Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Franza

L-aħħar aġġornament: 12-06-2007
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Franza

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Qabel ma tibda proċedura ġudizzjarja, jaqbel li tkun taf il-ġurisdizzjoni li għandha s-setgħa biex teżamina l-kwistjoni legali tiegħek jew, f’termini oħra, dik li tiddisponi mill-kompetenza ġudizzjarja biex teżaminaha. Jekk tressaq il-każ tiegħek quddiem ġurisdizzjoni ħażina jew jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil rigward il-kompetenza, jeżisti riskju li l-proċedura issofri dewmien konsiderevoli, u t-talba tiegħek tista’ wkoll tiġi rrifjutata minħabba nuqqas ta’ kompetenza.



 

LISTA TAL- KONTENUT

A. Huwa meħtieġ li wieħed jirrikorri quddiem Qorti ordinarja jew għal Qorti speċjalizzata? A.
B. Jekk il-Qorti ordinarja hija kompetenti, kif nista’ nidentifika dik li hija kompetenti għall-kwistjoni legali tiegħi? B.
I. Teżisti distinzjoni bejn it-tribunali ċivili « inferjuri » u « superjuri » ta’ l-ewwel grad? Jekk iva, liema Qorti hija kompetenti għall-kwistjoni legali tiegħi? I.
II. Il-kompetenza territorjali (hija l-Qorti tal-belt A jew dik tal-belt B li hija kompetenti għall-każ tiegħi?) II.
1. Ir-regola ġenerali tal-kompetenza territorjali 1.
2. L-eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali 2.
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-Qorti tad-domiċilju tal-konvenut (il-qorti determinata mir-regola ġenerali) u ġurisdizzjoni oħra? a)
b) Meta jiena obbligat li nagħżel Qorti oħra li mhix dik tad-domiċilju tal-konvenut (qorti determinata mir-regola ġenerali)? b)
c) Huwa possibbli għall-partijiet li jagħżlu Qorti li, normalment, ma tkunx kompetenti? c)
C. Jekk ġurisdizzjoni speċjalizzata hija kompetenti, kif nista’ nidentifika il-Qorti kompetenti għall-kwistjoni tiegħi? C.

 

A. Huwa meħtieġ li wieħed jirrikorri quddiem Qorti ordinarja jew għal Qorti speċjalizzata?

Il-ġurisdizzjonijiet speċjalizzati huma:

  • Il-Qorti tal-Kummerċ li hija kompetenti fi kwistjonijiet bejn il-kummerċjanti, dawk li jikkonernaw atti tal-kummerċ bejn il-persuni, il-kontestazzjonijiet bejn soċji ta’ soċjetà kummerċjali u d-diffikultajiet finanzjarji ta’ l-intrapriżi kummerċjali (il-likwidazzjoni u talbiet għall-intervent ġudizzjarju...),
  • It-Tribunal ta’ l-affarijiet Soċjali kompetenti għan-nuqqas ta’ ftehim li jinħoloq mill-applikazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tas-sigurtà soċjali u mis-sistema ta’ l-assigurazzjoni soċjali agrikola,
  • it-Tribunal Industrijali fejn jitressqu l-kwistjonijiet kollha li jinqalgħu mill-kuntratt individwali ta’ l-impjieg,
  • it-Tribunal tal-Kirjiet Agrikoli li huwa kompetenti biex jieħu konjizzjoni tal-kontestazzjonijiet bejn il-kerrejja u l-propjetarji tal-kirjiet agrikoli (kera, lokazzjoni agrikola bi sħab (mezzadrija)...),
  • il-Qorti Kontenzjuża dwar l-Inkapaċità tieħu konjizzjoni tal-kontestazzjonijiet relattivi għall-istat jew il-grad ta’ invalidità, għall-istat ta’ inkapaċità permanenti u għall-inkapaċità għall-impjieg,
  • il-Qorti Dipartimentali tal-Pensjonijiet tieħu konjizzjoni tal-kontestazzjonijiet b’relazzjoni għall-pensjonijiet militari.

B. Jekk il-Qorti ordinarja hija kompetenti, kif nista’ nidentifika dik li hija kompetenti għall-kwistjoni legali tiegħi?

I. Teżisti distinzjoni bejn it-tribunali ċivili « inferjuri » u « superjuri » ta’ l-ewwel grad? Jekk iva, liema Qorti hija kompetenti għall-kwistjoni legali tiegħi?

Jeżistu l-Qrati Superjuri, il-Qrati tal-Prim’istanza u t-Tribunali għal Talbiet Żgħar.

FuqFuq

  • It-Tribunali għal Talbiet Żgħar huma kompetenti biex jiddeċiedu it-talba ta’ individwu fuq kwistjonijiet li jinvolvu anqas minn1500 Euro.
  • Il-Qrati tal-Prim’istanza huma kompetenti biex jiddeċiedu fuq kwistjoni ta’ anqas minn jew ugwali għal 7600 Euro, kif ukoll mingħajr limitu ta’ valur fi kwistjonijiet ta’ ċerti suġġetti bħad-dritt tal-konsum, kwistjonijiet dwar tutela, il-kirjiet ta’ abitazzjoni.
  • Il-Qrati Superjuri huma kompetenti għall-kwistjonijiet l-oħra kollha ċivili li ma jaqgħux taħt it-tribunali oħra, u b’mod partikolari għall-affarijiet tal-familja.

II. Il-kompetenza territorjali (hija l-Qorti tal-belt A jew dik tal-belt B li hija kompetenti għall-każ tiegħi?)

1. Ir-regola ġenerali tal-kompetenza territorjali

Fil-prinċipju, il-Qorti kompetenti hija dik tal-post fejn tgħix il-persuna mħarrka (il-konvenut). Din ir-regola tispjega ruħha mix-xewqa li jitħares dan ta’ l-aħħar, li hu presunt li jiddefendi ruħu aktar faċilment quddiem l-Imħallef li hu l-eqreb tad-domiċilju tiegħu.

Jekk il-konvenut huwa persuna fiżika, hija l-Qorti tal-post tad-domiċilju tiegħu jew ta’ fejn jgħix. Għal persuna morali (soċjetà, assoċjazzjoni), huwa l-post fejn din hija stabbilita, ġeneralment il-post tas-sede soċjali tagħha. Jiġri wkoll li l-istabbiliment prinċipali magħruf ikun differenti mis-sede soċjali. F’dan il-każ, huwa possibbli li jitressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-post fejn jinstab l-istabbiliment prinċipali. Għas-soċjetajiet kbar, li għandhom diversi fergħat, il-Qorti li quddiemha jitressaq il-każ tista’ tkun dik tal-post fejn tinsab waħda mill-fergħat. 

FuqFuq

2. L-eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-Qorti tad-domiċilju tal-konvenut (il-qorti determinata mir-regola ġenerali) u ġurisdizzjoni oħra?
  • Fi kwistjoni kuntrattwali: min jagħmel it-talba jista’ jippreżenta l-każ kemm fil-post tad-domiċilju tal-konvenut, u kemm, skond in-natura tal-kuntratt, fil-post tal-kunsinna ta’ l-oġġett jew il-post ta’ l-eżekuzzjoni ta’ l-għotja tas-servizz.
  • Fi kwistjoni ta’ responsabbilità delittwali (għad-danni) jew tal-prosegwiment ta’ talba ċivili fl-istruttura ta’ proċedura penali: it-talba tista’ titressaq quddiem il-ġurisdizzjoni fejn jgħix il-konvenut jew quddiem il-Qorti tal-post fejn saret il-ħsara jew fejn twettaq il-fatt li ta lok għall-ħsara.
  • Fi kwistjoni fuq proprjetà: min qed jagħmel it-talba jista’ jressaq il-każ quddiem il-ġurisdizzjoni tal-post fejn tinsab il-proprjetà.
  • Fi kwistjoni ta’ manteniment, min qed jagħmel it-talba għandu l-għażla bejn il-ġurisdizzjoni tal-post fejn jgħix il-konvenut u dik fejn jgħix il-kreditur, jiġifieri il-ġurisdizzjoni ta’ dak stess li qed jagħmel it-talba.
b) Meta jiena obbligat li nagħżel Qorti oħra li mhix dik tad-domiċilju tal-konvenut (qorti determinata mir-regola ġenerali)?

Fil-każ ta’ kwistjoni legali dwar il-manteniment perjodiku jew il-ħlas ta’ kumpens, il-Qorti kompetenti hija dik ta’ fejn jgħix il-konjuġi kreditur jew il-ġenitur li jassumi prinċipalment ir-responsabbilità ta’ l-ulied, anki dawk maġġorenni.

FuqFuq

Fil-każ ta’ divorzju: il-Qorti kompetenti hija dik tal-post fejn tgħix il-familja. Jekk il-konjuġi joqgħodu f’residenzi differenti, il-Qorti kompetenti hija dik ta’ fejn jgħixu l-ulied. Jekk il-konjuġi m’għandhomx ulied, il-Qorti kompetenti hija dik tal-post fejn jgħix il-konvenut.

Fil-każ ta’ suċċessjoni, il-Qorti kompetenti hija dik ta’ l-aħħar domiċilju tal-mejjet.

Fil-każ ta’ kirjiet, il-Qorti kompetenti hija dik tal-post fejn tinsab il-proprjetà.

c) Huwa possibbli għall-partijiet li jagħżlu Qorti li, normalment, ma tkunx kompetenti? 
  • It-tribunali speċjalizzati kollha għandhom kompetenza esklussiva u l-inkompetenza għandha titqajjem mit-tribunal ex officio (minn rajh). L-unika possibbiltà li jitressaq il-każ quddiem ġurisdizzjoni li normalment ma tkunx kompetenti teżisti bejn il-Qorti Superjuri u l-Qorti tal-Prim’istanza għall-kwistjonijiet li fihom dawn m’għandhomx kompetenza esklussiva.
  • Fil-prinċipju, kull klawsola f’kuntratt li titbiegħed mir-regoli tal-kompetenza territorjali u ta’ l-attribuzzjoni hija nulla, ħlief għall-kuntratti bejn żewġ kummerċjanti, fuq kundizzjoni li din il-klawsola tiġi speċifikata b’mod tassew evidenti.

C. Jekk ġurisdizzjoni speċjalizzata hija kompetenti, kif nista’ nidentifika il-Qorti kompetenti għall-kwistjoni tiegħi?

  • Quddiem il-Qorti tal-Kummerċ: fil-prinċipju, il-Qorti kompetenti hija dik tal-post fejn jgħix il-konvenut. Fi kwistjoni delittwali, il-ġurisdizzjoni kompetenti hija dik tal-post fejn inħasset il-ħsara jew fejn twettqet il-ħsara.
  • Quddiem it-Tribunal Industrijali: l-impjegat dejjem jista’ jressaq il-każ quddiem it-Tribunal Industrijali tal-post fejn ġie konkluż il-kuntratt ta’ l-impjieg. It-Tribunal Industrijali kompetenti huwa dak tal-post fejn jinsab l-istabbiliment li fih jaħdem l-impjegat. Meta l-impjieg isir barra minn kwalunkwe stabbiliment, il-każ għandu jitressaq quddiem it-Tribunal Industrijali tad-domiċilju ta’ l-impjegat.
  • It-Tribunal tal-Kirjiet Agrikoli: it-tribunal kompetenti huwa dak ta’ fejn tinsab il-proprjetà.
  • Il-Qorti ta’ l-affarijiet Soċjali: fil-prinċipju, il-Qorti kompetenti hija dik tal-post fejn jinstab id-domiċilju tal-benefiċjarju jew ta’ min iħaddem li hu involut jew tas-sede ta’ l-entità li qed tiddefendi fil-każ ta’ kunflitt bejn entitajiet li għandhom s-sede tagħhom f’postijiet li jaqgħu taħt ġurisdizzjonijiet differenti.

Aktar tagħrif

  • Il-Ministeru tal-Ġustizzja Franċiż français 
  • Légifrance: l-essenzjali tad-dritt Franċiż français

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Franza - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 12-06-2007

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit