Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Ġermanja

L-aħħar aġġornament: 20-04-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Ġermanja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Premessa: Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom biss x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet legali ta’ ġewwa l-pajjiż



 

LISTA TAL- KONTENUT

A. It-talba tiegħi għandi nagħmilha quddiem qorti ordinarja jew quddiem qorti oħra speċjalizzata? A.
B. Fil-każ ta’ kompetenza tal-qrati ordinarji, kif inkun naf fejn irrid nippreżenta t-talba tiegħi fil-prattika? B.
B.I. Jeżistu differenzi bejn qrati ta’ l-ewwel istanza superjuri u inferjuri u jekk dan huwa l-każ, liema hija kompetenti għall-każ tiegħi? B.I.
B.II. Il-kompetenza skond il-post B.II.
B.II.1. Il-prinċipju bażiku dwar l-kompetenza skond il-post B.II.1.
B.II.2. Eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju B.II.2.
B.II.2.a) F’liema każi nista’ nagħżel bejn il-qorti ta’ fejn jgħix il-konvenut (skond il-prinċipju) u qorti oħra? B.II.2.a)
B.II.2.b) F’liema każijiet għandi nippreżenta t-talba tiegħi quddiem qorti oħra barra dik fejn jgħix il-konvenut (skond il-prinċipju)? B.II.2.b)
B.II.2.c) il-partijiet fi kwistjoni legali jistgħu jiftiehmu dwar il-kompetenza tal-qorti, li kieku ma kinitx tkun kompetenti? B.II.2.c)
C. Fil-każ ta’ kompetenza ta’ ġurisdizzjoni speċjalizzata, kif inkun naf fejn irrid nippreżenta t-talba tiegħi fil-prattika? C.

 

A. It-talba tiegħi għandi nagħmilha quddiem qorti ordinarja jew quddiem qorti oħra speċjalizzata?

Għall-kwistjonijiet legali ċivili fil-Ġermanja jeżistu żewġ ġurisdizzjonijiet differenti, il-qrati ċivili u t-tribunali industrijali. Il-qrati ċivili jiffurmaw parti mill-ġurisdizzjoni ordinarja.

It-tribunali industrijali huma esklużivament kompetenti għal kwistjonijiet legali ċivili, li huma marbuta mar-relazzjonijiet tax-xogħol tant mill-qrib li fil-parti l-kbira r-relazzjonijiet tax-xogħol stess jiddeterminawhom. Lista numerata tat-tribunali industrijali kompetenti tinsab fil- §§ 2, 2a und 3 tal-liġi dwar it-tribunali industrijali.

Il-kwistjonijiet legali ċivili l-oħra kollha jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qrati ċivili.

B. Fil-każ ta’ kompetenza tal-qrati ordinarji, kif inkun naf fejn irrid nippreżenta t-talba tiegħi fil-prattika?

B.I. Jeżistu differenzi bejn qrati ta’ l-ewwel istanza superjuri u inferjuri u jekk dan huwa l-każ, liema hija kompetenti għall-każ tiegħi?

Il-qrati ċivili ta’ l-ewwel istanza huma il-qrati distrettwali u l-qrati reġjonali.

1. Il-qrati distrettwali, bħala prinċipju, huma kompetenti fil-kwistjonjiet legali ċivili, meta l-valur ta’ oġġett in kwistjoni ma’ jaqbiżx 5,000 Euro u meta ma’ teżistix il-kompetenza esklużiva tal-qorti reġjonali (§ 23 Nru. 1 tal-Liġi Kostituzzjonali tal-Qrati – GVG-).

Barra minn hekk, independentement mill-valur ta’ l-oġġett in kwistjoni jeżistu kompetenzi esklużivi tal-qrati distrettwali kif ġej (ara §§ 23, 23 a GVG):

FuqFuq

Il-qrati distrettwali huma kompetenti fi kwistjonijiet dwar talbiet fir-relazzjonijiet ta’ kiri ta’ abitazzjoni jew dwar il-kontinwazzjoni ta’ relazzjoni ta’ kiri (§ 23 Nru. 2a GVG).

Barra minn hekk il-qrati distrettwali huma wkoll kompetenti fl-ewwel istanza fi kwistjonijiet familjari (§ 23a GVG). Dawn jinkludu

  • Kwistjonijiet dwar filjazzjoni
  • Obbligi legali ta’ manteniment permezz ta’ żwieġ jew parentela
  • Talbiet għall-manteniment mill-omm marbuta mat-twelid ta’ wild
  • Kwistjonijiet fiż-żwieg
  • Kwistjonijiet dwar talbiet fuq drittjiet dwar beni ġejjin minn żwieġ, anki jekk terzi huma parti fil-kawża.

Il-kompetenzi esklużivi tal-qorti distrettwali joħorġu minn § 23 Nru. 2b - h GVG).

2. Il-qrati reġjonali huma kompetenti fil-kwistjonijiet legali ċivili kollha, li ma jaqgħux fil-kompetenza tal-qrati distrettwali. Dan għandu x’jaqsam l-aktar ma kwistjonijiet b’ammont ta’ aktar minn 5,000 Euro.

Il-qorti reġjonali hija esklużivament kompetenti speċjalment fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-liġi dwar is-servizz ċivili u talbiet dwar responsabbiltà uffiċjali.

Il-qrati reġjonali jistgħu jinkludu qrati għall-kwistjonjiet dwar negozju. Dawn huma kompetenti, fost affarijiet oħra, għal talbiet legali ċivili kontra negozjanti kif ukoll għall-kwistjonijiet fil-qasam tal-liġi li tirregola l-kambju u ċ-ċekkijiet. Lista konklużiva tal-kompetenzi tal-qrati għall-kwistjonijiet dwar negozju tinsab f’§ 95 GVG. L-attur għandu jippreżenta t-talba tiegħu fl-att ta’ l-akkuża quddiem il-qorti tal-kummerċ.

B.II. Il-kompetenza skond il-post

FuqFuq

B.II.1. Il-prinċipju bażiku dwar l-kompetenza skond il-post

Fil-Ġermanja jeżisti il-prinċipju, skond il-provvedimenti tal-liġi dwar il-proċedura legali ċivili fuq il-post ta’ ġurisdizzjoni ġenerali, li l-kompetenza tal-post tiġi ddeterminata minn fejn jgħix il-konvenut. Fil-każ ta’ persuna li m’għandhiex residenza abitwali, jgħodd il-post fil-pajjiż fejn tkun toqgħod u, jekk dan ma jkunx magħruf, l-aħħar post ta’ residenza tiegħu. Fil-każ ta’ persuna ġuridika s-sede tagħha hija determinanti.

B.II.2. Eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju
B.II.2.a) F’liema każi nista’ nagħżel bejn il-qorti ta’ fejn jgħix il-konvenut (skond il-prinċipju) u qorti oħra?

Għal ċerti tipi ta’ talbiet l-attur għandu l-possibbiltà, li jagħżel post ta’ ġurisdizzjoni ieħor minn dak tar-residenza tal-konvenut (postijiet ta’ ġurisdizzjoni speċjali iżda mhux esklużivi). Eżempji:

  • Fi kwistjonijiet dwar relazzjonijiet kuntrattwali u dwar il-kontinwazzjoni tagħhom, wieħed jista’ wkoll jirrikorri quddiem il-qorti tal-post fejn l-obbligu, li dwaru hemm kwistjoni, għandu jiġi eżegwit (§ 29 par. 1 ZPO). Ftehim dwar  il-post fejn għandu jiġi eżegwit il-kuntratt jiġi biss ikkunsidrat mill-qorti meta l-partijiet kontraenti huma fost il-persuni awtorizzati li jiftiehmu dwar il-post ta’ ġurisdizzjoni skond § 38b par. 1 ZPO, ara c).
    Il-kuntratti dwar obbligi legali jaqgħu taħt il-kunċett ta’ relazzjonijiet kuntrattwali independentement mit-tip ta’ obbligu.
    Meta t-tribunali industrijali huma kompetenti, din ir-regola tiġi applikata kif ġej.
  • Għal talbiet dwar negozju illeċitu, il-qorti tad-distrett fejn sar in-negozju hija l-qorti kompetenti.
  • Il-parti offiża b’azzjoni illeċita tista’, fil-qafas ta’ proċedura legali, tagħmel talbiet, li magħhom hemm talbet dwar id-drittijiet ta’ proprjetà li ġew mittiefsa minn din l-azzjoni, quddiem il-qorti, fejn ġiet ippreżentata t-talba.
  • Għall-kawżi dwar id-divorzju, il-qorti tal-familja (sezzjoni apposta fil-qrati distrettwali) hija oġġettivament kompetenti, fid-distrett fejn il-miżżewġin għandhom ir-residenza abitwali tagħhom (dan ifisser il-post fejn jgħixu attwalment) hija l-qorti esklużivament kompetenti. Fin-nuqqas ta’ post ta’ residenza fil-pajjiż waqt li l-kawża ssir sub judice (li jfisser in-notifika tal-preżentazzjoni jew tat-talba), allura l-qorti tal-familja tad-distrett fejn wieħed mill-miżżewġin għandu r-residenza tiegħu flimkien ma’ l-ulied komuni taħt l-età, hija l-qorti esklużivament kompetenti.
    Jekk il-kompetenza ma tiġix stabbilita skond dan, il-qorti tal-familja tad-distrett fejn il-miżżewġin kellhom ir-residenza abitwali komuni, hija l-qorti esklużivament kompetenti, sakemm wieħed mill-miżżewġin f’każ pendenti (ara fuq) għad għandu r-residenza abitwali tiegħu hemmhekk. Jekk anki dan mhux il-każ, il-post ta’ residenza abitwali tal-konvenut huwa determinanti, sakemm dan ma jkunx barra l-pajjiż. F’dan il-każ, dak ta’ l-attur huwa determinanti.
    Jekk ukoll b’dan il-kompetenza ma tiġix stabbilita, il-qorti tal-familja fil-qorti distrettwali ta’ Berlin – Schöneberg hija esklużivament kompetenti.
  • F’kawża dwar manteniment, jiġifieri manteniment tal-konjuġi u tal-wild, meta l-proċedura tad-divorzju tinsab jew kienet pendenti fl-ewwel istanza, din il-qorti hija esklużivament kompetenti. Madankollu, fil-każ ta’ manteniment ta’ tfal, il-kompetenza tgħodd biss meta jkun hemm rabta mad-divorzju.
    Meta jsiru proċeduri ta’ manteniment għalihom (iżolati), japplikaw il-provvedimenti ġenerali, jiġifieri, tgħodd ir-residenza tal-konvenut.
  • Fi proċeduri li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà tal-ġenituri jgħodd dak li huwa marbut magħha, jiġifieri, jekk il-proċedura għad-divorzju tkun pendenti, din tkun il-qorti kompetenti, fil-każ li jkun hemm rabta mad-divorzju. Jekk il-kawżi pendenti jkunu għalihom, ir-residenza tal-wild hija determinanti. Fin-nuqqas ta’ dan, jiddetermina il-post proprju fejn ikunu qed joqogħdu (fil-pajjiż). Il-mument meta tiġi ddeterminata l-kompetenza tal-qorti huwa meta l-qorti tieħu konjizzjoni tal-każ.
B.II.2.b) F’liema każijiet għandi nippreżenta t-talba tiegħi quddiem qorti oħra barra dik fejn jgħix il-konvenut (skond il-prinċipju)?

Sakemm il-liġi tiddeskrivi l-post ta’ ġurisdizzjoni espressament bħala esklużiv, dan jieħu preċedenza fuq kull post ieħor ta’ ġurisdizzjoni, jiġifieri, it-talba tista’ tiġi ppreżentata (ammissibbli) biss fil-post ta’ ġurisdizzjoni esklużiv. Postijiet ta’ ġurisdizzjoni esklużivi jinsabu biss fil-liġijiet speċjali:

FuqFuq

Meta t-talba tkun dwar biċċa art jew dwar dritt relatat ma’ biċċa art (per eżempju, dritt ta’ bini ta’ biċċa art li jintiret), f’ċerti każi il-qorti esklużivament kompetenti hija dik tad-distrett fejn tinsab l-art; dan għandu x’jaqsam ma’ talbiet dwar proprjetà jew żgumbrament, kwistjonijiet dwar żgumbrament, talbiet dwar pussess, talbiet dwar konfini, talbiet dwar tqassim (§ 24 ZPO).

Fil-każ ta’ kwistjonijiet dwar relazzjonijiet ta’ kiri jew kiri ta’ art jew dwar il-kontinwazzjoni ta’ relazzjoni ta’ dan it-tip, il-qorti kompetenti hija dik tad-distrett fejn jinsab il-post mikri jew l-art mikrija (§ 29a par. 1 ZPO). Dan il-provvediment iżda ma japplikax f’relazzjoni ta’ kiri ta’ spazju għall-użu temporanju (appartamenti għall-vaganzi, kmamar tal-lukandi, eċċ.), kmamar bl-għamara għal kerrejja individwali, bini u kmamar għall-użu pubbliku (§ 29 a par. 2 ZPO).

Għal talbiet kontra l-proprjetarju ta’ stabbiliment fil-pajjiż, fejn l-attur qed ifittex rimedju kontra ħsara kkawżata minn effett ambjentali, il-qorti esklużivament kompetenti hija dik tad-distrett

minn fejn oriġina l-effett ambjentali ta’ l-istabbiliment (§ 32a ZPO).

Fi proċedura dwar ordni ta’ ħlas, il-qorti distrettwali esklużivament kompetenti hija dik fejn min jippreżenta t-talba huwa soġġett għall-ġurisdizzjoni ġenerali, jiġifieri fejn għandu r-residenza jew is-sede tiegħu (§ 689 par. 2 ZPO).

Fi proċedura ta’ eżekuzzjoni, il-qorti distrettwali esklużivament kompetenti bħala qorti eżekuttiva, hija dik fejn għandha ssir jew saret l-eżekuzzjoni (§ 764 par. 2, § 802 ZPO). Għall-bejgħ bl-irkant obbligatorju jew amministrazzjoni obbligatorja ta’ biċċa art, il-qorti kompetenti eżekuttiva hija l-qorti distrettwali esklużivament kompetenti f’dak id-distrett li tinsab dik il-biċċa art. (§ 1 par. 1, § 146 Liġi dwar l-Irkant Obbligatorju, §§ 802, 869 ZPO)

FuqFuq

B.II.2.c) il-partijiet fi kwistjoni legali jistgħu jiftiehmu dwar il-kompetenza tal-qorti, li kieku ma kinitx tkun kompetenti?

aa) Ftehim

Fil-liġi Ġermaniża teżisti l-possibbiltà ta’ ftehim dwar il-post ta’ ġurisdizzjoni. Skond § 38 par. 1 ZPO qorti li minnha nnifisha mhijiex il-qorti ta’ l-ewwel istanza kompetenti tista’ ssir kompetenti permezz ta’ ftehim espress jew taċitu tal-partijiet. Dan il-ftehim jista’ biss isir meta l-partijiet ikunu negozjanti, persuni ġuridiċi jew fondi speċjali pubbliċi. Permezz ta’ ftehim espress jew taċitu dwar il-post ta’ ġurisdizzjoni, il-qorti ta’ l-ewwel istanza, li fin-nuqqas ta’ ftehim bħal dak ma kinitx tkun kompetenti, issir il-qorti kompetenti.

Jista’ wkoll isir ftehim dwar il-kompetenza tal-qorti ta’ l-ewwel istanza, meta għall-inqas waħda mill-partijiet fil-kuntratt m’għandhiex post ta’ ġurisdizzjoni ġenerali fil-pajjiż (§ 38 par. 2 ZPO). F’dan il-każ il-ftehim għandu jsir bil-miktub jew, jekk isir bil-fomm, għandu jiġi kkonfermat bil-miktub. Jekk waħda mill-partijiet għandha post ta’ ġurisdizzjoni ġenerali fil-pajjiż, allura il-qorti tista’ tintgħażel biss f’dak il-post, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet biżżejjed biex tintgħażel qorti f’post li jkollu ġurisdizzjoni speċjali.

Skond § 38 par. 3, ftehim dwar il-post ta’ ġurisdizzjoni huwa biss ammissibbli, meta jsir espressament jew bil-miktub wara li tkun bdiet il-kwistjoni jew għall-eventwalità li l-konvenut futur, wara li jagħlaq il-kuntratt, jibdel il-post ta’ residenza tiegħu jew il-post fejn joqgħod abitwalment għal wieħed barra l-pajjiż jew meta l-post ta’ residenza tiegħu jew il-post fejn jgħix abitwalment ma jkunx magħruf fil-mument tal-preżentazzjoni tat-talba.

FuqFuq

Biex isir ftehim dwar il-post ta’ ġurisdizzjoni dejjem hu meħtieġ li jkun hemm rabta ma relazzjoni legali partikolari u mal-kwistjonijiet legali li jirriżultaw minnha, u fin-nuqqas il-ftehim ma jkollux effett (§ 40 par. 1 ZPO). Ftehim dwar il-post ta’ ġurisdizzjoni huwa wkoll ipprojbit, meta l-każ jittratta dwar talbiet oħra li mhumiex drittijiet ta’ proprjetà, li jiġu referuti quddiem qorti distrettwali mingħajr ma jittieħed qies ta’ l-ammont fil-kwistjoni. Ftehim dwar il-post ta’ ġurisdizzjoni mhux possibbli wkoll, meta hemm raġunijiet biżżejjed skond il-liġi għal post ta’ ġurisdizzjoni esklużiva (§ 40 par.2 ZPO).

In-neċessità tal-forma bil-miktub dwar il-post ta’ ġurisdizzjoni tista’ tiġi sodisfatta wkoll permezz ta’ klawsola inkorporata fil-kundizzjonijiet ta’ negozju ġenerali jew f’kuntratti standardizzati..

Ftehim dwar il-post ta’ ġurisdizzjoni effettiv jorbot bil-liġi quddiem il-qorti; jekk dik

il- ġurisdizzjoni tkunx esklużiva jew le, jiddependi mill-kontenut tal-ftehim.

bb) Proċedura ta’ sottomissjoni għall-ġurisdizzjoni

Il-kompetenza tal-qorti ta’ l-ewwel istanza tiġi ġġustifikata wkoll mill-fatt li l-konvenut jittratta l-każ prinċipali verbalment (§ 39 ZPO) mingħajr ma jagħmel talba dwar l-inkompetenza tal-qorti. Fil-każ ta’ proċeduri quddiem qorti distrettwali din il-konsegwenza legali ssir valida meta l-qorti tagħti d-digriet relattiv.

Madankollu, il-kompetenza ma tistax tiġi ġġustifikata bi bis-sottomissjoni għall-ġurisdizzjoni, meta l-ftehim dwar il-post ta’ ġurisdizzjoni jista’ jkun invalidu (ara fuq, fejn għandu x’jaqsam mal-kwistjonijiet minbarra d-drittijiet ta’ proprjetà u l-postijiet ta’ ġurisdizzjoni esklużivi).

C. Fil-każ ta’ kompetenza ta’ ġurisdizzjoni speċjalizzata, kif inkun naf fejn irrid nippreżenta t-talba tiegħi fil-prattika?

Il-ġurisdizzjoni speċjali tat-tribunali industrjali hija partikolari biss fir-rigward tal-kompetenza oġġettiva. Fir-rigward ta’ kwisjonijiet dwar il-post ta’ kompetenza u l-possibbiltà ta’ ftehim dwar il-post ta’ ġurisdizzjoni jgħoddu r-regoli ġenerali, kif spjegat taħt paragrafu B.

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Ġermanja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 20-04-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit