Kummissjoni Ewropea > NGE > Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet > Isvezja

L-aħħar aġġornament: 29-08-2006
Verżjoni għall-istampar Immarka din il-paġna

Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Isvezja

EJN logo

Din il-paġna issa skadiet. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali ġiet aġġornata u trasferita lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.


 

LISTA TAL- KONTENUT

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri kawtelatorji? 1.
2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jinħarġu dawn il-miżuri? 2.
2.1. Il-proċedura 2.1.
2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi 2.2.
3. Għan u natura ta’ dawn il-miżuri? 3.
3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġett ta’ dawn il-miżuri kawtelatorji? 3.1.
3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri kawtelatorji? 3.2.
3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri kawtelatorji? 3.3.
4. Hemm possibbiltaá ta’ appell kontra l-miżura kawtelatorja? 4.

 

1. X’inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri kawtelatorji?

Hemm provvedimenti bażiċi dwar miżuri kawtelatorji f’każijiet ċivili fil-kapitlu 15 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja. Ir-regola ġenerali hi li l-ebda miżura ta’ infurzar rigward pretensjoni ċivili ma tista’ sseħħ sakemm qorti ma tkunx iġġudikat il-każ. Il-provvedimenti dwar miżuri kawtelatorji huma eċċezzjoni għal din ir-regola. Il-miżuri kawtelatorji huma ġeneralment immirati li jiżguraw li l-parti telliefa tagħmel dak li hu meħtieġ minnu jew minnha wara deċiżjoni futura tal-qorti.

Il-miżura kawtelatorja l-iżjed komuni hi s-sekwestru, li jkun ifisser li rikorrent jista’ jaqbad kwalunkwe proprjetà tal-parti l-oħra, jew li wassal għat-tneħħija tad-dritt tal-parti l-oħra li tiddisponi minnha b’mod ieħor.

Skond il-kapitlu 15, Artiklu 1 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja. Sekwestru jista’ jinħareġ biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni futura ta’ sentenza dwar il-pretensjoni. Bħala regola prinċipali, id-deċiżjoni ta’ sekwestru skond dan il-provvediment għandha titfisser b’mod li tkun sekwestrata proprjetà tad-debitur li tkopri l-valur ta’ ammont ċert speċifikat mitlub. F’każi eċċezzjonali, id-deċiżjoni tista’ madankollu, tgħid liema proprjetà tista’ tkun soġġetta għall-eżekuzzjoni.

Is-sekwestru jista’ jinħareġ ukoll biex jiżgura l-eżekuzzjoni futura tas-sentenza rigward dritt superjuri rigward proprjetà partikolari  (kapitlu 15, Artiklu 2 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja). Eżempji ta’ sentenzi bħal dawn huam dawk li jinkludu deċiżjonijiet li l-attur ikun dikjarat li għandu dritt superjuri minn dak tal-konvenut għal ċerti ishma, flimkien ma’ dawk li bihom il-konvenut ikun obbligat li immedjatament jittrasferixxi l-ishma.

FuqFuq

F’Kapitlu 5, Artiklu 3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja hemm provvediment ġenerali dwar id-dritt tal-qorti li tippreskrivi miżura xierqa biex tħares id-dritt tar-rikorrent. Dan il-provvediment, per eżempju jitħaddem fil-każ ta’ mandati. Talba għall-konferma li l-konvenut mhux intitolat jaħdem b’ċerti oġġetti speċifikat f’klawżola ta’ kompetizzjoni titqies li taqa’ taħt dan il-provvediment.

Barra minn dan, skond il-Kapitlu 15, Artiklu 4 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja, il-qorti tista’ f’każi ta’ dritt superjuri rigward ċerta proprjetá tiddigrieta r-radd lura ta’ assi dissipati, eċċ.  Barra minn dan jingħad f’kapitlu 15, Artiklu 5 subinċiż 3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja li miżura temporanja kawtelatorja tista’ tintlaqa’ taħt ċerti kunizzjonijiet.

Barra minn dan, hemm ukoll provvedimenti separati dwar miżuri kawtelatorji f’oqsma speċjali p.eż. liġi dwar brevetti

2. X’inhuma l-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jinħarġu dawn il-miżuri?

2.1. Il-proċedura

Deċiżjonijiet dwar miżuri kawtelatorji jingħataw mill-qrati li fihom tkun qiegħda tinstema’ l-kawża. Jekk il-kawża ma tkunx pendenti, l-istess provvedimenti dwar il-qorti ta’ ġurisdizzjoni kompetenti japplikaw ġeneralment bħal fil-każ ta’ kawżi ċivili in ġenerali.

Il-qorti ma tistax tqajjem il-kwistjoni ta’ miżuri kawtelatorji minn jeddha. Għalhekk hu meħtieġ li l-parti li tkun tixtieq tali deċiżjoni tressaq talba għaliha. Jekk il-kawża ma tkunx pendenti, it-talba trid issir bil-mikub.

FuqFuq

M’hemmx bżonn li r-rikorrent ikun rappreħentat jew assistit minn avukat. Il-proċeduri legali fil-qrati Żvediżi huma bla ħlas, ħlief għad-dritt tar-rikors li bħalissa hu ta’ SEK 450 (madwar 50 Ewro).

2.2. Il-kundizzjonijiet sostantivi

Biex jinħarġu l-miżuri skond il-Kapitlu 15, Artiklu 1-3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja, hi kundizzjoni li l-kwistjonijiet prinċipali attwali (p.eż. talba skond l-Artiklu 1) jistgħu ikunu suġġett ta’ kawża jew eżami bi proċedura simili. Din ta’ l-aħħar tinkludi proċeduri ta’ arbitraġġ.

Il-Qorti Suprema ddeċidiet li sekwestru jew miżuri kawtelatorji oħra skond il-Kapitlu 15 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja jistgħu jinħarġ wkoll rigward talbiet li sejrin jinstemgħu f’qorti barranija jekk il-deċiżjoni tal-qorti tkun ser tiġi eżegwita f’dan il-pajjiż.

Biex sekwestru skond il-Kapitlu 15, Artikli 1-3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja jinħareġ jeħtieġ li jkunu sodisfatti li-kundizzjonijiet li ġejjin: 

  1. Ħtieġa waħda hi li r-rikorrent juri raġunijiet probabbli li għandu pretensjoni kontra persuna oħra u li dawn jistgħu jitqiesu li jkunu suġġett ta’ kawża jew eżami bi proċedura simili oħra.
  2. Ir-rikorrent għandu jagħti prova wkoll li hemm “biża raġonevoli” li l-parti l-oħra sejra, billi taħrab, twarrab il-proprjetà jew billi timxi mod ieħor, tevita responsabbiltà biex tħallas id-debitu (Artiklu 1), li l-parti l-oħra sejra twarrab, tagħmel ħsara sinifikanti jew tiddisponi mill-proprjetá b’mod ieħor bi ħsara għar-rikorrent (Artiklu 2) jew li l-parti l-oħra sejra billi tagħmel ċerti attivitajiet jew tagħmel jew tonqos li tagħmel ċerti azzjonjiet jew b’mod ieħor, iżżomm jew tagħmilha aktar diffiċli biex ir-rikorrent jeżerċitá id-dritt tiegħu jew tagħha jew inaqqas b’mod sinifikanti l-valur tagħha (Artiklu 3). 
  3. Biex miżura tinħareġ sakemm iddum il-kawża, irid ikun hemm ukoll riskju ta’ ħsara fil-każ ta’ dewmien. Din l-espressjoni tirreferi għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li titqiegħed f’riskju jekk il-miżura ma tinħariġx minnufih mingħajr ma tinstema’ l-parti l-oħra. Jekk il-miżura tinħareġ b’dan il-mod, id-deċiżjoni trid tintbagħat lill-partijiet u l-konvenut għandu jiġi ordnat li jikkummenta dwar id-deċiżjoni. Jekk tali kummenti jintbagħtu, il-qorti għandha tqajjem il-kwistjoni dwar jekk il-miżura għandhiex terġa’ tiġi eżaminata minnufih.
  4. Finalment il-miżura tista’ tinħareġ biss jekk ir-rikorrent jipprovdi malleverija għal kull ħsara magħmula lill-parti l-oħra., Jekk ir-rikorrent ma jistax jipprovdi malleverija iżda fl-istess waqt juri li għandu raġunijiet speċjali għat-talba tiegħu, il-qorti tista’ tagħżel li teżentah mill-obbligu li jipprovdi malleverija.  

3. Għan u natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1. X’tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġett ta’ dawn il-miżuri kawtelatorji?

L-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar sekwestru minħabba talbiet tikkonsisti fil-qbid ta’ proprjetà sa ċertu valur. Rigward l-eżekuzzjoni, l-istess prinċipji prinċipalment japplikaw bħal fil-każ ta’ sekwestru. Madankollu mehmmx kwistjoni li l-proprjetá tinbiegħ.

FuqFuq

In prinċipju, kull xorta ta’ proprjetá tista’ tinqabad waqt l-eżekuzzjoni. Il-proprjetá tista’ tkun mobbli jew immobbli.

Ċerta proprejtà ma tistax tinqabad. Dan hu l-każ ta’ “proprjetá ta’ benefiċċju”, li bih jitfissru fost oħrajn:.

  • Ħwejjeġ u oġġetti oħra li huma maħsuba għall-użu personali tad-debitur, sa valur raġonevoli;
  • Għamara, oġġetti tad-dar u tagħmir li hu meħtieġ għad-dar u għat-tmexxija tagħha;
  • għodda u tagħmir li hu meħtieġ għall-impjieg jew taħriġ professjonali tad-debitur;
  • oġġetti peronsali p.eż. medalji ta’ hunur jew premjijiet li għandhom valur personali għad-debitur li jkun żleali li jinqabdu.

Il-proprjetà tista’ tkun protetta wkoll taħt regolamenti separati. Dan jista’ jagħti l-każ per eżempju dwar danni.

Is-sekwestru għat-talbiet ma jistax jintuża bħala ħlas eċċ. qabel ma jkun tħallas u jista’ jinqabad.

3.2. X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri kawtelatorji?

Meta proprjetà tkun soġġetta għal-sekwestru minħabba debiti, il-konvenut ma jistax jittrasferixxi l-proprjetá lanqas ma jista’ l-konvenut jiddisponi minnha bi ħsrar għar-rikorrent. Madankollu Is-servizz ta’ Infurzar jista’ jippermetti eċċezzjonijiet dwar il-projbizzjoni ta’ disponiment jekk ikun hemm raġunijiet speċjali.  Kwalunkwe disponiment li jivvjola l-projbizzjoni jista’ jwassal għal pieni kriminali.

3.3. X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri kawtelatorji?

Meta tinħareg miżura skond il-Kapitlu 15, Artikli 1-3 tal-Kodiċi ta’ proċedura Ġudizzjarja, ir-rikorrent għandu jressaq kawża, jekk ma tkunx diġia saret, rigward il-kwistjoni fi żmien xahar mid-deċiżjoni. Jekk it-talba sejra tkun eżaminata f’proċedura oħra, ir-rikorrent għandu minflok jieħu passi skond kif ikun preskritt għal dik il-proċedura..

FuqFuq

Jekk il-miżura tinħareġ b/mod temportanju, id-deċiżjoni għandha tintbagħat lill-partijiet u l-konvenut għandu jiġi ordnat li jikkummenta dwar id-deċiħjoni. Jekk jintbagħti tali kummenti, il-qorti għandha tqajjem il-kwistjoni jekk il-miżura għanhiex titqiegħed għall-eżami immedjatament mill-ġdid.

Miżura għandha tiġi revokata immedjatament jekk, wara li tkun inħarġet, tingħata malleverija li tissodisfa l-għan tal-miżura.

4. Hemm possibbiltaá ta’ appell kontra l-miżura kawtelatorja?

Kwistjoni ta’ miżuri kawtelatorji għandha tiġi deċiża  b’deċiżjoni kemm meta titqajjem bħala kwistjoni proċedurali in konnessjoni ma’ l-andament ta’ kawża kemm meta l-ħruġ ta’ miżuri kawtelatorji jkun indipendenti.

Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, id-deċiżjoni tista’ tiġi appellata mill-persuna li tmur kontriha. Persuna li trid tappella kontra deċiżjoni ta’ qorti distrettwali għandha tagħmel dan bil-miktub fi żmien tlett ġimgħat minn meta tinħareġ id-deċiżjoni. Jekk id-deċiżjoni ma tkunx ingħatat f’seduta, u ma jkunx imħabbar f’xi seduta meta d-deċiżjoni għandħa toħroġ, iż-żmien għall-appell jitkejjel mid-data li fiha l-appellant jirċievi d-deċiżjoni. L-appell għandu jitqiegħed quddiem il-qorti ta’ l-appell iżda għandu jiġi ppreżentat lill qorti tad-distrett.

Jekk il-qorti tad-distrett tkun ċaħdet rikors għal miżuri kawtelatorji f’kawza ċivili skond il-kapitlu 15 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja jew irevokat deċiżjoni rigward miżura bħal din, il-qorti ta’ l-appell tista’ immedjatament tippermetti li l-miżura tidhol fis-seħħ u tibqa’ sa avviż ieħor.  Jekk il-qorti tad-distrett tkun ħarġet miżura minn dawn jew iddikjarat li d-deċiżjoni tista’ tiġi eżegwita għalkemm ma tkunx għadha saret finali u assoluta, il-qorti ta’ l-appell tista’ immedjatament tiddeċiedi li d-deċiżjoni tal-qorti tad-distrett m’għandhiex tiġi eżegwita sa ma joħroġ avviż ieħor.

« Miżuri temporanji u miżuri ta’ prekawzjonijiet - Informazzjoni Ġenerali | Isvezja - Informazzjoni Ġenerali »

FuqFuq

L-aħħar aġġornament: 29-08-2006

 
  • Liġi Komunitarja
  • Liġi Internazzjonali

  • Belġju
  • Bulgarija
  • Repubblika Ċeka
  • Danimarka
  • Ġermanja
  • Estonja
  • Irlanda
  • Greċja
  • Spanja
  • Franza
  • Italja
  • Ċipru
  • Latvja
  • Litwanja
  • Lussemburgu
  • Ungerija
  • Malta
  • Olanda
  • Awstrija
  • Polonja
  • Portugall
  • Rumanija
  • Slovenja
  • Slovakkja
  • Finlandja
  • Isvezja
  • Renju Unit