Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Liġi Komunitarja

L-aħħar aġġornament: 11-05-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Liġi Komunitarja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. L-aġġornament qed jitħejja bħalissa u jkun disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


Sett komplut ta’ regoli dwar il-ġurisdizzjoni fl-Unjoni Ewropea li tiddetermina il-qrati ta’ liema Stat Membru huma kompetenti

Jekk inti involut f’xi każ ma’ kumpanija, ma’ persuna professjonali, ma’ min iħaddmek jew ma’ xi ħadd ieħor minn Stat Membu ieħor inti għandek issib il-qrati ta’ liema Stat Membru għandhom ġurisdizzjoni. It-tweġiba għal din il-mistoqsija jista’ jkollha konsegwenzi sinifikattivi. Jekk int ikollok tiftaħ każ barra minn pajjiżek jista’ jkollok tħabbat wiċċek ma’ inkonvenjenzi u spejjeż addizzjonali, per eżempju minħabba n-neċessità li tittraduċi l-istqarrijiet tiegħek, li tqabbad avukat fl-Istat Membru fejn isiru l-proċeduri jew li tivvjaġġa għas-smigħ tal-Qorti.

Fis-sena 2000 l-Unjoni Ewropea adottat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi f’oqsma ċivili u kummerċjali li jistabbilixxu r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni għall-kawżi tal-qorti b’dimensjoni internazzjonali li jinvolvu iktar minn Stat Membru wieħed. Dan biddel u mmodifika l-kontenut tal- Konvenzjoni ta’ Brussel dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent ta’ sentenzi f’oqsma ċivili u kummerċjali li ġew konklużi mill-Istati Membri fl-1968.

Dan ir-Regolament japplika direttament ma’ l-Unjoni kollha, ħlief fid-Danimarka. Affarijiet ta’ ġurisdizzjoni bejn id-Danimarka u l-Istati Membri l-oħrajn għadhom xorta waħda regolati mill-Konvenzjoni ta’ Brussel ta’ l-1968.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jindikawlek biss l-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġurisdizzjoni. Id-determinazzjoni tal-qorti individwali kompetenti fl-Istat Membru hi determinata bil-liġi proċedurali domestika. Biex tinkiseb informazzjoni utli dwar il-leġiżlazzjoni fuq ġurisdizzjoni fil-qasam tat-talbiet ċivili u kummerċjali fl-Istat Membru ikklikkja fuq il-bandiera ta’ dak il-pajjjiż.

Liema huma il-prinċipji ewlenin tar-Regolament fir-rigward tal-ġurisdizzjoni?

B’mod ġenerali l-fattur li jiddetermina l-ġurisdizzjoni huwa d-domiċilju tal-konvenut. Persuni domiċiljati fi Stat Membru għandhom, hi x’inhi n-nazzjonalità tagħhom, ikunu mfittxa fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru. Madanakollu, ir-Regolament għandu numru ta’ dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn minn dan il-prinċipju u jippermettu li jsiru proċeduri fil-qrati ta’ Stat Membru ieħor għajr dak fejn il-konvenut hu domiċiljat. L-iktar eżempji importanti ta’ dawn ir-regoli speċjali huma mqassra f'li ġej:

FuqFuq

  • f’oqsma li għandhom x’jaqsmu ma’ l-obbligu kuntrattwali persuna tista’ tiġi mfittxa fil-qrati f’postijiet fejn isir dak l-obbligu. Per eżempju, il-bejjiegħ Ġermaniż ta’ trakk jista’ jiġi mfittex fl-Italja jekk il-vettura hija destinata għal hemm.
  • fl-azzjoni għad-danni l-qrati tal-post fejn ikun ġara l-każ huma kompetenti. Għalhekk, fil-każ ta’ inċident tat-traffiku li ġara fil-Greċja bejn turist Brittaniku u Grieg li jgħix hemm, l-attur Grieg jista’ jieħu preċedenza fil-qrati Griegi. Xi kultant il-post ta’ fejn tiġri l-ġrajja twassal għar-responsabbiltà fit-tort (eż l-emissjoni ta’ sustanzi tossiċi fi xmara fi Franza) u l-post fejn il-ġrajja tirriżulta fi ħsara (eż. ħsara għall-pjanti irrigati bl-ilma tax-xmara mniġġsa fil-Belġju) ma jinsabux fl-istess Stat Membru. F’dak il-każ il-konvenut hu ħieles li jagħżel il-qrati ta’ dawk l-Istati Membri.
  • f’oqsma li għandhom x’jaqsmu mal-manteniment il-kreditur tal-manteniment jista’ jdur fuq l-Istat Membru li fih hu stess jkun domiċiljat.
  • f’xi relazzjonijiet kontrattwali li huma kkaratterizzati bi żbilanċ evidenti ta’ poter bejn il-partijiet bħal oqsma li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratti tal-konsumatur, ma’ l-assigurazzjoni u kuntratti individwali ta’ impjiegi il-parti l-iktar dgħajfa hi meqjusa li għandha bżonn ta’ protezzjoni speċjali. Bħala regola ġenerali, il-partijiet fi żvantaġġ (il-konsumatur, l-assigurat, l-impjegat) jistgħu jiġu mfittxija biss fl-Istati Membri fejn huma domiċiljati. Il-partijiet vantaġġjati (in-negozjant, minn jassigura, min iħaddem), min-naħa l-oħra xorta jistgħu jiġu mfittxija, xi drabi suġġetti għal ċertu kondizzjonijiet, fl-Istat Membru fejn il-parti dgħajfa hi domiċiljata jew (fir-rigward ta' kuntratti ta’ impjiegi) jwettaq dan ix-xogħol.

Ir-regoli dwar ġurisdizzjoni speċjali mniżżlin hawn fuq jikkostitwixxu għażla addizzjonali għall-attur li jista’ jagħżel ukoll li jfittex il-konvenut fil-qrati ta’ l-Istat Membru li fih dik il-persuna jkun domiċiljata. Hemm ukoll, madanakollu, xi każijiet ta’ dik li tissejjaħ ġurisdizzjoni esklussiva li ma tikkumplimentax imma tbiddel il-ġurisdizzjoni bbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut. Per eżempju,

  • fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sid jew il-kiri ta’ propjetà, il-qrati ta’ l-Istat Membru fejn il-propjetà tkun tinsab biss ikollhom ġurisdizzjoni.
  • fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ drittijiet li jridu jkunu reġistrati bħal brevetti jew trejdmarks, il-qrati ta’ l-Istat Membru li fih tkun saret ir-reġistrazzjoni jkunu esklussivament kompetenti.
  • suġġetti għal xi kondizzjonijiet il-partijiet għandhom ukoll il-possibilità li jagħżlu l-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ikollhom ġurisdizzjoni. It-tali ftehim dwar l-għażla tal-qorti normalment iwassal għall-kompetenza esklussiva tal-qrati ta’ l-Istat Membru magħżul sakemm il-partijiet ma jistipulawx mod ieħor.

Bla ħsara għal ċertu eċċezzjonijiet, il-fatt biss li l-konvenut jidher fil-qorti twassal għal ġurisdizzjoni fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru anka jekk mhumiex ordinarjament kompetenti.

Jekk jogħġbok innota li d-deskrizzjoni ta’ hawn fuq dwar il-ġurisdizjoni fir-Regolament la hi eżawrijenti u lanqas mhi kompluta biżżejjed biex tippermetti evalwazzjoni ta’ min joqgħod fuqha tal-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni f’każ konkret.

X’jiġri jekk il-proċeduri dwar l-istess kwistjoni jinġiebu f’żewġ Stati Membri?

Jista’ jiġri li ż-żewġ partijiet fil-kwistjoni jagħtu bidu għall-proċeduri fil-qrati fuq l-istess ħaġa fi Stati Membri differenti. Per eżempju, wara inċident tat-traffiku bejn żewġ persuni li joqgħodu fil-Ġermanja u fi Franza, rispettivament, jista’ jiġri li t-tnejn ifittxu lil xulxin għad-danni fl-Istat Membru fejn il-parti l-oħra tkun domiċiljata. F’din is-sitwazzjoni, ir-Regolament bażikament jistabbilixxi r-regola li “ta’ l-ewwel jinqeda l-ewwel”. Il-qorti fejn fih jinfetħu l-proċeduri l-aħħar għandu jwaqqaf il-proċeduri u jistenna għall-qorti l-oħra biex tiddeċiedi dwar il-ġurisdizzjoni tagħha. Jekk l-ewwel qorti li fiha jinfetħu l-proċeduri tikkonsidra lilha nfisha kompetenti l-qorti l-oħra għandha twaqqaf il-każ. Huwa biss jekk l-ewwel qorti li fiha jinfetħu l-proċeduri tasal għall-konklużjoni li m’għandhiex ġurisdizzjoni li l-qorti l-oħra tkun tista’ tkompli bil-proċeduri tagħha.

Dokumenti ta’ referenza

  • OPINJONI 1/03 TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, 07.02.2006: Kompetenza tal-Komunità biex tikkonkludi l-Konvenzjoni ġdida ta' Lugano dwar ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali
  • Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fl-oqsma ċivili u kummerċjali
  • 1968 Konvenzjoni ta’ Brussel dwar il-ġurisdizzjoni u l-infurzar tas-sentenzi fl-oqsma ċivili u kummerċjali (verżjoni konsolidata)

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Liġi Komunitarja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 11-05-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit