Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Finlandja

L-aħħar aġġornament: 07-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Finlandja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Il-qarrej għandu jiftakar li l-preżentazzjoni ta’ hawn taħt hija ta’ natura ġenerali, u li qabel ma tinfetaħ kawża ta’ min wieħed jivverifika l-ġurisdizzjoni tal-qorti, per eżempju billi jsir kuntatt mal-qorti fejn hemm il-ħsieb li ssir l-kawża. Regolamenti internazzjonali jistgħu joħolqu eċċezzjonijiet għal dak li qed jintqal hawn isfel (ara per eżempju r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 44/2001).



 

LISTA TAL- KONTENUT

A. Għandi nirrikorri f'qorti ċivili ordinarja jew f'qorti speċjalizzata? A.
B. Meta l-qrati ċivili ordinarji għandhom ġurisdizzjoni kif nista’ nkun naf f’liema waħda għandi nirrikorri? B.
I. Hemm distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri u jekk hemm liema waħda hija kompetenti għall-każ tiegħi? I.
II. Ġurisdizzjoni territorjali (Għandha ġurisdizzjoni l-qorti tal-belt A jew tal-belt B fil-każ tiegħi?) II.
1. Ir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali 1.
2. Eċċezzjonijiet għar-regola bażika 2.
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-qorti tal-post fejn joqgħod il-konvenut (il-qorti ddeterminata mill-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra? a)
b) Meta għandi nagħżel qorti li mhix dik tal-post fejn joqgħod il-konvenut? (qorti ddeterminata bl-applikazzjoni tar-regola bażika? b)
c) Jistgħu l-partijiet innifishom jattribwixxu ġurisdizzjoni lill-qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti? c)
C. Meta l-qrati speċjalizzati għandhom il-ġurisdizzjoni kif nista’ nkun naf liema waħda għandi nindirizza? C.

 

A. Għandi nirrikorri f'qorti ċivili ordinarja jew f'qorti speċjalizzata?

Fil-Finlandja l-kawżi ċivili huma pproċessati fil-qrati ġenerali. Il-qrati speċjali huma jew stadji ta’ l-appell jew jipproċessaw kawżi li m’humiex dawk magħmulin minn ċittadini privati.

B. Meta l-qrati ċivili ordinarji għandhom ġurisdizzjoni kif nista’ nkun naf f’liema waħda għandi nirrikorri?

I. Hemm distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri u jekk hemm liema waħda hija kompetenti għall-każ tiegħi?

Ma teżisti l-ebda diviżjoni bħal din fil-Finlandja.

II. Ġurisdizzjoni territorjali (Għandha ġurisdizzjoni l-qorti tal-belt A jew tal-belt B fil-każ tiegħi?)

1. Ir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali

Ir-regola ewlenija hija li l-kawża ssir fil-qorti ġenerali inferjuri tal-post fejn joqgħod il-konvenut. Dan japplika wkoll għas-sitwazzjoni meta l-konvenut huwa persuna legali. Parti żgħira biss tal-kawżi huma pproċessati x’imkien ieħor.

2. Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
a) Meta nista’ nagħżel bejn il-qorti tal-post fejn joqgħod il-konvenut (il-qorti ddeterminata mill-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?

Il-każijiet fejn dan huwa possibbli jinkludu dawn li ġejjin:

  • Petizzjoni dwar id-divorzju u kawżi dwar id-divorzju jistgħu, bħala regola ġenerali, isiru fil-qorti tal-post fejn toqgħod xi waħda mill-partijiet interessata. L-istess qorti hija kompetenti wkoll meta hemm involuta, f’dan ir-rigward, il-kura tat-tfal.
  • F’ċerti każijiet li jinvolvu l-liġi tal-kuntratti, tista’ ssir kawża b’mod li tkun differenti mir-regola ewlenija: per eżempju, kawża kontra kummerċjanti jew negozjanti meta l-każ ikun dwar kuntratt tan-negożju. F’dan il-każ kawża tista’ ssir fil-qorti tal-post fejn isir in-negozju. Bl-istess mod, tista’ ssir kawża bbażata fuq kuntratt ta’ impjieg fil-post fejn sar il-kuntratt jew fejn sar ix-xogħol, flimkien mal-qorti tal-post fejn joqgħod il-konvenut.
  • Konsumatur jista’ jagħmel ukoll kawża kontra kummerċjant fil-qorti tal-post fejn joqgħod il-konsumatur stess.
  • Kawża biex tkun stabbilita l-paternità ssir fil-qorti li d-distrett ġudizzjarju tagħha jinkludi l-muniċipalità ta’ l-uffiċjal tal-ħarsien soċjali tat-tfal li kien responsabbli għad-determinazzjoni tal-paternità. Iżda, tista’ ssir ukoll kawża fil-qorti ta’ dak il-post fejn joqgħodu l-omm, it-tfal jew il-fiduċjarju tat-tfal, jew fejn it-tfal kienu kkonċepiti. Iżda, kawża għaċ-ċaħda tal-paternità hija biss fil-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-post fejn joqgħodu t-tfal.
  • Kawża dwar talba fil-liġi ċivili li hija bbażata fuq delitt tista’ tkun ipproċessata wkoll f’dik il-qorti li kien ikollha ġurisdizzjoni timponi piena għal dak id-delitt.
b) Meta għandi nagħżel qorti li mhix dik tal-post fejn joqgħod il-konvenut? (qorti ddeterminata bl-applikazzjoni tar-regola bażika?

Kawża privata separata dwar il-manteniment li jitħallas lil minuri għandha ssir fil-qorti tal-muniċipalità ta’ fejn joqgħod il-kustodju tat-tfal jew il-fiduċjarju maħtur għat tfal.

FuqFuq

F’każijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet bħall-proprjetà immobbli, is-sekwestru u l-wirt, il-qorti kompetenti mhux dejjem tkun il-qorti tal-post ta’ fejn joqgħod il-konvenut. Minflok, (per eżempju):

  • f’każijiet ta’ proprjetà, tkun il-qorti tal-post fejn tinsab il-propjetà;
  • f’każijiet ta’ sekwestru, tkun il-qorti li fid-distrett ġudizzjarju tagħha ikun ġie eżegwit is-sekwestru;
  • f’każijiet li jinvolvu tilwim dwar il-wirt, tkun il-qorti ta’ l-aħħar post fejn kien joqgħod il-mejjet.
c) Jistgħu l-partijiet innifishom jattribwixxu ġurisdizzjoni lill-qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

F’kawża ċivili (imma mhux f’kawża ċivili mhux kontenzjuża) il-partijiet ikkonċernati jistgħu jagħżlu qorti li ma tkunx dik normalment kompetenti (il-qorti inferjuri). Iżda dan ma japplikax f’każijiet li jirrigwardaw kwistjonijiet ta’ proprjetà immobbli, sekwestru, falliment, wirt jew kustodja.

Kondizzjoni għal dan hija li l-partijiet interessati jkun ftehmu bil-miktub fuq il-qorti kompetenti (per eżempju, f’kuntratt standard). Minbarra d-dispożizzjoni dwar qorti speċifika, il-kuntratt għandu jispeċifika wkoll il-kwistjoni nnifisha jew ir-relazzjoni legali li l-kuntratt jittratta.

Jekk l-attur jagħmel kawża f'qorti li ma tkunx dik kompetenti, il-qorti tista' minkejja dan tipproċessa l-kawża, sakemm il-konvenut ma jopponix din il-proċedura qabel ma hu jew hi jkunu rrispondew għall-kwistjoni attwali ta' sustanza.

C. Meta l-qrati speċjalizzati għandhom il-ġurisdizzjoni kif nista’ nkun naf liema waħda għandi nindirizza?

M’hemmx fil-Finlandja sistema speċjali tal-qrati għall-każijiet ta’ litigazzjoni, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

Aktar tagħrif

  • Il-qrati English - suomi - svenska

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Finlandja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 07-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit