Kummissjoni Ewropea NGE Jurisdizzjoni tal-qrati
Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar AwtomatikuImmaġina sitwazzjoni li fiha inti għandek tilwima ma’ kumpanija, ma’ persuna professjonali, ma’ min iħaddmek, ma’ membru tal-familja tiegħek jew ma’ xi ħadd ieħor f’pajjiżek jew barra mill-pajjiż. Ladarba l-isforzi biex it-tilwima tkun solvuta amikevolment ikunu fallew, inti forsi tkun trid tieħu azzjoni fil-qorti kontra l-parti l-oħra. Imma kif tkun taf lejn liema qorti tirrikorri? Hija l-qorti tal-post fejn joqgħod il-konvenut? Jew il-qorti fejn kellha jitwettaq l-obbligu kuntrattwali? Ir-regoli tar-ġuriżdizzjoni jiddependu fuq in-natura tat-talba in kwistjoni (il-kuntratt, id-danni)?
L-Istati Membri kollha għandhom regoli ta’ ġuriżdizzjoni differenti, li jiddeterminaw id-distribuzzjoni tal-kompetenza bejn il-qrati fit-territorju tagħhom. Ikklikkja fuq il-bandiera ta’ kull Stat Membru u ssib informazzjoni utli dwar il-leġiżlazzjoni fuq il-ġuriżdizzjoni fil-qasam tal-liġi ċivili u kummerċjali f’dak il-pajjiż.
Jekk kawża fil-qorti jkollha dimensjoni internazzjonali u tinvolvi, per eżempju, partijiet domiċiljati fi Stati Membri differenti, ir-regoli li jgħidulek il-qrati ta’ liema Stat Membru għandhom il-ġuriżdizzjoni, huma stabbiliti f’Regolament Ewropew adottat fl-2000. Biex issir taf aktar, ikklikkja fuq l-ikona "Il-liġi tal-Komunità”.
Hemm ukoll konvenzjoni internazzjonali, iffirmata fl-1988, li tirregola l-ġuriżdizzjoni f’kawżi bejn Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u xi pajjiżi mhux membri ta’ l-UE, li huma partijiet għall-konvenzjoni. Barra l-ambitu ta’ dik il-konvenzjoni, f’kawżi b’dimensjoni internazzjonali li jinvolvu Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea u Stat mhux membru, il-ġuriżdizzjoni spiss tkun ttrattata fi trattati internazzjonali bejn dawk l-Istati. Biex issir taf aktar, ikklikkja fuq l-ikona “Il-liġi internazzjonali”.
L-aħħar aġġornament: 15-02-2007

