Ordni Legali
Organizzazzjoni tal-Ġustizzja
Professjonijiet legali
Għajnuna legali
Jurisdizzjoni tal-qrati
Ftuħ ta’ kawża fil-qorti
Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura
Liġi applikabbli
Servizz tad-dokumenti
Teħid ta’ evidenza u mezz ta’ evidenza
Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet
Infurzar tas-sentenzi
Proċeduri simplifikati u maġġla
Divorzju
Risponsabilità tal-ġenituri
Talbiet ta’manteniment
Falliment
Meżżi alternattivi għal riżoluzzjoni ta’ kwistjoni
Kumpens għall-vittmi tal-kriminalità
Proċessar Awtomatiku
Tilwim ċivili normalment jinstema' quddiem qorti ordinarja. Il-każ għandu jinġieb quddiem dik il-qorti li hija kompetenti biex tisimgħu, ara B hawn taħt.
Il-Qrati Ordinarji jinkludu l-qrati distrettwali, l-Qrati Superjuri u l-Qorti Suprema. Jeżistu wkoll tliet qrati speċjalizzati li jittrattaw każijiet ċivili: il-Qorti Marittima u Kummerċjali, it-Tribunal Industrijali u t-Tribunal tal-Kera. Dawn il-ġuriżdizzjonijiet tal-qrati huma deskritti f'iktar dettal taħt l-punt Ċ.
Il-qrati ordinarji huma organizzati fi tliett livelli. Il-livell t’isfel jikkonsisti fi qrati distrettwali, warajħ il-Qrati Superjuri, bil-Qorti Suprema fl-ogħla livell.
Il-każijiet kollha ċivili għandhom jitressqu quddiem qrati distrettwali. Madankollu, ċerti każi li jirrelataw ma’ negozju jistgħu jitressqu quddiem il-qorti Marittima u Kummerċjali.
Ir-regola bażika hi li l-każ għandu jitressaq quddiem il-qorti kompetenti tal-konvenut. Il-qorti kompetenti għall-persuni naturali hija l-qorti distrettwali li il-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-lokal tar-residenza tagħhom. Il-qorti kompetenti għall-persuni legali bħalma huma kumpaniji u assoċjazzjonijiet hija l-qorti distrettwali li l-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-lokal fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali.
Hemm numru ta’ sitwazzjonijiet li fihom każ jista’ jinġieb quddiem qorti Daniża anke jekk il-konvenut mhux residenti fid-Danimarka. Ċerti każi ċivili jistgħu jittellgħu quddiem qorti Daniża anke jekk il-qorti kompetetni tal-konvenut tinsab f’art barranija. Eżempji ta’ dan jinkludu każijiet marbuta ma’ proprjetà immobbli fid-Danimarka jew każijiet li jikkonċernaw kuntratti li jridu jiġu esegwiti f’dan il-pajjiż. Jekk il-konvenut mhux residenti hawnhekk, il-każ jista’ jitressaq fil-lokal fejn il-parti kkonċernata tinsab fil-mument jew, fejn ikun xieraq, fejn il-parti kienet l-aħħar domiċiljata jew tinsab.
Safejn jikkonċerna każijiet internazzjonali, id-Danimarka laqgħet il-Konvenzjonijiet ta’ Brussell u Lugano. Barra minn hekk, il-Komunità Ewropea u d-Danimarka daħlu f’arranġament parallel li taħtu r-regoli mniżżlin fl-I Regolament ta’ Brussell b’effett mill-1 ta’ Lulju 2007 huma applikabbli bejn id-Danimarka u l-Istati Membri l-oħra.
Jeżistu numru ta' regoli dwar il-ġudizzjoni li taħthom ukoll jistgħu jitressqu każijiet quddiem qorti differenti minn dik il-qorti kompetenti tal-konvenut. Barra hekk, hemm regoli fuq lokalitajiet ġudizzjarji alternattivi f'numru ta' konvenzjonijiet u arranġamenti internazzjonali li d-Danimarka tifforma parti minnhom, u dawn huma il-Konvenzjoni ta' Brussell, il-Konvenzjoni ta' Lugano u l-I Regolament ta' Brussell (cf. l-arranġament paralel fuq is-suġġett).
Ir-regoli prinċipali dwar il-lokalitajiet legali alternattivi li huma applikabbli fid-Danimarka huma mniżżlin hawn taħt:
Il-liġi Daniża fiha numru ta' regoli dwar ġuriżdizzjoni esklussiva li tistipula li ċerti każi ċivili għandhom jitressqu quddiem qorti partikolari. Hemm ukoll regoli fuq ġuriżdizzjoni esklussiva f'numru ta' konvenzjonijiet u arranġamenti internazzjonali li d-Danimarka laqgħat, u dawn huma il-Konvenzjoni ta' Brussell, il-Konvenzjoni ta' Lugano u l-I Regolament ta' Brussell (cf. l-arranġament parallel fuq is-suġġett). Jekk il-każ jinġieb quddiem qorti li mhix dik li għandha ġuriżdizzjoni esklussiva taħt ir-regoli msemmija hawn fuq, dik il-qorti ma tistax tittratta l-każ. Il-qorti trid jew tirreferi l-każ lill-qorti adegwata inkella tirrifjutah, dan jekk mhux possibbli li ssir referenza.
Ir-regoli prinċipali fuq ġuriżdizzjoni esklussiva fid-Danimarka huma mniżżlin hawn taħt:
Il-partijiet jistgħu jilħqu ftehim (ftehim fuq lokal ġudizzjarju) li jgħid li l-każ jista’ jew għandu jitressaq quddiem qorti (qorti distrettwali) li mhix dik li jiddettaw ir-regoli ordinarji fuq il-ġuriżdizzjoni. M’hemmx rekwiżiti formali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ arranġamenti dwar lokalitajiet ġudizzjarji, bħal per eżempju li għandhom ikunu bil-miktub. Madankollu, arranġamenti li jkunu saru qabel dwar lokali ġudizzjarji – jiġifieri, arranġamenti milħuqa qabel ma nbdiet it-tilwima – m’humiex obbligatorji għall-konsumaturi f’każijiet li jikkonċernaw arranġamenti tal-konsumatur. Huwa possibbli li jintlaħaq qbil taċitu dwar il-lokal ġudizzjarju, jekk, per eżempju, il-konvenut ma jikkontestax il-ġuriżdizzjoni tal-qorti fid-dikjarazzjoni tad-difiża tiegħu.
Il-qorti tiżgura, bl-inizjattiva tagħha stess, li l-każ ma ġiex imtella’ fuq kontravenzjoni ta’ regoli nazzjonali jew internazzjonali fuq ġuriżdizzjoni esklussiva.
Jeżistu tliet qrati speċjalizzati biex jittrattaw każi ċivili:
« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Danimarka - Informazzjoni Ġenerali »
L-aħħar aġġornament: 03-04-2009

