Kummissjoni Ewropea > NGE > Jurisdizzjoni tal-qrati > Awstrija

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Jurisdizzjoni tal-qrati - Awstrija

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

A. Għandi nagħmel il-kawża tiegħi f’qorti ordinarja jew f’qorti speċjalizzata? A.
B. Kif nista’ nikseb informazzjoni fuq fejn nagħmel eżattament kawża fil-każ ta’ ġurisdizzjoni ta’ qorti ordinarja? B.
I. Hemm differenza bejn il-qrati inferjuri u superjuri ta’ l-ewwel istanza? Jekk hemm, liema waħda hija kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi? I.
II. Ġurisdizzjoni Territorjali II.
1. Ir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali 1.
2. Ir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali 2.
a) F’liema każijiet nista’ nagħżel bejn qorti fid-domiċilju tal-konvenut (kif meħtieġ fir-regola bażika) u qorti differenti? a)
b) F’liema każijiet għandi nagħmel kawża f’qorti li mhix tad-domiċilju tal-konvenut (kif meħtieġ mir-regola bażika)? b)
c) Jistgħu l-partijiet f’kawża jiftehmu fuq il-ġurisdizzjoni ta’ qorti li normalment ma tkunx kompetenti? c)
C. Kif nista’ nikseb informazzjoni fuq fejn għandi nagħmel kawża fil-każ tal–ġurisdizzjoni ta’ qorti speċjalizzata? C.

 

A. Għandi nagħmel il-kawża tiegħi f’qorti ordinarja jew f’qorti speċjalizzata?

Fil-kawżi ċivili , il-ġurisdizzjoni fl-ewwel istanza hija eżerċitata mill-Qrati Distrettwali (Bezirksgerichte) u l-Qrati Provinċjali (Landesgerichte). ’Il barra minn Vjenna, il-Qrati Distrettwali u l-Qrati Provinċjali jisimgħu wkoll il-kawżi kummerċjali. Barra minn dan, il-Qrati Provinċjali jiddeċiedu f'kawżi li jinvolvu l-liġi tax-xogħol u tal-ħarsien soċjali. Vjenna biss għandha il-Qorti Distrettwali tagħha stess li tisma’ kwistjonijiet kummerċjali, il-Qorti Kummerċjali tagħha stess u l-Qorti tax-Xogħol u tal-Ħarsien Soċjali tagħha stess.

Jekk jogħġbok ara l-iskeda deskrittiva fuq l-organizzazzjoni tal-Qrati għad-demarkazzjoni bejn il-ġurisdizzjoni tal-Qrati Distrettwali (Bezirksgerichte) u l-Qrati Provinċjali (Landesgerichte), u l-ġurisdizzjoni tal-qrati rigward kwistjonijiet kummerċjali u l-liġi tax-xogħol u tal-ħarsien soċjali pubbliku.

B. Kif nista’ nikseb informazzjoni fuq fejn nagħmel eżattament kawża fil-każ ta’ ġurisdizzjoni ta’ qorti ordinarja?

I. Hemm differenza bejn il-qrati inferjuri u superjuri ta’ l-ewwel istanza? Jekk hemm, liema waħda hija kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Id-demarkazzjoni bażika fil-ġurisdizzjoni ssir skond it-tip ta’ azzjoni, għall-kwistjonijiet kollha l-oħra jiddependi fuq il-valur fit-tilwima. Il-ġurisdizzjoni skond it-tip tal-kawża dejjem tieħu l-preċedenza fuq il-ġurisdizzjoni skond id-daqs tal-valur fit-tilwima.

FuqFuq

Il-ġurisdizzjoni bbażata fuq id-daqs tal-valur fit-tilwima tapplika għall-Qrati Distrettwali (Bezirksgerichte) meta l-valur fit-tilwima huwa ta’ anqas minn 10 000 euro. Il-Qrati Distrettwali għandhom il-ġurisdizzjoni skond it-tip ta’ azzjoni, per eżempju fil-biċċa l-kbira tal-każijiet fejn hemm involuti l-liġi tal-familja jew il-liġi tal-pussess.

Il-ġurisdizzjoni fuq il-bażi tad-daqs tal-valur fit-tilwima tapplika għall-Qrati Provinċjali meta l-valur fit-tilwima huwa ta’ 10 000 euro jew iżjed. Il-ġurisdizzjoni skond it-tip tal-kawża tapplika fil-Qrati Provinċjali f’tilwim dwar l-Att dwar ir-Responsabbilità Atomika, l-Att dwar ir-Responsabbilità Pubblika, l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Atti dwar il-kompetizzjoni u l-proprjetà intellettwali.

II. Ġurisdizzjoni Territorjali

1. Ir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali

Kull persuna tingħata post ta’ ġurisdizzjoni ġenerali bbażata fuq ir-relazzjoni tal-persuna tiegħu ma’ qorti distrettwali. Bħala regola, il-kawżi jinbdew fil-post tal-ġurisdizzjoni ġenerali tal-konvenut. Il-post ta’ ġurisdizzjoni ġenerali ta’ persuna naturali hija bbażata bħala regola fuq fejn persuna toqgħod legalment jew abitwalment; persuna waħda tista' tingħata diversi postijiet ta’ ġurisdizzjoni ġenerali. Il-post ta’ ġurisdizzjoni ġenerali ta’ persuna legali tiddependi l-aktar fuq il-post fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat tagħha.

2. Ir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali
a) F’liema każijiet nista’ nagħżel bejn qorti fid-domiċilju tal-konvenut (kif meħtieġ fir-regola bażika) u qorti differenti?

F’ċerti każijiet, il-kawżi jistgħu jinbdew mhux biss skond il-post tal-ġurisdizzjoni ġenerali tal-konvenut, imma wkoll b’għażla f’ġurisdizzjoni oħra, post elettiv. Il-Liġi Awstrijaka tal-Ġudikatura tirrikonoxxi aktar minn għoxrin post elettiv differenti għall-proċeduri ċivili biss, biex ikunu ttrattati relazzjonijiet kuntrattwali u statutorji skond il-liġi ta’ l-obbligazzjonijiet jew diversi talbiet skond il-liġi tal-propjetà, kif ukoll postijiet elettivi ta’ xorta proċedurali. Dawn jistgħu jinkludu l-forum tal-post ta’ eżekuzzjoni jew il-post imsemmi fil-fattura. Jistgħu jkunu il-forum rei sitae (il-ġurisdizzjoni fil-post fejn jinsab is-suġġett tal-kontroversja) jew il-post fejn saret il-ħsara, jew il-post ta’ kawża ta’ rikonvenzjoni. Il-modi kif dawn jinstemgħu kultant jistgħu jvarjaw ħafna minn regoli oħra paragunabbli Ewropej u nazzjonali dwar il-ġurisdizzjoni.

FuqFuq

Il-liġi Awstrijaka tipprovdi għall-postijiet ta’ ġurisdizzjoni li ġejjin fil-każ tat-talbiet elenkati hawn isfel:

Għal talbiet li jinqalgħu minn kuntratti (imma mhux talbiet li jinqalgħu minn kuntratti ta’ impjieg): kawżi biex ikun iddeterminat jekk kuntratt jeżistix jew le, kawżi biex tintalab l-eżekuzzjoni ta’, jew ir-rexissjoni ta’ kuntratt, kif ukoll kawżi li jsiru biex jintalab il-kumpens għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni parzjali ta’ kuntratt jistgħu kollha jsiru f’qorti fejn tenħtieġ l-eżekuzzjoni mill-konvenut tal-kuntratt, skond il-ftehim tal-partijiet. (Il-post tal-ġurisdizzjoni huwa l-post ta’ l-eżekuzzjoni). Il-ftehim għandu jkun iddokumentat.

Għat-talbiet ta’ manteniment: ara l-iskeda deskrittiva fuq it-talbiet tal-manteniment.

Għar-responsabbilità ċivili għad-danni: tilwim dwar danni kkawżati minn qtil involontarju ta’, jew ħsara lil persuna jew diversi persuni u d-danni kkawżati minn detenzjoni illegali jew offiżi fuq il-persuna jistgħu jinstemgħu fil-qorti li fid-distrett tagħha tkun ġrat il-ħsara. (Il-ġurisdizzjoni skond fejn tkun saret il-ħsara.)

Għal każijiet ta’ danni mitlubin skond il-liġi ċivili bħala riżultat ta’ atti kriminali: danni li jintalbu skond il-liġi ċivili bħala riżultat ta’ atti kriminali jistgħu jsiru fil-qorti fejn ikunu nbdew il-proċeduri kriminali.

Għal petizzjonijiet tad-divorzju: ara l-iskeda deskrittiva fuq id-divorzju.

Għal petizzjonijiet tal-kustodja: ara l-iskeda deskrittiva fuq ir-responsabbilità tal-ġenituri.

FuqFuq

b) F’liema każijiet għandi nagħmel kawża f’qorti li mhix tad-domiċilju tal-konvenut (kif meħtieġ mir-regola bażika)?

F’każijiet oħra hemm post partikolari ta’ ġurisdizzjoni fejn għandha tibda l-kawża, li jeskludi kemm il-post ta’ ġurisdizzjoni ġenerali u l-postijiet elettivi. Aħna nużaw il-kliem post obbligatorju tal-ġurisdizzjoni biex nindikaw post esklussiv ta’ ġurisdizzjoni li ma jistax ikun varjat, ukoll jekk il-partijiet ikunu qablu fuq post tal-ġurisdizzjoni. Postijiet esklussivi ta’ ġurisdizzjoni jeżistu fuq kollox fil-liġi taż-żwieġ u tal-familja, imma m'humiex ristretti għal dawn biss. Postijiet esklussivi ta’ ġurisdizzjoni jistgħu jkunu, per eżempju, il-ġurisdizzjoni f’tilwim ġej minn relazzjonijiet taż-żwieġ jew kwistjonijiet dwar il-ġenwinità u l-validità ta’ testment. Jistgħu jinkludu wkoll il-ġurisdizzjoni f’tilwim dwar obbligazzjoni parzjali jew minn relazzjonijiet fi ħdan assoċjazzjoni. Il-modi kif dawn l-affarijiet ikunu ttrattati xi kultant ivarjaw ħafna minn regoli oħra paragunabbli Ewropej u nazzjonali dwar il-ġurisdizzjoni.

c) Jistgħu l-partijiet f’kawża jiftehmu fuq il-ġurisdizzjoni ta’ qorti li normalment ma tkunx kompetenti?

Jekk m’hemmx post obbligatorju tal-ġurisdizzjoni, il-partijiet jistgħu jissottomettu ruħhom ukoll għall-ġurisdizzjoni ta’ qorti waħda jew diversi qrati ta’ l-ewwel istanza fil-postijiet imsemmija billi jiftehmu espressament fuq hekk. Bl-istess mod, jistgħu jeskludu dawk il-qrati li altrimenti jkunu kompetenti. Il-ftehim għandu jirriferi jew għal tilwima legali partikolari jew għal tilwim legali li jinqala’ minn tilwima legali jew relazzjoni legali partikolari. M’hemm l-ebda forma legali obbligatorja biex ikun konkluż ftehim fuq il-post tal-ġurisdizzjoni. Iżda, għandu jkun possibbli li tkun ippruvata d-dokumentazzjoni tal-ftehim, jekk ikun hemm kwistjonijiet dwar dan matul il-proċedimenti.

FuqFuq

Huwa għalhekk possibbli għall-partijiet li jemendaw il-ġurisdizzjoni legali immedjata skond kemm is-suġġett u l-post, jew wieħed jew l-ieħor. Ftehim fuq il-ġurisdizzjoni ta’ dan it-tip huwa permess qabel ma jibdew il-proċedimenti, u jista’ jkun hemm ukoll ftehim dwar dan fil-bidu tal-proċedimenti. Il-ftehim fuq il-ġurisdizzjoni ta’ qorti skond is-suġġett huwa possibbli meta dan jinvolvi ċaqliq mill-qorti ta’ l-ewwel istanza għal qorti Distrettwali, iżda l-qorti għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fuq il-bażi tad-daqs tal-valur fil-kwistjoni. Dan japplika kemm għall-ġurisdizzjoni ġenerali u dik kummerċjali.

Huwa possibbli li jinbidel post tal-ġurisdizzjoni sakemm dan mhux espressament eskluż. Jekk regolament legali jgħid li bidla fil-ġurisdizzjoni mhux permessa, dan huwa każ ta’ post tal-ġurisdizzjoni obbligatorja. Bidla fil-post tal-ġurisdizzjoni mhux, per eżempju, permissibbli, jew permissibbli biss b’mod limitat, jekk il-kompetenza hija ddeterminata skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi Awstrijaka li ġejjin: L-Artikolu 14 KschG (l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur), l-Artikolu 83a, l-Artikolu 83b JN (ir-regoli fuq il-ġurisdizzjoni), l-Artikolu 48 VersicherungsvertragsG (il-liġi dwar il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ l-assigurazzjoni), l-Artikolu 42 AtomhaftpflichtG (l-Att dwar ir-Responsabbilità Atomika) u l-Artikolu 532 ZPO (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

C. Kif nista’ nikseb informazzjoni fuq fejn għandi nagħmel kawża fil-każ tal–ġurisdizzjoni ta’ qorti speċjalizzata?

Huwa biss fi Vjenna li hemm qrati speċjalizzati għall-kwistjonijiet kummerċjali: il-Qorti Distrettwali għal Kwistjonijiet Kummerċjali (Bezirksgericht für Handelssachen) u l-Qorti Kummerċjali ta’ Vjenna (Handelsgericht Wien). Vjenna waħidha għandha qorti speċjalizzata għal-liġi tax-xogħol u tal-ħarsien soċjali. (Arbeits- und Sozialgericht Wien). Fl-oqsma l-oħra kollha, kawżi li jinvolvu l-liġi kummerċjali u l-liġi tax-xogħol u tal-ħarsien soċjali jinstemgħu fil-qrati ġenerali. Il-post tal-ġurisdizzjoni f’kwistjonijiet kummerċjali u kwistjonijiet dwar il-liġi tax-xogħol u tal-ħarsien soċjali huwa għalhekk irregolat skond ir-regolamenti għall-proċedimenti ċivili ġenerali.

« Jurisdizzjoni tal-qrati - Informazzjoni Ġenerali | Awstrija - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 17-11-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit