Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Greċja

L-aħħar aġġornament: 01-03-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Greċja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Qabel ma tibda proċedura ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, trid tistabbilixxi liema qorti hija kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħek, jew fi kliem ieħor, li għandha l-ġurisdizzjoni. Jekk tagħżel qorti ħażina, jew jekk il-ġurisdizzjoni tal-qorti tiġi kkontestata, dan jista' jwassal għal dewmien fil-każ tiegħek u t-talba tiegħek tista’ tiġi miċħuda minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni.



 

LISTA TAL- KONTENUT

A. Għandi nirrikorri quddiem qorti normali jew waħda speċjalizzata? A.
B. Jekk il-qrati normali jkollhom il-ġurisdizzjoni, kif nista’ nkun naf liema qorti hija kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi? B.
I. X’inhi d-differenza bejn il-qrati inferjuri u superjuri, u liema qorti hija kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi? I.
II. Ġurisdizzjoni territorjali (liema qorti għandha l-ġurisdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tal-każ tiegħi, dik tal-belt A jew dik tal-belt B)? II.
1. Ir-regola ġenerali dwar il-ġurisdizzjoni territorjali 1.
2. Eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali 2.
a) Taħt liema ċirkostanzi nista’ nagħżel qorti li m’hijiex dik fejn il-konvenut għandu r-residenza ordinarja tiegħu (kif stipulat mir-regola ġenerali)? a)
b) Taħt liema ċirkostanzi jiena obbligat nagħżel qorti li m’hijiex dik fejn il-konvenut għandu r-residenza ordinarja tiegħu (kif stipulat mir-regola ġenerali)? [lista ta' ġurisdizzjonijiet speċjali esklussivi] b)
c) Il-partijiet jistgħu jagħżlu qorti bi ftehim bejniethom, jekk din il-qorti ma jkollhiex ġurisdizzjoni taħt ir-regola ġenerali? c)

 

A. Għandi nirrikorri quddiem qorti normali jew waħda speċjalizzata?

Fil-Greċja b'mod ġenerali m'hemmx qrati speċjalizzati, hemm biss qrati ordinarji. Madanakollu, jekk il-każ tiegħek ikollu x'jaqsam ma' tilwima dwar trademark tal-Komunità [minn dawk li jaqgħu taħt l-iskop tar-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 40/94 dwar it-trademarks tal-Komunità] għandek tapplika biss lill-Qrati ta' Ateni u Tessaloniki.

B. Jekk il-qrati normali jkollhom il-ġurisdizzjoni, kif nista’ nkun naf liema qorti hija kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Fil-maġġoranza tal-każijiet il-ġurisdizzjoni tiġi stabbilita skond il-valur tat-talba. Sabiex jiġi evalwat il-valur tat-talba, tiġi kkunsidrata t-talba prinċipali mingħajr ma jitqiesu t-talbiet sekondarji. Meta jsiru diversi talbiet fl-istess azzjoni jiġu meqjusin kollha.

I. X’inhi d-differenza bejn il-qrati inferjuri u superjuri, u liema qorti hija kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Il-Qrati tal-Paċi, il-Qrati ta' l-Ewwel Grad b'Imħallef Wieħed u l-Qrati ta' l-Ewwel Grad bi Tlett Imħallfin huma kompetenti biex jisimgħu l-każijiet ċivili ta' l-ewwel grad.

Il-Qrati tal-Paċi huma primarjament kompetenti biex jisimgħu a) il-kawżi kollha li jistgħu jiġu kkwantifikati f'termini monetarji meta l-valur tat-talba ma jkunx jaqbeż il-€ 5,900 b) il-kawżi kollha, kemm jekk prinċipali jew sekondarji, relatati ma' ftehim ta' kiri, meta f'każijiet bħal dawn il-kera ta' kull xahar ma tkunx aktar minn € 293.47.

FuqFuq

Il-Qrati tal-Paċi huma kompetenti wkoll ikun xi jkun il-valur tat-talba, fil-każijiet kollha relatati ma' proprjetajiet immobbli li jmissu ma' xulxin, kawżi dwar ir-relazzjoni bejn sidien ta' lukandi u l-mistiednin tagħhom, u kawżi dwar bejgħ ta' annimali, eċċ.

Il-kawżi kollha li l-valur monetarju tagħhom jista' jiġi stmat għal aktar minn € 5,900 iżda inqas minn € 44,000 jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti ta' l-Ewwel Grad b'Imħallef Wieħed.

Il-Qorti ta' l-Ewwel Grad b'Imħallef Wieħed hija kompetenti wkoll jekk il-valur tat-talba jkun jaqbeż l-€ 44,000 fil-każ ta' kawżi dwar kuntratti ta' kiri, kuntratti ta' xogħol, kuntratti ta' appalt jew servizzi minn professjonisti, tilwim dwar ftehim industrijali kollettiv, tilwim bejn organizzazzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-persuni assigurati magħhom, tilwim dwar pagi u dwar ħlas u spejjeż ta' esperti, arbitri u stimaturi, kawżi dwar kumpens għal danni kkawżati f'inċidenti tat-traffiku kif ukoll talbiet li jirriżultaw minn kuntratti ta' l-assigurazzjoni tal-karrozzi, u kawżi dwar il-pussess jew id-dritt ta' proprjetà ta' proprjetà mobbli jew immobbli.

Il-Qorti ta' l-Ewwel Grad b'Imħallef Wieħed hija dejjem kompetenti biex tisma' kull kawża, ikun xi jkun il-valur tagħha, dwar manteniment li jitħallas minħabba żwieġ, divorzju jew relazzjoni familjari, kustodja tat-tfal, tilwim bejn il-ġenituri dwar l-eżerċizzju tas-setgħa fuq it-tfal, u komunikazzjoni bejn il-ġenituri u axxendenti oħrajn u t-tfal, arranġamenti dwar kif għandha tintuża d-dar taż-żwieġ u d-diviżjoni tal-proprjetà mobbli bejn il-miżżewġin f'każ li ma jibqgħux jgħixu flimkien, kawżi dwar drittijiet ta' kondominju f'appartamenti u kawżi dwar ir-revoka ta' deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu f'Laqgħa Ġenerali ta' assoċjazzjonijiet jew kooperattivi.

FuqFuq

Il-Qorti ta' l-Ewwel Grad bi Tlett Imħallfin hija kompetenti għal:

  1. il-kawżi kollha li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-Qrati tal-Paċi u tal-Qorti ta' l-Ewwel Grad b'Imħallef Wieħed, u
  2. appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Paċi fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom.

II. Ġurisdizzjoni territorjali (liema qorti għandha l-ġurisdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tal-każ tiegħi, dik tal-belt A jew dik tal-belt B)?

1. Ir-regola ġenerali dwar il-ġurisdizzjoni territorjali

Il-qorti taż-żona fejn il-konvenut ikun domiċiljat hija l-qorti kompetenti.

Jekk il-konvenut ma jkunx domiċiljat la fil-Greċja u lanqas f'pajjiż ieħor, il-qorti kompetenti tkun dik taż-żona fejn għandu r-residenza abitwali tiegħu. Jekk il-post fejn ikun residenti abitwalment ma jkunx magħruf, il-qorti kompetenti hija dik fiż-żona fejn kien l-aħħar post ta' domiċilju fil-Greċja u jekk ma kien hemm ebda post ta' domiċilju, l-aħħar post ta' residenza abitwali tiegħu.

L-Istat huwa soġġett għall-ġurisdizzjoni tal-qorti taż-żona fejn ikollha s-sede tagħha.l-awtorità li tirrappreżenta lill-Istat fil-kawża partikolari.

L-entitajiet legali li jistgħu jkunu involuti fi proċedimenti legali huma soġġetti għall-kompetenza tal-qorti fejn tkun tinsab is-sede tagħhom.

2. Eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali
a) Taħt liema ċirkostanzi nista’ nagħżel qorti li m’hijiex dik fejn il-konvenut għandu r-residenza ordinarja tiegħu (kif stipulat mir-regola ġenerali)?

Meta jkun hemm għażla tal-qorti kompetenti l-għażla titħalla f'idejn l-attur. Il-prijorità bejn dawk il-qrati tiġi stabbilita skond iż-żmien meta tkun ġiet preżentata l-azzjoni.

FuqFuq

Jekk il-qorti ma jkollhiex il-ġurisdizzjoni materjali jew territorjali, il-qorti għandha tag]ti deċiżjoni ex officio dwar din il-kwistjoni u tiddeċiedi liema qorti hija kompetenti u tirreferi l-każ lilha. Il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-preżentazzjoni ta' l-azzjoni ma jiġux affettwati.

Kwistjonijiet dwar kuntratti

Kawżi dwar l-eżistenza jew il-validità ta' transazzjoni legali inter vivos u d-drittijiet kollha li jirriżultaw minnha jistgħu jitressqu wkoll quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha tkun saret it-transazzjoni legali jew fejn għandha tiġi eżegwita. Kawżi għal danni likwidati u għal kumpens għal delitti matul negozjati jistgħu jitressqu wkoll quddiem l-istess qorti.

Delitti

Kawżi relatati ma' delitti jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li fit-territorju ta' ġurisdizzjoni tagħha jkun twettaq id-delitt, anki jekk it-talba tkun relatata ma' persuna li m'għandha ebda responsabbiltà kriminali.

Talbiet għal danni

Talbiet għal danni u restituzzjoni li jirriżultaw minn reati kriminali u għal danni morali jew mentali jistgħu jitressqu quddiem il-qorti kriminali li tkun ħadet konjizzjoni tal-każ.

Każijiet ta' manteniment, divorzju u kustodja tat-tfal mill-ġenituri

Il-kawżi kollha li għandhom x'jaqsmu maż-żwieġ [kawżi relatati mal-manteniment dovut, l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-ġenituri fuq it-tfal, tilwim bejn il-ġenituri dwar kif għandhom jeżerċitaw dawk id-drittijiet flimkien, komunikazzjoni bejn il-ġenituri u axxendenti oħrajn u t-tfal, l-użu tad-dar taż-żwieġ u t-tqassim tal-proprjetà bejn il-miżżewġin f'każ li ma jibqgħux jgħixu flimkien] jistgħu jitressqu wkoll quddiem il-qorti li fit-territorju tal-ġurisdizzjoni tagħha kienet tinsab l-aħħar dar li fiha l-miżżewġin kienu jgħixu flimkien.

FuqFuq

b) Taħt liema ċirkostanzi jiena obbligat nagħżel qorti li m’hijiex dik fejn il-konvenut għandu r-residenza ordinarja tiegħu (kif stipulat mir-regola ġenerali)? [lista ta' ġurisdizzjonijiet speċjali esklussivi]

Kawżi dwar drittijiet ta' proprjetà fuq proprjetà immobbli u kawżi dwar il-kiri ta' proprjetà immobbli huma soġġetti għall-ġurisdizzjoni esklussiva tal-qorti li fit-territorju tal-ġurisdizzjoni tagħha tkun tinsab il-proprjetà.

[Jekk il-proprjetà tkun taqa' taħt il-ġurisdizzjoni territorjali ta' diversi qrati, l-attur għandu d-dritt li jagħżel].

Kawżi dwar kwistjonijiet ta' suċċessjoni huma soġġetti għall-ġurisdizzjoni esklussiva tal-qorti li fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha kien domiċiljat jew kellu r-residenza abitwali tiegħu t-testatur qabel ma miet.

Kawżi interkonnessi (azzjonijiet prinċipali u sekondarji), b'mod partikolari azzjonijiet subordinati, azzjonijiet għal garanziji, interventi u proċeduri simili oħrajn huma soġġetti għall-ġurisdizzjoni esklussiva tal-qorti ta' l-azzjoni ewlenija.

Azzjonijiet subordinati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti ta' l-Ewwel Grad b'Imħallef Wieħed u l-Qorti tal-Paċi jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti ta' l-Ewwel Grad bi Tlett Imħallfin li tkun qed tisma' l-kawża prinċipali waqt li l-azzjonijiet subordinati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Paċi jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti ta' l-Ewwel Grad b'Imħallef Wieħed li tkun qed tisma' l-azzjoni prinċipali.

c) Il-partijiet jistgħu jagħżlu qorti bi ftehim bejniethom, jekk din il-qorti ma jkollhiex ġurisdizzjoni taħt ir-regola ġenerali?

Qorti Ordinarja ta' l-Ewwel Grad li ma jkollhiex ġurisdizzjoni territorjali tista', bil-kunsens espress jew taċitu tal-partijiet, issir kompetenti ħlief fil-każ ta' kawżi li ma jkunux relatati ma' beni. Dan il-ftehim irid ikun espress fil-każ ta' kawżi fejn japplikaw ir-regoli ta' kompetenza esklussiva.

Ftehim taċitu jitqies li jeżisti jekk il-konvenut jidher quddiem il-qorti bil-miftuħ u ma jeċċepix in-nuqqas ta' kompetenza fiż-żmien dovut.

Ftehim bejn il-partijiet li jappunta lil qorti ordinarja bħala l-qorti kompetenti għal tilwim li jista' jinqala' aktar 'il quddiem huwa validu biss jekk isir bil-miktub u ssir referenza għal relazzjoni ġuridika speċifika li minnha jinqala' t-tilwim.

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Greċja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 01-03-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit