt allegat ikun sar fil-pajjiż, fejn it-tort allegat twettaq fil-pajjiż jew fejn il-proprjetà reali li fuqha nfetħet il-kawża tinsab fil-pajjiż. Il-Qorti Għolja tisma’ appelli mis-Circuit Court u għandha kompetenza ta’ sorveljanza fuq il-Qorti tad-Distrett u tribunali oħra inferjuri. L-appelli mill-Qorti Għolja jinstemgħu fil-Qorti Suprema. L-appell ma jieħux il-forma ta’ smigħ mill-ġdid, imma huwa msejjes fuq it-traskrizzjoni tax-xhieda fil-prima istanza u l-argumentazzjoni legali.

II. Il-kompetenza territorjali (Liema mill-qorti tal-belt (city/town) A jew dik tal-belt (city/town) B għandha kompetenza fil-każ tiegħi ?)

1. Ir-regola bażika tal-kompetenza territorjali

Id-Distrett jew Circuit fejn għandha tinfetaħ kawża ċivili għandhom ikunu ddeterminati mil-lokal fejn il-persuna konvenuta jew waħda mill-persuni konvenuti għandha r-residenza ordinarja jew tipprattika l-professjoni tagħha, tagħmel in-negozju tagħha jew għandha l-okkupazzjoni tagħha, jew skond ma tagħżel il-persuna attriċi. F’bosta każijiet ta’ relazzjoni kuntrattwali, id-Distrett jew Circuit huma fejn ikun allegat li sar il-kuntratt, f’każijiet ta’ tort – fejn ikun allegat li twettaq it-tort u f’każijiet dwar id-dritt ta’ okkupazzjoni ta’ proprjetà jew titlu għall-proprjetà reali, fejn jinsabu l-fondi jew l-art li dwarhom titratta l-istess kawża.

2. Eċċezzjoni għar-regola bażika
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-qorti tal-post fejn tgħix il-persuna konvenuta (il-qorti ddeterminata bl-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

N/a

b) Meta rrid nagħżel qorti li ma tkunx dik tal-post fejn tgħix il-persuna konvenuta (il-qorti ddeterminata bl-applikazzjoni tar-regola bażika)?

N/a

c) Jistgħu l-partijiet infushom jattribwixxu kompetenza lil qorti li ma tkunx kompetenti mod ieħor?

N/a

C. Meta jkollhom kompetenza l-qrati ċivili speċjalizzati, kif se nsib lil liema?

N/a

Aktar tagħrif

  • Courts Service – L-IrlandaEnglish
  • The Bar CouncilEnglish
  • Information on Public ServicesEnglish

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Irlanda - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 23-03-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit